Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/274228
12 illum | Il-Ħadd 09 ta' Marzu 2014 Il-fobjas – it-teatrini f 'Xarabank IRREAZZJONI tal-poplu Malti u Għawdxi li segwa Xarabank il-Ġimgħa filgħaxija kienet waħda mħawda sew fil-ħsibijiet meta lbieraħ filgħodu qam jitkellem fuq dak li ra għal sagħtejn sħaħ fuq l-istazzjon nazzjonali f 'ħin prim għax-xandir. Fis-17-il sena ta' Xarabank, il-preżentatur Peppi Azzopardi kellu diversi programmi fuq temi differenti; dawk politiċi, kulturali, drammatiċi, sportivi u anki emozzjonanti. Issa kien għad jonqos li dan il- menu jkompli jkun varjat bi programmi ta' nies bħal Alan Bates, ipnotizzatur Ingliż, li bħal donnu ħadha drawwa li kultant żmien jidher u jingħata pubbliċità f 'dan il-programm l-aktar segwit f 'pajjiżna. Fil-programm tal-Ġimgħa reġa' kellna xeni li wieħed jiġi fid-dubju li jekk dawk il-persuni li qiegħed jara fl- istudios humiex fil-veru sens tal-kelma atturi tal-prima klassi jew le. Fl-istess programm, minn ħin għall-ieħor, bdiet toħroġ promozzjoni ta' Peppi Azzopardi fejn fiha ddikjara li ma jkunx lest jippreżenta aktar programmi fuq it-televiżjoni jekk kemm-il darba xi storja minn dawk li kienu qegħdin jidhru kienet ivvintata. Fil-programm tal-Ġimgħa kellna sagħtejn sħaħ ta' spettaklu b'nies li jibżgħu mill-wirdien, mill-ġrieden, miż-żrinġijiet, mil-labar tar-ras u anki miż- żwiemel. Kollha kemm huma dehru mwerwrin fuq is-siġġijiet fejn kienu bilqiegħda b'Alan Bates iħares f 'għajnejhom u b'Peppi Azzopardi jdur bil- mikrofonu minn ħalq għall- ieħor. F'temp ta' ftit sekondi, Bates iraqqadhom, iqajjimhom, u dak jew dik li sa ftit sekondi qabel kienet tibża' jew kien jibża' minn dak l-oġġett jew l-insett jiġi jew tiġi qisu qatt ma kien xejn, anqas jekk dak jew dik li tkun taqbad l-oġġett jew l-insett b'idejha. Iżda l-aktar li spikkaw f 'dan il-programm tal-Ġimgħa kienu tliet xeni b'persuni differenti fihom li kollha kemm huma offrew spettaklu ta' daħk lil dawk preżenti fl-istudios u lil oħrajn li fil-veru sens ma kellhom x'jagħmlu u qagħdu jsegwu dan il-programm minn ġo darhom fuq it-televiżjoni. L-ewwel xena kienet bejn żewġ persuni, wieħed partitarju tat-tim nazzjonali Taljan u l-ieħor partitarju tat-tim nazzjonali Ingliż li jibdew jitkellmu fuq il-passjoni li għandhom għat-tim tagħhom sakemm ġew ippnotizzati u spiċċaw jilletikaw bejn xulxin għax wieħed ħa l-bandiera minn idejn l-ieħor. Sadanittant, il-partitarju tat-tim Ingliż qabad ikanta l-Innu Nazzjonali Taljan iżda l-partitarju tat-tim nazzjonali Taljan tfixkel liema hu l-innu tat-tim nazzjonali Ingliż u minflok il-'God save the Queen' qabad ikanta l-'You never walk alone', li fl-Ingilterra, din id-diska, tintuża mill- partitarji ferventi ta' Liverpool qabel kull partita li jilagħbu f 'Anfield. Xena oħra kienet bejn żewġ nisa u raġel f 'nofshom, b'waħda minnhom ipnotizzata li r-raġel li hemm bilqiegħda ħdejhom hu r-raġel tagħha, anki jekk ma tafux u qatt ma kienet ratu qabel. Fl-ewwel ipnoteżi tinħoloq storja li taparsi r-raġel tradiha mat-tfajla l-oħra u ma tkunx trid taf aktar bih, u fit- tieni ipnoteżi, ftit sekondi wara, l-mara jkollha reazzjoni ta' maħfra u li tkun lesta taċċettah lura d-dar. Meta l-mara terġa' lura għan-normal tistqarr li ma tkun taf lill-ebda persuna minn dawk it-tnejn li kienu bilqiegħda ħdejha. Lejn l-aħħar tal-programm ikollna xena oħra spettakolari. Żagħżugħ ipnotizzat li ġej mill-pjaneta Mars u li jitkellem il-lingwa Marsista u miegħu bilqiegħda jkollu mara oħra