Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/269665
30 illum Il-Ħadd 02 ta' Marzu 2014 SPORTSillum NHAR il-Ħadd li għadda, l-Assoċjazzjoni Sport Muturi u Karozzi, kellha ġurnata impenjattiva oħra bl- attivitajiet mill-Kampjonat ASMK Pasta Poiatti 2013/14, bis-sehem tas-sezzjonijiet tal- Karozzi Autocross u l-Muturi Motocross. Intant, nagħtu ħarsa lejn il-ġurnata fejn fil-Motocross wara taħriġ intensiv matul il-ġimgħa reġgħu rritornaw bil-kbir l-aħwa Camilleri fejn fit-tielet attività tal-Kampjonat iddominaw iż-żewġ klassijiet Motocross A u B. Fil-Klassi A rajna lil Clayton Camilleri fuq Mutur KTM 250cc jiddomina u jirbaħ il-Heats kollha tal-ġurnata. Dan kien segwit mill-aħwa Paul u Trevor Muscat li kellhom taqtigħa min se jirbaħ it-tieni post. Trevor Muscat saq fuq mutur Honda 250cc u Paul Muscat fuq KTM 250cc u spiċċaw il-ġurnata bl-istess punteġġ ta' 60 punt kull wieħed. Minħabba li Paul Muscat kellu pożizzjonijiet aħjar akkwistati spiċċa jieħu t-tieni post biex Trevor Muscat spiċċa fit-tielet pożizzjoni overall. Fi Klassi B rajna lil wieħed mill-iżgħar kompetituri fil- Motocross Kyle Camilleri fuq mutur Suzuki 85cc jiddomina kull tiġrija tal-ġurnata fil- Klassi B. B'hekk kien iddikjarat għat-tielet darba rebbieħ f 'din il-klassi. Kyle kien segwit viċin tiegħu minn Karl Micallef fuq mutur Honda 250cc li spiċċa dejjem isegwi lil Camilleri biex rebaħ it-tieni pożizzjoni overall. Romeo Micallef fuq mutur Honda 250cc rebaħ it- tielet post. Fis-Sezzjoni Karozzi Autocross rajna ġurnata ta' kompetizzjoni qawwija tant li Manuel Muscat fuq Opel Corsa u Vince Farrugia fuq Volkswagen Polo irnexxielhom jirbħu l-heats kollha tal- ġurnata biex b'hekk sabu posthom fil-finali ta' Klassi A. Ma' dawn ikkwalifikaw Philip Joe Vella fuq Vuaxhall Nova, Melo Zammit fuq Ford Escort, Gordon Johnson fuq Peugeot 205 u Ryan Scerri fuq Opel Corsa. Matul din il-finali ta' Klassi A rajna lil Muscat u lil Vella jagħmlu ħruġ tajjeb segwiti minn Farrugia u Zammit iżda Muscat wara l-ewwel kantuniera ħa t-tmun tat- tiġrija sal-bandiera tal-'Finish' quddiem Vella u Zammit. Ftit wara t-tielet dawra, Vella spiċċa irtira mit-tiġrija minħabba ħsara teknika. Hawn l-attenzjoni tal-finali marret fuq Zammit, Farrugia u Johnson li dawra wara dawra tul il-finali kienu qishom imwaħħlin flimkien b'vantaġġ marġinali bejniethom, b'Farrugia u Johnson jistennew dak iċ-ċans wara diversi attakki biex jissuperaw lil Zammit. It-tama kienet spiċċat hekk kif din il-finali spiċċat b'Muscat fuq quddiem b'vantaġġ jirbaħ il-ġurnata segwit minn Zammit, Farrugia u Johnson li spiċċaw fit-tieni, fit-tielet u fir- raba' post rispettivament. Fil-Finali ta' Klassi B rajna Start Line kompost minn Lennie Cortis fuq Fiat Uno, Kurt Sammut fuq Ford KA, Josef Grech fuq Ford Fiesta, Jean Paul Grech fuq Peugeot 106, Philip Grima fuq Ford Escort u Christian Mark Galea fuq Fiat Ritmo. Malli d-dawl l-aħmar intefa', Galea għamel ħruġ tajjeb ħafna tant li mill- ewwel ħa t-tmun ta' din il-finali segwit minn Josef Grech u Sammut. Fix-xena daħal ukoll Cortis fejn ftit wara l-ewwel kantuniera spiċċa biex avvanza sew tant li spiċċa jsegwi lil Galea. Sammut u Josef Grech komplew jagħmlu pressjoni fuq Cortis sakemm Sammut wara ftit inqas mit-tieni dawra ssupera lil Cortis. Dan tal- aħħar kien ukoll issuperat minn Grech u ftit wara Cortis spiċċa tilef ftit il-kontroll tal-karozza, qabad il-ġenb tal-korsa bil-konsegwenza li nqaleb u rtira mit-tiġrija. Il-finali kompliet iżda l-kompetituri kollha żammew posthom sal-bandiera. Il- finali spiċċat b'Galea jirbaħ it-tiġrija ta' Klassi B segwit minn Sammut u Grech rispettivament. Grima spiċċa fir-raba' post segwit minn Jean Paul Grech fil-ħames post. L-Attivitajiet tal- Assoċjazzjoni se jkomplu llum mis-sezzjoni Trials barra mill-Kumpless Sportivi tal- Assoċjazzjoni. Din l-attività se tkun