Illum previous editions

illum 16 March 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/278194

Contents of this Issue

Navigation

Page 17 of 35

18 illum | Il-Ħadd 16 ta' Marzu 2014 P ruvajt naqa' għat- tentazzjoni li ma niktibx dwar sena amministrazzjoni, iżda ma flaħtx. Ma flaħtx nikteb fuq ħaġa oħra wara li smajt il-konferenza ta' Simon Busuttil dwar sena Amministrazzjoni Laburista. Kelli naqa' li nikteb dwar dan għaliex ma flaħtx għat-titlu li għażel: "Gvern li jaħdmek." Għall-mument ħsibtu qiegħed jitkellem dwar il- Gvern li kien hemm qabel. Iżda ftakart li Simon u sħabu ilhom fl-Oppożizzjoni sena u xorta għadhom iġibu rwieħhom daqs li kieku għadhom Kastilja. F'dik il-konferenza, b'Simon u bis-sitta li kellu warajh, li kif poġġewhom kienu qishom tfal tan-nuna, kien hemm seba' avukati b'kollox. B'dan kollu lanqas fejn jidħlu fatti legali ma kienu preċiżi, ħaġa li għedt lil Ann Fenech qabel ma bagħtitni naħsel x'imkien on air. Dan il-Gvern tista' tgħidlu kollox. Tista' tgħidlu li ma kellux esperjenza ta' gvern, u xorta gverna. TONI ABELA MEDIASPOT MINN MARIO AZZOPARDI JEKK b'satira karnivaleska fhimna maskerun tal- Ministru Konrad Mizzi, li bilkemm jagħtih lemħa, dritt u wieqaf, mingħajr id-dinamika tal-parodija, allura diġà bdejna nfallu. U biex "nikkoreġu" maskerun ta' Giovanna Debono, oriġinarjament murija bħala xitan sesswalment provokattiv, tassew li m'għandniex idea ta' x'suppost ikun karnival politiku. Diġà beda jkun sanitizzat biex jgħaddi mill- passatur irqiq taċ-ċensura politika. Pereżempju biex Konrad Mizzi jassumi xeħta karnivaleska, ried ikun liebes il-kimono, xagħru mimxut bi stil Ċiniż u b'dokumenti dwar iż-żejt f 'idejh, flimkien m'oħrajn pubbliċitarji dwar tnaqqis ta' 25% mill- kontijiet tad-dawl u l-ilma. Xi ħaġa hekk, insomma. U Giovanna messha dehret b'denb twil idur ma' sidirha ppakkjat f 'push-up bra trasparenti. Min ħoloq dawn il- maskeruni? Il-PN? Il-PL? Fuq liema disinn inħadmu? Min kienu l-artisti? Min ħa d-deċizjoni li dan hu xogħol li jissodisfa l-kriterji tas-satira? Min aċċetta li dan hu xogħol teknikament ta' livell, ngħidu aħna, meta mqabbel mal- Karnival ta' belt bħal Viareggio, famuż għas-satira aggressiva tal-karrijiet tiegħu? Hu li hu, l-unika ħaġa redikola f 'dan l-hekk imsejjaħ "karnival satiriku" kienet it-timidità tiegħu. Għadna lanqas bdejna. "IR-RINOVAZZJONI RADIKALI" TAL-PN Jidher ċar li "r-rinovazzjoni radikali" li qed iwiegħed il-PN mhi xejn ħlief eżerċizzju li għandu jsib l-approvazzjoni tal-ikkonvertiti. Issemmew konsultazzjonijiet mal-attivisti, kunsilliera, membri tal-partit, eks-mexxejja u "s-soċjetà ċivili". X'jifhem il-PN b'"soċjetà ċivili" ma ntqal xejn. U lanqas ma ntqal kif se jkun indirizzat id-defiċit diżastruż fl-aħħar telfa elettorali. Ingħad biss li l-PN se jipprova jittappja dawk is-setturi li normalment mhux attivi politikament jew li tradizzjonalment mhumiex assoċjati mal-PN. Ma ntweriex kif u għaliex dawn għandhom jibdew resqin lejn il-partit ta' Simon