ipnotizzata minn qabel li fil- kundizzjoni li kienet bdiet tgħid li kienet waqgħet f 'din id-dinja bi żball mill-pjaneta Mars. Peppi Azzopardi, bħala preżentatur li jħobb iqabbad is-suspans lis-segwaċi tiegħu, jibda jġiegħel liż-żagħżugħ jistaqsi lill-mara bil-lingwa Marsista jekk tħobbx l-irġiel u jekk kemm ilha f 'din il-pjaneta kellhiex x'taqsam sesswalment ma' xi raġel. Il- mara tirrispondi lura, bil-lingwa suppost Marsista, li s-sess tħobbu u li iżda ma kinitx lesta tmur ma' ebda raġel minn din il-pjaneta. "Reġa' kellna xeni li wieħed jiġi fid-dubju dawk il-persuni kinux atturi prima klassi jew le" żwiemel. Kollha kemm huma Ħames Minuti ma' Karl Schembri KARL Schembri twieled fit-3 ta' Novembru 1999 u joqgħod Ħal Qormi. Schembri għadu kemm irritorna lura minn festival fir-Russja fejn fih kiseb l-ewwel post. Huwa student fil- Kulleġġ De La Salle u jaspira li jiggradwa fil-liġi. Apparti li għandu għal qalbu l-kant, Schembri jdoqq il-pjanu u jilgħab il-futbol mal-Pietà Hotspurs. Jiġi mħarreġ fil- vuċi mis-soprano Antoinette Miggiani u Claire McCartin. Ipparteċipa f 'diversi festivals u rebaħ diversi premjijiet fosthom dak tal-Best Singer of the Year 2012. Kelma waħda li tispjega ħajtek? Avventura. X'inhi l-attitudni tiegħek lejn il-ħajja? Ngħix ġurnata b'ġurnata u nħobb inkun dejjem pożittiv. Kif tħajjart tidħol fix-xena tal-kant? Bdejt niskopri t-talent tal-kant minn età żgħira u minn sena għal oħra sibt ħafna appoġġ u kuraġġ mingħand ommi u minn bosta nies li dejjem inkoraġġewni biex inkompli nipperfezzjona dan it-talent. Esperjenza partikolari li kellek u li se tibqa' tiftakar... Żgur mhux forsi dan l-aħħar konkors li kelli fir-Russja, speċjalment il-mument meta ħabbru l-premju. Kif ħassejtek meta sirt taf li rbaħt il-konkors? Għall-bidu bilkemm ridt nemmen, bħal donnu ħassejtni f 'xi ħolma, iżda ovvjament kont ferħan u sodisfatt ħafna li rnexxieli nwettaq il-ħolma tiegħi. Kif tlaħħaq mal-istudju tiegħek? Nagħti importanza kbira lill- istudju u dejjem nagħmel mezz li nsib xi ftit sigħat għall-istudju kuljum. Il-ġenituri jagħtuni ħafna kuraġġ u appoġġ biex nissaħħaħ fl-istudji tiegħi wkoll. Il-kantant/a favurit/a tiegħek? Malena Ernman. L-iktar kanzunetta li togħġbok? La Voix. Is-sajf jew ix-xitwa? Is-sajf. X'jiffrustrak? L-għira tan-nies. X'ibeżżgħek? It-telfa tal-persuni għeżież f 'ħajti. Kemm hi importanti r-reliġjon f 'ħajtek u għalfejn? Għalija r-reliġjon hija importanti ħafna għax nemmen li Alla dejjem qiegħed jiggwidani u jagħtini l-forza biex inkompli miexi fid- direzzjoni t-tajba. Persuna li tammira f 'ħajtek? Lil ommi. Kemm tħobb lil Malta? Jien kburi ħafna li jien Malti u nieħu ħafna pjaċir meta nirrappreżenta lil pajjiżna lil hinn minn xtutna u nkun ta' unur għal gżira ċkejkna tagħna. L-aħħar safra li kellek fejn mort? San Pietruburgu, r-Russja. X'inhu suċċess fil-ħajja għalik? Għalija s-suċċess huwa sinonimu mal-progress, fis-sens li f 'kull ħaġa li nagħmel f 'ħajti jkolli sens ta' sodisfazzjon li rnexxieli nagħmel progress u nimxi 'l quddiem, u anke jekk xi drabi niżbalja, inkun kapaċi nitfarfar u nerġa' nipprova nagħmel pass 'il quddiem. L-iktar darba li stħajt? Ma jidhirlix li kien hemm mumenti fejn stħajt. Il-Futur ta' Karl Schembri... Ma nħobbx nipprevedi dak li se jseħħ fil-futur però ħafna jgħiduli li jekk nibqa' sejjer kif jien sejjer, kemm fil-kant kif ukoll fl-istudji tiegħi, għad ikolli futur sabiħ imżewwaq b'ħafna kwalitajiet sbieħ... iżda din hija xi ħaġa li nħalliha f 'idejn Alla.