Illum previous editions

illum 9 march 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/274228

Contents of this Issue

Navigation

Page 12 of 35

Il-Ħadd 09 ta' Marzu 2014 | illum 13 Il-Punt L-ewwel sena ta' gvern Laburista GĦADDIET sena mill-elezzjoni ġenerali tal-2013. Sena li matulha gvern ġdid telaq fuq il-programm elettorali tiegħu fejn beda jwettaq xejn anqas minn 25% tal-wegħdi li għamel qabel l-aħħar elezzjoni. Għalija personali l-aktar wegħdi importanti li bdew jiġu mwettqa, huma tas-servizz ta' child care b'xejn u r-roħs fil-kontijiet tad-dawl u l-ilma għall-familji. Żewġ miżuri maħsuba biex joffru aktar għajnuna lill-familji tagħna. Kienet sena li matulha l-gvern kellu jiffaċċja dak li ħallew ta' qablu u jibda jaħdem għal għonq it-triq. Din l-ewwel sena tal-leġislatura żgur li se tibqa' mfakkra għal numru ta' żviluppi. Kellna baġit li forsi ftit stennew li se jaraw bħalu wara l-ewwel sena ta' gvern, b'mod partikolari meta tqis il- baġits li konna mdorrijin bihom. Ftit li xejn niftakar baġits fl-ewwel sena li kienu pożittivi. Ġeneralment baġit pożittiv konna mdorrijin narawh biss lejn l-aħħar sena ta' leġislatura, bħal donnu meta l-gvern jipprova jroxx ftit tal-aħħar wara li jkun ħadlek mhux ħażin fl-erba' snin ta' qabel. Fost l-aktar miżuri li lili interessawni hemm il-miżuri li jindirizzaw il- familja u l-mod kif jippruvaw joħolqu bilanċ għall-ġenituri bejn il-ħajja tal- familja u l-ħajja tax-xogħol. Ewlenin fost dawn hemm is-servizz tal-ħarsien tat-tfal b'xejn, il-fatt li l-ġenituri jistgħu jwasslu lil uliedhom l-iskola siegħa qabel il-ħin biex huma jaslu fil- ħin ix-xogħol u li f 'dik is-siegħa jkun hemm min jieħu ħsieb lit-tfal filwaqt li jtihom ukoll breakfast. Hemm miżuri li jindirizzaw nisa li ilhom snin 'il barra mid-dinja tax-xogħol u jridu jerġgħu jagħtu l-kontribut tagħhom. Dawn huma kollha miżuri li jisgħu joffru l-opportunità lill-familji u b'mod partikolari lin-nisa biex jilħqu bilanċ bejn l-impenji tagħhom tax- xogħol u l-ħin mal-familja. Din is-sena kienet is-sena li matulha rajna ħidma qawwija fuq il-proġett għall-ġenerazzjoni tal-elettriku bil- gass kif ukoll it-twettiq ta' wegħda oħra elettorali, dik li l-kontijiet tad- dawl u l-ilma jorħsu. Il-kontijiet tal- enerġija b'mod partikolari dawk tad- dawl kienu ilhom ta' piż qawwi fuq il-familji tagħna. L-ispejjeż tal-enerġija kienu qed iwasslu biex id-disposable income tal-familji tagħna jitnaqqar bil-kbir b'konsegwenzi mhux biss fuq il-familji tagħna imma fuq in-negozji u l-andament ekonomiku inġenerali. Din l-aħħar sena kienet ukoll ikaratterizzata minn żviluppi fil-Partit Nazzjonalista b'mod partikolari bil- ħatra ta' mexxej ġdid. Sfortunatament s'issa rajna attitudni pjuttost negattiva minn naħa tal-Partit Nazzjonalista għal kull inizjattiva li ħa l-gvern. Biżżejjed insemmu l-Individual Investor Programme bil-Partit Nazzjonalista jattakka din l-inizjattiva u anke lil pajjiżna fil-fora Ewropej. Din kienet attitudni li dejqet lil ħafna minna li naċċettaw il-kritika u nifhmu li