Illum previous editions

illum 16 March 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/278194

Contents of this Issue

Navigation

Page 35 of 35

illum | Il-Ħadd 16 ta' Marzu 2014 Il-viċi President tal-Parlament Ewropew f 'Malta 'M'għandniex biżżejjed poter biex nindirizzaw l-immigrazzjoni' JAMES J. PISCOPO jpiscopo@mediatoday.com.mt ILVIĊI President tal- Parlament Ewropew Gianni Pittella ammetta li m'hu sodisfatt xejn għal mod kif il-Parlament Ewropew indirizza l-problema tal- immigrazzjoni irregolari fil-Mediterran. Pittella, li matul il-ġurnata tas-Sibt iltaqa' mal-ogħla awtoritajiet Maltin, ma żammx lura milli juri d-dispjaċir tiegħu għan- nuqqas t'azzjoni minn naħa tal-istituzzjonijiet Ewropej f 'dan il-qasam. Waqt li kien qed iwieġeb għal mistoqsijiet ta' din il- gazzetta, il-viċi President qal li fil-preżent l-istituzzjonijiet Ewropej m'għandhomx biżżejjed poter biex jindirizzaw kif meħtieġ il- problema tal-immigrazzjoni. "Hemm bżonn ta' azzjoni anke fejn tidħol leġislazzjoni, imma fil- preżent dan ma jistax isir għax ir-responsabbiltà kollha tinsab f 'idejn l-istati membri. L-istituzzjonijiet Ewropej m'għandhomx il- poter mixtieq biex jieħdu l-passi meħtieġa, kemm għal wasliet tal-immigranti kif ukoll biex dawn jitqassmu mal-pajjiżi l-oħra," qal Pittella. Hu qal li l-immigrazzjoni irregolari hi tema kruċjali għal pajjiżi fil-Mediterran u li dan ir-reġjun għandu jerġa' jkun taħt il-lenti tal- Unjoni Ewropea "għax ġie abbandunat." Mistoqsi jekk jaqbilx li r-regolamenti attwali ta' Dublin II għandhom jinbidlu, hu wieġeb fil- pożittiv għaliex dawn huma diskriminatorji kontra l-istati membri li jinsabu fil- periferija. Fost l-oħrajn, ir- regolamenti ta' Dublin II ipoġġu r-responsabbiltà ta' immigrant irregolari kollha f 'idejn l-istat membru li fih ikun wasal, u għaldaqstant dan jitfa' l-piż f 'idejn il- pajjiżi l-aktar viċin tal- Afrika ta' Fuq. "Is-sistema preżenti mhix sostenibbli speċjalment għal pajjiżi bħal Malta, l-Italja u Spanja. Hemm bżonn ta' rieda politika qawwija biex nikkonvinċu lil pajjiżi tan- naħa ta' fuq tal-Ewropa biex huma wkoll jagħtu s-sehem tagħhom. Fuq kollox, dawn l-immigranti jkunu jridu li jiċċaqalqu u ma jibqgħux fil- pajjiżi Mediterranji." Akkumpanjat mill-kap tad-delegazzjoni Laburista Joseph Cuschieri, l-MEP Taljan kellu wkoll kliem ta' tifħir għall-gvern ta' Joseph Muscat fl-għeluq l-ewwel sena fit-tmun tal-pajjiż minkejja l-isfidi ekonomiċi internazzjonali. Is-soċjalist Taljan kien fost ta' quddiem li propona li l-Unjoni Ewropea tkun stat federali bħal ma hi l-Istati Uniti tal-Amerika. Hu jgħid li fil-viżjoni ta' Stati Uniti tal-Ewropa, il-pajjiżi Ewropej ikollhom l-istess saħħa tal-Amerikani u Ġappun fuq il-mejda tan- negozjar. Hu rrikonoxxa li minħabba d-differenzi soċjo-kulturali bejn il-pajjiżi dan hu diffiċli li jiġri fi żmien qasir, imma esprima tama li l-pajjiżi jimxu f 'din id-direzzjoni. Mistoqsi jekk Malta jaqblilhiex li tkun parti minn stat federali wieħed tal- Ewropa, Pittella qal li f 'dan ix-xenarju pajjiżna jkollu l-istess vuċi daqs pajjiżi akbar b'mod partikolari f 'suġġetti delikati bħad- difiża u l-affarijiet barranin. "Fil-preżent l-Unjoni Ewropea la hi stat federali u lanqas konfederazzjoni, qegħdin fin-nofs, u ma nistgħux nibqgħu hemm fil- futur. Din hi xi ħaġa li hemm bżonn niddeċiedu fuqha, fl- era ta' globalizzazzjoni pajjiż wieħed, kbir kemm hu kbir, ma jistax jaffaċja l-isfidi internazzjonali waħdu," temm jgħid il-viċi President tal-Parlament Ewropew. Għaxar żgħażagħ għall-Gwatemala FISSAJF li ġej 10 żgħażagħ se jkunu qed iwettqu esperjenza missjunarja fil-Gwatemala, fl-Amerika Latina. Din l-esperjenza ħa jkunu qed jagħmluha flimkien mal-missjunarju Għawdxi, Dun Anton Grech. Flimkien miegħu ser ikunu qegħdin jgħinu lin-nies fqar tal-post, mhux biss fuq l-att spiritwali, iżda wkoll b'mod soċjali. Dawn iż-żgħażagħ se jgħinu lil Dun Anton biex jitwettqu għadd ta' proġetti fil-Gwatemala. Is-sitwazzjoni preżenti fil-Gwatemala hija ta' faqar mhux biss materjali, iżda wkoll dik ta' faqar soċjali. Infatti, wħud mill-proġetti li qed jitwettqu minn Dun Anton, fosthom il-grawnd tal- futbol li qed jibni dan l-aħħar, qed isiru propju sabiex tiġi indirizzata l-problema ta' faqar materjali u soċjali u b'hekk ibiegħdu liż-żgħażagħ mill-problema preżenti ta' abbuż mid-droga, serq u prostituzzjoni. Din il-gazzetta tkellmet ma' Nicholas Briffa, wieħed miż- żgħażagħ li se jagħmlu din l-esperjenza. Hu qal li bħala grupp ta' disa' żgħażagħ, flimkien ma' Dun Dione Cutajar, iddeċidew li ma jistennewx sa ma jkunu fil-Gwatemala biex jibdew jagħtu l-għajnuna tagħhom. "Għaldaqstant, iddeċidejna li nibdew noffru l-għajnuna tagħna minn hawn Malta stess. Sar appell biex jibdew jinġabru affarijiet li għandhom ikunu ta' għajnuna kbira għal dawn in-nies. L-affarijiet diġà qegħdin jinġabru u r-rispons tal-qalb ġeneruża tal-Maltin u l-Għawdxin kienet waħda straordinarja," temm jgħid Briffa. Se jaħdmu biex jgħelbu l-problemi tad-droga, serq, prostituzzjoni u abbuż fost il-faqar materjali u soċjali Gianni Pittella

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 16 March 2014