Busuttil. Għax qed jibqgħu jinkixfu l-iskandli u t-tberbiq mit-taxxi tal- poplu. Jew għax jinkixfu l-flejjes enormi li kienu jingħataw għall-hekk imsejħa "konsulenzi" lil ta' ġewwa. Għall-istejjer ta' korruzzjoni organizzata, għall-maħfriet presidenzjali. Għall-arroganza ta' min assigura li se jibqa' jiggverna għoxrin sena oħra. Ħalli jimmarkaw, dawk li l-kliem ma jagħmilx bihom, li "l-bidla radikali tal-istrutturi" se tħalli lill-PN fejn kien, lampa stampa. Infaxxat biex jgħatti l-ġrieħi li fera lilu nnifsu bihom. L-AGGRESSJONI TAL- MEZZI TAX-XANDIR U L-PAPA Franġisku Il-Papa Franġisku f 'dawn il-ġimgħat tkellem dwar il-mezzi tax-xandir diġitali. Osserva li n-nies jeħtieġ li ma tibqax għaddejja b'dan ir- ritmu miġnun tal-ħajja li qed tgħix u li jmessha turi xi ftit tenerezza. Fakkarni fir-reklam taċ-ċikkulata fejn titfaċċa baqra vjola, tibdel kollox mil-lejl għan-nhar u kulħadd jibda jgħannaq lil xulxin. Imma r-realtà hi mbiegħda ħafna mir-reklam tal-baqra vjola u ċ-ċikkulata. Franġisku wissa lill-Kattoliċi li għandhom jitbiegħdu mill- idea, li l-ideat tagħhom biss huma tajbin, validi jew assoluti. Iżda dan dejjem kien u għadu jgħodd għall-Knisja Kattolika nfisha, li assumiet il-"leħen divin". L-istess jista' jingħad meta Franġisku jitkellem dwar il-firda skandaluża u bejn l-opulenza istituzzjonali u l-fqar tad-dinja. L-opulenza ċerimonjali dejjem kienet karatteristika tal-Knisja profana, miksija bil-kristall, id-deheb, il-fidda u l-ħjut fini tal-paramenti. Minkejja l-intenzjonijiet kollha tiegħu Franġisku mhux jirnexxielu jirrikonċilja l-kontradizzjonijiet. Il-kliem mhux iħalli effett u l-istrateġiji aggressivi tan-neokapitaliżmu għad għandhom is-sopravvent. Franġisku jrid jaffronta l-problema b'mod soċjo- politiku. IL-PROTESTA U L-ABJURA Il-Partit Nazzjonalista baqa' jagħmel minn kollox biex itawwal il-każ tal-investiment u ċ-ċittadinanza li għall-Unjoni Ewropea hu każ magħluq. Anki l-mezzi tax-xandir pro-PN f 'Malta baqgħu jipprovaw iġebbdu l-kwistjoni minkejja stqarrijiet ċarissimi mill-UE li l-każ dwar Malta kien magħluq għas-sodisfazzjon sħiħ tagħha. Imma l-aktar aspett intollerabbli f 'pajjiż demokratiku hu li l-PN, illum immexxi minn kap b'wiċċ ta' bimbo imma b'ras li taħseb bil- mentalità ta' tribù, iċċensura lil min kien qiegħed, minn ġewwa, jappella għar-raġuni. Kevin Plumpton, kandidat bħala membru Parlamentari Ewropew u President tat- Taqsima Żgħażagħ tal-PN, ħeġġeġ lill-Partit tiegħu biex jirtira l-protest ġudizzjarju li fetaħ il-Partit dwar l-iskema taċ-ċittadinanza, wara li ntlaħaq ftehim bejn il-Gvern Malti u l-UE. Il-PN sejjaħ minnufih lil Plumpton biex iġibu f 'sensih u jiġbed il-ħabel tat-tribù, għax kien qed jikklaxxja mal-preċetti tal-istess tribù. Bħal Galileo quddiem l-Inkwiżizzjoni, Plumpton abjura. Probabbilment ikkontja l-konsegwenzi jekk jibqa' jeħodha kontra l-ġerarkija. CHARLES ARRIGO U L-KUNSERVA Wieħed mill-aħjar programmi li jixxandru fuq TVM hu Malta u lil hinn minnha. Kombinazzjoni perfetta