Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/278194
12 illum | Il-Ħadd 16 ta' Marzu 2014 Xarabank mhux post addattat għal diskussjoni serja MINN JONATHAN BRIFFA ILPROGRAMM Xarabank tal-Ġimgħa kien l-ewwel wieħed tax-xorta tiegħu minn wara l-Elezzjoni Ġenerali tas-sena l-oħra. Fih iltaqgħu ż-żewġ mexxejja politiċi tal- partiti l-kbar, bid-differenza li mill-aħħar wieħed ta' ftit aktar minn sena ilu nbidel Lawrence Gonzi u minfloku daħal Simon Busuttil. Lejn l-aħħar tal-programm daħal anki fix- xena Arnold Cassola, li kienet bidla politika oħra lokali minn wara Michael Briguglio. Wieħed mhux se jidħol fil-mertu ta' jekk minn wara Marzu tal-2013, dawn il-bidliet servewx ta' ġid jew le għall- partiti tagħhom u l-pajjiż tagħna. U anqas fil-mertu ta' jekk il-Prim Ministru Joseph Muscat kellux prestazzjoni aqwa jew le minn meta kien Kap tal- Oppożizzjoni. Għadu kmieni wisq biex tibda tiela' l-pressjoni tal-Elezzjoni Ġenerali u żgur mhux forsi li l-Elezzjoni tal- Parlament Ewropew ta' Mejju li ġej ma tiġbidx l-interess tal-poplu kollu. Iżda l-punt ta' diskussjoni għal kulħadd għandu jkun... Dibattitu bħal dan, għandu jsir fil-programm Xarabank jew le? Il-programm Xarabank ma fihx kantunieri għall- opinjonisti. Jew tħobb tarah jew tisħet is-siegħa li wasal il-lejl tal-Ġimgħa. Iżda hawn ukoll sezzjoni tal-poplu li jara Xarabank skont is-suġġett tal-ġurnata. M'hemmx dubju li programm bħal ta' Alan Bates kien ħela ta' ħin u ħela ta' dawl li jista' jikkunsmalek it-televiżjoni. Iżda programm bħal tal-Ġimgħa fejn laqa' fih lill-Prim Ministru u lill-Kap tal-Oppożizzjoni, tħobbx tara Xarabank jew le, iġiegħlek issegwih biex tara x'se jingħad bejn mexxej u ieħor f 'wiċċ xulxin u biex tammira l-battuti mmedjati li l-protagonisti jkunu kapaċi jitfgħu lil xulxin skont liema moħħ jaħdem l-aktar veloċi bejn it-tnejn. L-udjenza tkun mistiedna wkoll f 'dan il-programm. Iżda ħadd għadu ma jista' jifhem għalfejn kienu mistiedna għall- programm ta' dan ix-xorta meta skont il-preżentatur Peppi Azzopardi, ħadd ma seta' jċapċap u jgħajjat ma' kull intervent ta' Muscat u Busuttil. Aktar minn hekk, issa ħarġet ukoll fil-beraħ li s-siġġijiet tas-sala ta' programm ta' dan it-tip jitqassmu ndaqs bejn il-Partit Laburista u l-Partit Nazzjonalista. Jiġifieri sinċerament ħadd ma jista' jifhem x'tip ta' regola din maħruġa mill-Awtorità tax- Xandir! Minn dan il-lat, żgur li ħadd ma jista' jitkellem fuq żbilanċ. Fil-programm tal-Ġimgħa dehret evidenti li l-pubbliku ried jinfexx f 'għajta u ċapċipa l-ħin kollu u rnexxielu jagħmel dan lejn l-aħħar, anki jekk il-preżentatur stqarr tliet darbiet fi ftit minuti li kien se jitfa' lin-nies 'il barra. L-Awtorità tax-Xandir trid tifhem li dibattitu bħal dan mhux postu fi programm televiżiv bil-pubbliku. Iżda jekk tippermetti li jsir, allura għandha tħalli l-ispettaklu taċ-ċapċip u l-għajjat isir għall- benefiċċju tat-telespettaturi. Il-produzzjoni tal-programm Xarabank għandhom jitkellmu rigward dan kollu mal-Awtorità tax-Xandir. B'fuq quddiem nett Peppi Azzopardi, il-preżentatur li għal dawn l-aħħar snin mexxa dan il-programm kontroversjali ta' kull nhar ta' Ġimgħa filgħaxija fuq l-istazzjon nazzjonali. Azzopardi jrid jifhem li dibattitu politiku mhux l-istess tip ta' programm bla sens bħal meta jkollok lil Alan Bates u oħrajn li jdaħħku l-udjenza u li iżda, fl-aħħar tal-programm tispiċċa tgħid: "Imma x'tgħallimt u x'serva ta' ġid għalija dan il-programm?" Il-Ġimgħa, Azzopardi reġa' wera li hu limitat fejn jidħol dibattitu ta' dan it-tip. Minbarra li lejn l-aħħar bħal donnu ħarablu minn idu l-kontroll tal-programm u l-udjenza injorat l-appelli tiegħu kontra l-għajjat u ċ-ċapċip, għamel mistoqsijiet liż-żewġ naħat li ma kienu tekniċi xejn, bil-konsegwenza li f 'waqtiet minnhom il-mexxejja dehru qishom żewġt itfal tal-iskola qegħdin jitgħajru. Azzopardi deher konfuż u ma jafx kif se jwaqqafhom. L-arja li kellu fi żmien meta l-PN kien fil-Gvern bħal donnu marritlu. Bħal donnu xtaq li jagħmel ħafna aktar mistoqsijiet lil Muscat iżda pprefera jigdem ilsienu. Deher skomdu, jippreferi jibqa' kif inhu li ma jmurx