Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/274228
6 illum | Il-Ħadd 09 ta' Marzu 2014 Programm Ġenerali Solidarjeta` u Ġestjoni ta' Migrazzjoni (2007 – 2013) Din is-sejha ghall-Offerti hija parzjalment iffinanzjata mill-Unjoni Ewropea Fond għall-Fruntieri Esterni (FFE) Rata ta' kofinanzjament: 75% Fondi UE: 25% Fondi mill- Benefiċjarju Ġestjoni Sostenibbli ta' Migrazzjoni Ġustifikazzjonijiet tal-kunsilli għan-nuqqas ta' minuti JAMES J. PISCOPO jpiscopo@mediatoday.com.mt WARA li fil-bidu tas-sena din il-gazzetta kienet żvelat kif madwar għoxrin kunsill lokali kien qed jonqos milli jpoġġi l-minuti tiegħu fuq l-internet kif mitlub mil- liġi, il-bord tal-governanza lokali issa ta l-aħħar twissija lil ħames kunsilli lokali li kienu baqgħu mhux aġġornati. Dawn kienu l-kunsilli lokali tal-Birgu, Ħad Dingli, l-Imtarfa, ż-Żurrieq u Xewkija. Minbarra dawn, ingħataw l-aħħar twissija wkoll il- kumitat reġjonali Xlokk, u l-kumitati amministrattivi ta' Fleur-de-Lys, Santa Luċija Għawdex, Gwardamangia, Paceville, Madliena u Xlendi. Is-Segretarji Eżekuttivi kienu avżati li jekk ma jimxux mal-aħħar twissija, se jkunu ordnati passi dixxiplinarji kontrihom mid-Direttur tal-Gvern Lokali. Iżda ma kienx hemm bżonn ta' aktar passi hekk kif dawn irregolarizzaw il-pożizzjoni tagħhom kif mitlub fi żmien ħamest ijiem wara t-twissija formali. Illum jinsab infurmat li fost ir-raġunijiet li ngħataw mis-Segretarji Eżekuttivi kien hemm problemi tekniċi, nuqqas ta' ħaddiema fil- kunsilli u nuqqas ta' quorum li kien iwassal biex il-minuti ma setgħux ikunu approvati. B'hekk jidher li għall- ewwel darba f 'diversi xhur, kull kunsill u kumitat amministrattiv jinsab aġġornat bl-aħħar minuti tal-laqgħat fuq is-sit tiegħu. Dan kif mitlub mil-liġi. Din il-gazzetta kienet ġa żvelat kif l-istess bord tal- governanza lokali kien ġibed l-attenzjoni lid-direttur tal-kunsilli dwar dan f 'Settembru u f 'Diċembru li għadda, iżda t-talbiet kienu ġew injorati fiż-żewġ okkażjonijiet. Kull kunsill lokali issa aġġornat bl-aħħar minuti tal-laqgħat wara storja li dehret f 'din il-gazzetta f 'Jannar li għadda Qtil li seħħ 12-il sena ilu f 'Għawdex MHUX xi sigriet li s-silenzju u l-omertà fil-gżira ta' Għawdex jiddominaw l-aktar meta jseħħ xi delitt. Il-Pulizija jafu dan kollu u għaldaqstant ix-xogħol tal-investigaturi jkompli jsir aktar diffiċli biex il-każ jiġi solvut. Il-każ ta' Marija Attard li kellha 79 sena mix-Xagħra, Għawdex u li kienet instabet mejta fi spiera nhar il-Ġimgħa, 22 ta' Frar, 2002 mill-bidu nett sab intoppi li għadhom ikaxkru sal-lum. Meta Marija Attard instabet mejta x'aktarx li kienet ilha mejta aktar minn ġimgħa. Dan il-każ kien ukoll ikkaraterizzat minn diżgwid li kien inqala' bejn il-Pulizija u l-esperti maħtura mill-Qorti. Irrapportata nieqsa Fil-15 ta' Frar, 2002 il-Pulizija kienu ġew informati minn saċerdot, li kien jieħu ħsieb il-bżonnijiet finanzjarji ta' Marija Attard, li ma kienx ra lill-anzjana l-knisja għal xi jiem. Dan il-fatt ħasseb lil dan is-saċerdot l-aktar meta lanqas il-qraba tagħha ma kienu raw lil Marija. It-tfittxija għal Attard mill-ewwel bdiet fl-inħawi tar-razzett tagħha. Kien