l-Opożizzjoni għandha d-dritt u d-dover li tikkritika imma li ma naslux nifhmu li biex twassal din il-kritika għandek tmur tħammeġ isem pajjiżek barra minn xtutna. L-istess attitudni qed narawha tirrepeti ruħha issa, din id- darba dwar il-proġett għall- ġenerazzjoni tal-elettriku bil- gass. Il-Partit Nazzjonalista qed jagħmel minn kollox biex iwaqqaf dan il-proġett, anke permezz ta' azzjonijiet fil-Parlament Ewropew u mal-Kummissjoni Ewropea. Din l-attitudni tidher li hija sintomatika ta' partit li bħal donnu ma jistax jaċċetta li l-elezzjoni ilha li għaddiet sena. Sena tgħaddi malajr u dan il-gvern irid jibqa' jaħdem biex il-wegħdi li għamel iwettaqhom matul din il- leġislatura. Konvinta li r-rankatura li qabad se jkompli jaħdem biha. Ma jfissirx iżda li f 'din is-sena sar kollox perfett. Nemmen li għad fadal ħafna nies li rridu ngħinuhom jilħqu l-aspirazzjonijiet tagħhom. Din il-kampanja elettorali qed tlaqqagħni ma' ħafna nies differenti li jridu jtejbu l-ħajja tagħhom. Studenti universitarji li għadhom qed ifittxu x-xogħol li studjaw għalih, ġenituri ta' tfal li joħorġu mill-iskola mingħajr l-ebda kwalifika, ommijiet li jixtiequ jkunu ommijiet tajba u b'suċċess fil- karriera tagħhom, familji li minħabba mard m'għandhomx biżżejjed flus biex iħallsu għall-mediċini, pensjonanti li bilkemm ilaħqu bil- pensjoni minn xahar għall-ieħor u ġenituri ta' persuni b'diżabbiltà li jridu joffru futur aħjar lit-tfal tagħhom. Dawn huma kollha realtajiet differenti, realtajiet ta' familji li bħala politiċi rridu nindirizzaw għax wara kollox l-għan ewlieni ta' kull politiku għandu jkun dak li joffri ħajja aħjar lill-familji kollha tagħna. Miriam Dalli hija kandidata għall- Parlament Ewropew f 'isem il-Partit Laburista DIN il-ġimgħa kont qed nieħu sehem f 'dibattitu mal-kandidat tal-Partit Nazzjonalista għall- elezzjoni tal-Parlament Ewropew Dr Francis Zammit Dimech u matul il-programm għidt li fl- aħħar 11-il xahar ġew rilokati kważi 507 immigrant. Din iċ-ċifra hija ħafna aktar mill-medja ta' 165 immigrant li Gvern Nazzjonalista fl-aħħar 11-il sena tiegħu rnexxielu jirriloka barra l-pajjiż kull sena. Għal din id-dikjarazzjoni l-Partit Nazzjonalista baqa' ma weġibx minkejja li rrepetiha diversi drabi. L-argument prinċipali tiegħi huwa li f 'dan il-każ ukoll irridu niġġudikaw lill-amministrazzjoni preżenti bil-fatti u mhux bil-paroli. Tal-Partit Nazzjonalista kienu jiddelettew bil-paroli u r-riżultat nafu x'kien fejn tidħol l-immigrazzjoni irregolari. Għall- kuntrarju dan il-Gvern tella' l-kwistjoni tal-immigrazzjoni irregolari fuq l-aġenda Ewropea u issa qed nistennew lill-Kunsill Ewropew biex jaqbel fuq qafas ta' ħin ta' kif għandna nipproċedu. Studju li sar mill-Uffiċċju tal- Kummissarju tar-Refuġjati flimkien mal-Ministeru tal-Intern ikkonkluda li pajjiżna jiflaħ biss medja ta' 250 immigrant fis-sena li minnhom 63 biss kapaċi jiġu integrati fis- soċjetà tagħna. Din is-sena biss pajjiżna rċieva 2,008 immigrant li proporzjonalment għal pajjiż id-daqs ta': Franza jfisser 1,500,000 • immigrant; Spanja 1,000,300; • Ġermanja u Svezja jfissru • 1,000,000; Italja 900,000 immigrant. • Dan juri kemm il-problema hija waħda reali u kbira għal pajjiżna u għalhekk jeħtieġ li tiġi indirizzata. Billi nilagħbu għall-gallarija mhu ser naslu mkien bħalma ma wasalx il- PN li dejjem appella għas-solidarjetà mill-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea iżda dawn qatt ma kienu solidali magħna. Għalhekk il-Gvern ta' Malta, b'determinazzjoni li nsolvu din il-problema mbarka fuq pjan għal soluzzjoni short term (bħar- ripatrijazzjoni), medium term (mezzi legali ta' kif tidhol fl-Unjoni Ewropea mingħajr ma tpoġġi ħajjet in-nies fil-periklu) u long term (soluzzjoni għal problemi fir-reġjun bħall-Qarn tal-Afrika u l-Afrika ta' Fuq). Bħala pajjiż ma nistgħux naslu waħedna u dan aħna nirrikonoxxuh. Bħalma qed nitolbu li l-Libja trid tkun parti mis-soluzzjoni hekk ukoll qed nitolbu lill-Unjoni Ewropea. Kien għalhekk li Malta (mal-Italja) għamlet il-pressjoni tagħha fuq l-Unjoni Ewropea ħalli toħroġ b'sett ta' proposti konkreti ħalli tiġi indirizzata din il-kwistjoni. Id-39 proposta li ħarġu biha t-task force tal-Mediterran issa jridu jitqiegħdu f 'kuntest ta' meta ser jitwettqu. Bi pjaċir ninnota li l-Unjoni Ewropea wieġbet għal pressjoni tal-Gvern Malti u fil-Kunsill Ewropew li ser isir f 'Marzu li ġej, il-Prim Ministri madwar il-mejda ser jintalbu biex jaqblu fuq time frames speċifiċi ta' meta dawn il-proposti ser jiġu implimentati. F'pajjiżna bħalissa hawn mal- 1,000 immigrant illegali li qed jistennew biex jiġu ripatrijati. Din hija problema oħra ta' wirt il-Gvern Nazzjonalista li jeħtieġ soluzzjoni għaliha. Bid-diskors ta' Simon Busuttil biex ħaddieħor ikun solidali ma wasalniex. Issa l-Gvern, għax jaf li individwalment mhux ser naslu, qed jappella lill-UE biex taħdem ma' pajjiżi bħan-Niġerja u l-Ghana ħalli jsiru r-ripatrijazzjonijiet ta' dawn il-persuni. Jekk ningħata l-fiduċja fil- Parlament Ewropew ser naħdem biex l-Unjoni Ewropea tuża s-saħħa diplomatika li tasal ma' pajjiżi bħan- Niġerja biex immigranti illegali jiġu ripatrijati u aċċettati lura pajjiżhom. Statistika ppublikata mill- Gvern turi li fl-2013 daħlu 2,008 immigranti li minnhom 1,839 applikaw għal ażil. Minn fost dawk li applikaw għal ażil 1497- il applikazzjoni ġiet konkluża li minnhom 1,046 ingħataw xi tip ta' protezzjoni filwaqt li 437 applikazzjoni ma ntlaqgħux. 372-il applikazzjoni għadhom pendenti u minn dawk pendenti 196 dalwaqt jiġu konklużi. Dan ifisser li l-1,497 applikazzjoni li ġew konklużi ħadu medja ta' inqas minn 3 xhur. Dan ġara għaliex tħaffef il-proċess u żiedu l-bordijiet tal-appelli minħabba li ġew assenjati u mħarrġa aktar nies biex iħaffu l-proċess u min għandu d-dritt għal ażil jingħata bla dewmien. Charlon Gouder hu kandidat għall- Parlament Ewropew f 'isem il-Partit Laburista YOUR FIRST CLICK OF THE DAY www.maltatoday.com.mt Mill-kliem għall-fatti fl- immigrazzjoni MIRIAM DALLI CHARLON GOUDER

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 9 march 2014