jagħmel xi ħaġa li biha jisparixxu lilu u lill-programm Xarabank minn fuq l-istazzjon nazzjonali. Din kienet l-impressjoni li ħadu ħafna! Li twasslek għall-konklużjoni li tgħid li dibattitu politiku għandu jkun organizzat b'aktar serjetà. L-aqwa dibattiti kienu dejjem dawk bejn żewġ persuni li poġġew bilqiegħda wara mejda, wieħed fuq naħa u l-ieħor naħa oħra, bi preżentatur li jkun tassew bilanċjat bejniethom li jagħmel mistoqsijiet fuq naħa u oħra li jkun fihom l-istess toqol u piż biex wieħed jirrispondi. B'hekk biss il-pubbliku mid-dar ikollu ċans li jisma', jixtarr x'qiegħed jingħad, u jirrifletti bis-serjetà f 'min jaħseb li għandu raġun. Fi programm bħal tal-Ġimgħa, wieħed aktar ikun moħħu biex mid-dar jisma' xi battuta, biex jisma' l-udjenza tgħajjat u ċċapċap u biex forsi jisma' b'xi każ ġdid li mexxej jew ieħor ikun ħalla apposta għal dakinhar biex jimbarazza lill- avversarju tiegħu. Iċ-ċirasa fuq il-kejk stajna narawha fil-konklużjoni, wara dibattitu politiku l-PBS xandru l-vidjow il-ġdid tal-kanzunetta Coming Home ta' Firelight, il-kanzunetta li se tirrappreżenta lil Malta fil-Eurovision. Eżempju ta' kif il-PBS għadhom ma fehmux li bejn diskussjoni matura u kant u briju hemm baħar jaqsam. Konferma oħra kif il-PBS għadha ma fehmitx li għandu rwol importanti bħala xandar pubbliku. L-Awtorità tax-Xandir trid tifhem li dibattitu bħal dan mhux postu fi programm televiżiv bil-pubbliku preżenti fis-sala. Iżda jekk tippermetti li jsir, allura għandha tħalli l-ispettaklu taċ-ċapċip u l-għajjat isir għall-benefiċċju tat-telespettaturi. Peppi Azzopardi huwa għall-altezza tiegħu meta jkollu suġġett ridikolu, hem- mhekk jibbrilla, meta jiġi biex jiddiskuti suġġetti li jirrekjedu l-użu taċ-ċelloli tal-moħħ jiżloq ukoll sezzjoni tal-poplu li jara Xarabank skont is-suġġett Ħames Minuti ma' Matthew Calleja MATTHEW Calleja, għandu 26 sena u minn Ħ'Attard. Preżentatur fuq NET Television. Matul l-aħħar snin ippreżenta l-programm Crazebook flimkien ma' Nate Darmanin. Matthew jifforma parti mit-tim ta' produzzjoni tal-programm ġdid fuq NET Television Tour du Ron. Hu jaħdem bħala Marketing Executive ma' Media.Link Communications. Kelma waħda li tispjega ħajtek? Mimlija. X'inhi l-attitudni tiegħek lejn il-ħajja? Pożittiva ħafna. Nemmen li jekk iżżomm ruħek f 'burdata tajba, tkun tista' toħlom u l-istess ħolm tagħmlu realtà. Kif tħajjart tidħol fix-xena tat-televixin? Minn ċkuniti kont inħobb ix- xandir, u nista' ngħid li tħajjart b'mod naturali ħafna għax ħadd fil-familja ma kellu dan l-interess ħlief nannuwi li aktar kemm jgħaddi żmien aktar nirrealizza kemm kien iħobb jesperimenta bil-vidjografija u r-ritratti. Huwa possibbli li tkun xandar/preżentatur full-time f 'pajjiżna? Possibbli jekk wieħed iżomm saqajh mal-art u jaħdem ħafna. Li tkun kapaċi tagħmel xogħol ta' produzzjoni jgħin ħafna. Fi kliem sempliċi nemmen li huwa possibbli jekk taħdem wara l-kwinti wkoll. Preżentatur li tammira? Ronald Briffa. X'taħseb dwar il-kaċċa f 'Malta? Nifhem li huwa delizzju għal ħafna però għandu jkun regolat. Il-bilanċ sabiħ f 'kollox. X'tippreferi: is-sajf jew ix- xitwa? Is-sajf għax tixxala aktar però x-xitwa nħobbha biex nitgeddes. X'jiffrustrak? Id-diżonestà u l-gideb. X'ibeżżgħek? Il-mewt u d-diżastri mingħajr stennija. Kemm hi importanti r-reliġjon f 'ħajtek u għalfejn? Importanti ħafna. Nemmen li żżommok fuq saqajk u tgħinek tieħu deċiżjonijiet tajba filwaqt li żżomm komunikazzjoni tajba ma' ta' madwarek. Kemm hi moħħha miftuħ Malta fejn tidħol moda? Ejja ngħidu li riċentament sar kambjament kbir. Kemm tħobb lil pajjiżek? Pjuttost patrijott ta! L-aħħar safra li kellek fejn mort? Firenze. Post bi storja u kultura eċċellenti. X'inhu suċċess fil-ħajja għalik? Li tilħaq l-aspirazzjonijiet tiegħek. L-iktar darba li stħajt? Kull darba li naqla' kumpliment. Il-Futur ta' Matthew Calleja… Possibilment aktar wara l-kwinti milli quddiem il-kamera. Bħalissa qed nistudja l-arti diġitali u mħajjar inkompli nesplora din l-industrija kreattiva. Jien bniedem avventuruż ħafna u ma neskludix li ser ikolli produzzjonijiet televiżivi oħra fil-futur.