ġie stabbilit li l-anzjana kienet tmur għand ħabiba tagħha u biex tagħmel dan kienet tgħaddi minn mgħodija fejn hemm diversi spieri. Għall- ewwel il-Pulizija ħasbu li Attard seta' taha ħass ħażin u waqgħet iżda fl-ebda spiera li hemm f 'din il-mgħodija ma kien hemm sinjali tagħha. Minkejja t-tfittxijiet kienu intensivi baqgħet ma nstabitx. Iżda fil-fatt il-mara nstabet f 'waħda minn dawn l-ispieri u għaldaqstant qamet il- mistoqsija għaliex ma kinitx saret tfittxija f 'dik l-ispiera. Ir- risposta li kont ingħatajt meta għamilt din il-mistoqsija kienet li biex tasal għal dik l-ispiera kien kważi impossibbli għal mara ta' dik l-età u bi problemi biex timxi li tasal hemm waħedha. L-ispiera fejn instabet kienet ġibdet l-attenzjoni tal-Pulizija meta raw pajpijiet li kienu jagħtu għar-razzett ta' Attard. Dawn instabu għaddejjin minn bejn siġra tal-ħarrub u siġra oħra tal-bajtar tax-xewk. Biex waslu għal din l-ispiera kienet biċċa xogħol iebsa u ma kienx possibbli li mara bħal Marija Attard tasal hemm jekk ma tinġarrx minn persuni. L-investigazzjoni Nhar il-Ġimgħa, 22 ta' Frar 2002, dakinhar li nstab il-katavru tal-anzjana, kienet ġurnata tipika ta' Frar bix-xita u l-passaġġ kien mimli tajn. Dan għamilha diffiċli għall- Pulizija biex jelevaw xi marki tas-saqajn. Meta l-katavru ttella' mill-ispiera kienet nieżla ħafna xita tant li tpoġġa mill- ewwel f 'borża speċjali ('body bag') miksija bil-kanvas u fuq ordni tal-Maġistrat Dr Paul Coppini, il-katavru ttieħed fil-kamra mortwarja tal-Isptar Ġenerali ta' Għawdex biex ikun preservat. Kien dan il-fatt li urta xi ftit lill-Pulizija tal-Forensika li meta waslu fuq il-post ma sabux il-katavru u ma setgħux jeżaminaw ix-xena kif xtaqu. Meta komplew jeżaminaw huma, ħarġu bit-teorija li dan seta' kien każ ta' suwiċidju u mhux omiċidju. Meta l-Pulizija marru fir-razzett tal-anzjana fi Triq Għajn il-Qamar ma sabu l-ebda taqlib u kollox kien jidher li kien f 'postu. Minħabba li kien hemm min ħaseb li kien każ ta' suwiċidju, il-Pulizija fittxew għal xi nota li setgħet tħalliet mill-anzjana, iżda ma kien instab xejn. Fil-kċina saħansitra nstabet tiġieġa li kienet sajret Attard. L-anzjana kienet lestiet x'tiekol iżda baqgħet ma kilitx. Saret ukoll tfittxija intensiva biex forsi jsibu xi flus moħbijin iżda ma kien instab xejn ħlief għal ammont żgħir. Fil-fatt lanqas deheb ma nstab u meta saru verifiki mal-bank irriżulta li l-anzjana ma kellhiex ammonti kbar fil-bank. Dan ħasseb sew lill- investigaturi kif ukoll dawk li kienu jafu sew lill-anzjana. Attard kienet magħrufa li ma kinitx tonfoq flus u dan minħabba li l-mara kellha l-għelieqi u proprjetà, allura l-flus tal-pensjoni kienu ħafna iktar minn biżżejjed. Dan qajjem suspett li xi ħadd li kien jaf sew lill-mara u li hi seta' kellha fiduċja fih, seta' kien involut jew involuti. Riżultati identiċi Dakinhar stess li nstab il-katavru ta' Marija Attard, il-Maġistrat Coppini ordna biex issir awtopsja fejn ħatar lill-Patoloġisti Marie Therese Camilleri flimkien mat-Tabib Forensiku Mario Scerri. L-awtopsja saret fil-kamra John Pisani jpisani@mediatoday.com.mt Is-silenzju u l-omertà ma jgħinux lill-Pulizija