qed tiġi organizzata fil-Barriera ta' Torri Falka, limiti tal-Imġarr. Dan se jkun possibbli grazzi għal Hardrock Ltd u Thomas Smith Insurance. L-attività tibda fid-9am. It-Trials se tkun tiġrija kontra l-punti ta' penalità u fihom mhux se jkun qed jidħol element ta' veloċità. Id-dħul biex wieħed jara din l-attività se jkun bla ħlas. Aktar informazzjoni dwar l-attivitajiet li torganizza l-Għaqda ASMK jinsabu fis-sit elettroniku uffiċjali tal-ASMK - www.asmk.org.mt FTIT tal-jiem ilu, Malta ospitat il-Kampjonati Ewropej tal-Pool. Mhux anqas minn 400 plejer kienu preżenti ġewwa pajjiżna biex jikkompetu fl-akbar avveniment Ewropew tal-Pool. Malta, permezz tal-Malta Pool Association, kienet irrappreżentata b'seba' timijiet li ħamsa minnhom irnexxielhom jaslu sal-finali. It-tim A tal-irġiel kien ferm sfortunat li ma żammx it-titlu mirbuħ is-sena l-oħra meta fil-finali tilef bl-iskor ta' 8-7 kontra l-Ingilterra li huma ċ-champions mondjali renjanti. L-istess xorti misset lit-tim Malti B tal-irġiel li safa megħlub fil-finali tal- kategorija fl-aħħar frame deċisiv mit-tim Ingliż B. It-tim Malta C ukoll wasal sal-finali però safa megħlub mit-tim ta' Reunion Islands bl-iskor ta' 10-5. Fil-kategorija taż-żgħażagħ ta' taħt il-21 sena t-tim Malti safa megħlub fil-finali tal-kategorija mit-tim Ingliż bl-iskor ta' 5-1 filwaqt li ż-żgħażagħ ta' taħt it-18-il sena sfaw megħluba fis-semi- finali għal darb'oħra mit-tim nazzjonali Ingliż. Tim ieħor Malti li wasal sal- finali kien dak tal-irġiel 'il fuq minn 50 sena. Fil-finali t-tim Malti safa megħlub fil-frame deċiżiv mit-tim nazzjonali Irlandiż li ħareġ rebbieħ bl-iskor ta' 5-4. Il-kampjonati attiraw numru kbir ta' kummenti pożittivi minn diversi entitajiet. L-organizzazzjoni u l-amministrazzjoni tal- avveniment kienu mmexxija minn Vincent Degiorgio li reġa' ġie elett bħala Teżorier tal-Federazzjoni Ewropea għat-tliet snin li ġejjin. It-tim Malta B li ħa sehem l-Kampjonati Ewropej tal-Pool li saru f 'Malta Muscat jirbaħ -Autocross u l-aħwa Camilleri l-Motocross Riżultati tajbin għat-timijiet nazzjonali tal-Pool fil-Kampjonati Ewropej Paola jegħlbu lil Birkirkara biex iżommu l-ewwel post PAOLA BC urew l-intenzjoni tagħhom li jirbħu l-Mixed Teams League wara nuqqas ta' ħafna snin billi għelbu l-isfida ta' Birkirkara Go & Fun f 'logħba bilanċjata. Iż-żewġ timijiet niżlu għal- logħob b'mara ewlenija nieqsa - Katerina Vella Ryabkova għal Birkirkara Go & Fun u Joanne Cassar għal Paola BC. Birkirkara Go & Fun rebħu l-ewwel punt meta d-duo Klara O'Berg / Stefan Salomone rebħu l-Mixed Doubles kontra Anna Galea / Henrik Thomsen. L-ewwel sett kien bilanċjat, iżda rally fl-aħħar minn O'Berg / Salomone tahom rebħa ta' 21- 17. Dan ir-riżultat ta kuraġġ lid-duo Karkariż li rebħu t-tieni sett faċilment 21-4. Paola għamlu reazzjoni u qalbu r-riżultat favur tagħhom meta rebħu ż-żewġ logħbiet Singles. L-ewwel Kenneth Vella għeleb lil Song Chen Jun fis-Singles tal-Irġiel 21-13 21- 17 f 'logħba li fiha d-debuttant Ċiniż ta' Birkirkara dam biex issetilja. Imbagħad Jacqueline Grech Licari rebħet is-Singles tan-Nisa fi tliet settijiet kontra Jacqueline Abela DeGiovanni 22-24 21-14 21-7. Bl-iskor 2-1 favurhom, Paola ħteġilhom jirbħu waħda mil-logħbiet tad-doubles biex jieħdu. Iżda Birkirkara Go & Fun baqgħu jittamaw meta l-aħwa Stefan u Ivan Salomone għelbu lil Thomsen / Owen Grech fid-Doubles tal- Irġiel 21-16 21-11 biex ġabu l-iskor indaqs. Bl-iskor 2-2 rebħa fid- Doubles tan-Nisa kienet tfisser rebħ tal-punti. F'logħba missielta u bilanċjata l-koppja Pawlista Galea / Grech Licari għelbu l-isfida ta' O'Berg / Abela DeGiovanni 21-19 21-18 biex taw ir-rebħa finali lit-tim tagħhom. Paola BC issa jmisshom jiltaqgħu maċ-champions, Birkirkara Smart Office Supplies, f 'logħba oħra li għandha toffri badminton sabiħ. Owen Grech -azzjoni Paul Muscat fuq KTM