ta' storja, ekoloġija u patrimonju. Dwar dawn l-aspetti pożittivi ġieli ktibt drabi oħra u kkonfrontajtu mal-ħafna medjokrità li għadha tintwera, fejn kulħadd jidher jikkwalifika bħala preżentatur/preżentattriċi jew kok/a. Biex ma nsemmux il-ġgajta ta' promuturi kummerċjali b'ilħna atroċi. Dak li ma jogħġobnix f 'Malta u lil hinn minnha hu l-mod kif għadu jintuża leħen il-mejjet Charles Arrigo biex tkun reklamata l-kunserva – żgur li dan l-attur, preżentatur u qarrej inimitabbli tan-narrattiva ma jixraqlux dan it-trattament indekoruż. Id-dnub jinħafer... iżda ma jorqodx! I l-gwerra ċivili Sirjana issa għalqet tliet snin. Fil-15 ta' Marzu 2011, faqqa' rvell fil-belt ta' Daraa wara li ħmistax-il tifel ta' bejn 9 u 15-il sena ġew arrestati għaliex ħażżu fuq il-ħajt kliem kontra r-reġim ta' Bashar al-Assad. Il-gwerra ċivili Sirjana ma jidhirx li ser tintemm dalwaqt u l-Forzi Armati tal-gvern ta' Assad, megħjuna mill-Iran kif ukoll mill-milizja Xijita Libaniża ta' Ħeżbollah qegħdin bil-mod il-mod jirkupraw it-territorju li tilfu għar-ribelli li aktar ma jgħaddi ż-żmien qegħdin jiddgħajfu minħabba ġlied intern, speċjalment bejn ir-ribelli sekulari u dawk ta' ispirazzjoni Iżlamista spiss alleati mal-Al Qaeda. Kelli l-okkażjoni nżur darbtejn is-Sirja. L-ewwel darba kienet għoxrin sena ilu meta mort ma' ħabib tiegħi li kien minn Aleppo, l-akbar belt Sirjana. Aleppo hi waħda mill-eqdem bliet tad-dinja, għal sekli sħaħ kienet il-bidu u t-tmiem tat-Triq tal-Ħarir u kienet it-tielet l-akbar belt tal-imperu Ottoman, wara Istanbul u l-Kajr. Kienet u għadha ċentru kummerċjali ferm importanti. Aleppo kienet tassew affaxxinatni. Hija belt ta' aktar minn żewġ miljun ruħ, li minnhom xi kwart ta' miljun huma nsara. Fil-fatt, għandha waħda mill-akbar komunitajiet insara fil-Lvant Nofsani. Barra miċ-ċittadella li tiddomina l-belt, hemm bosta bini storiku fosthom il- moskea l-kbira ta' Ummayad li nbniet fis-sena 715. Fiha hemm meqjuma l-fdalijiet ta' Żakkarija, missier San Ġwann il-Battista. Ma ninsa qatt ix-xena ta' mara anzjani ssejjaħlu "Ja Żakkarija" filwaqt li tagħti fuq sidirha. Din il-moskea kienet iċ- ċentru ta' battalji qliel bejn il-forzi tal-gvern u r-ribelli u fl-24 t'April li għadda, il- minaret li kien ilu mibni mis- sena 1090 safa meqrud. Hija tassew ħasra li wirt storiku daqshekk sinjur qiegħed jisfa vittma tal-ġlied fil-gwerra ċivili. Xena li ma ninsiex f 'Aleppo hija ta' moskea kbira f 'nofs ta' pjazza mdawra minn erba' knejjes żgħar ta' denominazzjonijiet insara differenti li jgħixu f 'Aleppo bħal Armeni, Melkiti, Maroniti, Kaldej u Sirjaċi Kattoliċi li ħafna minnhom għadhom jitkellmu l-lingwa li kien jitkellem Kristu, l-Aramajk. Din id-diversità reliġjuża u kulturali tnissel ukoll kċina ferm varjata u sinjura. Madankollu, waħda mill-aqwa ikliet li qatt kilt f 'ħajti kien meta JOE ELLIS YOUR FIRST CLICK OF THE DAY www.maltatoday.com.mt IL-KARNIVAL "SATIRIKU" Anniversarju mdemmi

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 16 March 2014