Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/269665
Il-Ħadd 02 ta' Marzu 2014 | illum 3 SERVIZZ GĦALLVITTMI T'ABBUŻ TCC U XXLUKKAJRI TRUPPI RUSSI FLUKRAJNA Is-Sibt filgħodu ġie mniedi s-Sexual Assault Response Team (SART ) biex joffri servizz ħolistiku taħt saqaf wieħed lill-vittmi t'abbuż sesswali. Dan is-servizz se jkun offrut minn tim ta' professjonisti li jkunu on-call u li se jkunu qed joperaw mill-Uffiċju tas-SART fl-Isptar Mater Dei. Is-servizzi jinkludu dak ta' tabib, infermier, social worker, pulizija, psikologu u counsellor. Il-Ministru għall- Familja qalet li qabel, il-vittmi t'abbuż sesswali kienu jingħataw servizz mingħand diversi professjonisti li joperaw minn bnadi differenti u li dan kien jikkawża sitwazzjoni pjuttost diffiċli għall-vittma. Il-Kandidata Nazzjonalista għall-Parlament Ewropew Therese Comodini Cachia tenniet għal darb'oħra li l-gvern qed jinjora x-xewqiet tar-residenti ta' Marsaxlokk u qalet li 91% tar- residenti jridu li l-ħażna tal-gass titqiegħed barra l-bajja ta' Marsaxlokk. Hi semmiet li b'hekk biss tkun qiegħda titħares is-sigurtà tagħhom. Qalet ukoll li b'hekk il-viżwali tal- bajja ma tkunx mittiefsa u tkun ta' anqas tfixkil għas-sajjieda. Hi saqsiet għalfejn għadu ma sarx studju serju fuq in-navigazzjoni marittima fil-port ta' Marsaxlokk, u jekk hux se jkun hemm limitazzjoni fuq is-sajjieda dwar l-ispazju tal- bajja li jistgħu jużaw huma. "Il-gvern lanqas x'se jkunu l-effetti fuq il-ħidma tas-sajjieda u l-freeport ma jrid ikun jaf " temmet tgħid Comodini Cachia. Il-President Russu Vladimir Putin ġab l-approvazzjoni tal-Parlament biex jibgħat l-ewwel truppi Russi fl-Ukrajna. Dan wara li l-President Ukren telaq minn pajjiżu minħabba protesti kontinwi kontra d-deċiżjoni li jirrifjuta sħubija mal-Unjoni Ewropea biex jersaq aktar viċin tar-Russja. Bl-ordni li jibgħat it-truppi Russi f 'dan il-pajjiż, Putin injora twissijiet mill-Istati Uniti u pajjiżi oħra biex ma jintervjenix b'mod militari. It-truppi Russi diġà ħadu posthom fil-Krimea, provinċja tal-Ukrajna li sa 60 sena ilu kienet tar-Russi. Il-Kremlin iġġustifika l-preżenza tat-truppi Russi bħala mod kif jagħti sigurtà lir-residenti Russi fil- provinċja. Laburisti maqsuma fuq presidenza ta' Marie Louise Coleiro Preca Profil: • Marie Louise Coleiro Preca hi l-Ministru għall- Familja u s-Solidarjetà Soċjali, miżżewġa lil Edgar Preca u għandha tifla ta' 22 sena. • Imwielda u għexet Ħal Qormi, Coleiro Preca tista' titqies bħala pedina importanti għal Partit Laburista fis-sitt distrett fejn ġiet eletta bl-akbar ammont ta' voti fl-1998, 2003, 2008 u 2013. • Matul dawn il-leġislaturi, hi ngħatat is-setturi tal-Politika Soċjali, Turiżmu, Air Malta u s-Saħħa biex isservi ta' shadow minister mill- oppożizzjoni. • Bdiet il-karriera politika minn ta' sittax-il sena fl-Għaqda Żgħażagħ Soċjalisti u ġiet eletta membru tal-Eżekuttiv Nazzjonali tal-PL minn età żagħżugħa. • Dan wassal biex ta' 21 sena biss, inħatret segretarju ġenerali tal-Partit Laburista, kariga li damet fiha sal-1991. • Serviet ukoll bħala President tal-Għaqda Nisa Laburisti mill-1996 sal-2001. • Wara diversi snin f 'dawn l-istrutturi tal-PL, fl-2008 ittantat xortiha għat-tmexxija tal-Partit Laburista flimkien ma' Joseph Muscat, George Abela, Michael Falzon u Evarist Bartolo. • Fl-2011, Coleiro Preca kienet waħda mill- ftit deputati Laburisti li ħarġu jitkellmu pubblikament kontra l-introduzzjoni tad- divorzju. • Wara r-referendum, ħabbret li ma kinitx se tikkontesta elezzjoni ġenerali oħra wara numru ta' theddid lejha u lejn membri oħra tal-familja iżda biddlet fehmta wara li fi ftit jiem inġabru eluf ta' firem f 'petizzjoni mill-elettorat tas-sitt distrett. • Coleiro Preca gradwat mill-Università ta' Malta bħala nutar u fil-baċellerat għall-istudji umanitarji u legali. Segwina fuq Facebook Aktar minn elf segwaċi fuq il-paġna tagħna. Facebook.com/IllumMediaToday Jekk Coleiro Preca ssir President… - Tkun id-disa' president tar-Repubblika - It-tieni president mara wara Agatha Barbara - It-tieni presidenza konsekuttiva minn Ħal Qormi, wara George Abela - Issir l-iżgħar president fl-istorja lokali fl-età ta' 55 sena