Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/281884
14 illum | Il-Ħadd 23 ta' Marzu 2014 T herese Comodini Cachia hija wiċċ ġdid għall-Partit Nazzjonalista. L-ewwel darba li involviet ruħha b'mod dirett kienet is-sena li għaddiet meta għall-ewwel darba kkontestat l-elezzjoni ġenerali f 'isem il-Partit Nazzjonalista fuq is-sitt distrett elettorali. Iżda minkejja li ma ġietx eletta, l-avukata u lekċerer l-qasam tad-drittijiet umani, kompli tistinka u taħdem fost in-nies sakemm - 2013 aċċettat li tkun kandidata mal- Partit Nazzjonalista għall-elezzjoni tal-Parlament Ewropew li se ssir f 'Mejju li ġej. Comodini Cachia kienet ilha fuq ix-xifer tal-politika. Fix-xogħol professjonali tagħha fil-qasam tad-drittijiet fundamentali kien hemm drabi meta tramite l-kawżi li kienet qed tirrappreżenta wasslet għal bidliet fil-leġiżlazzjoni u kien hemm drabi oħra fejn anke permezz ta' proċeduri ġudizzjarji wasslet sabiex jiġu indirizzati abbuż ta' poter jew inġustizzji. "Dan ix-xogħol żewwaqtu ma' ħidma fil-volontarjat fejn ħdimt sabiex inqajjem għarfien mhux biss f 'attivitajiet indirizzati lill-pubbliku iżda anke f 'attivitajiet indirizzati lejn il-politiċi. Wasal iż- żmien li nkompli bil-ħidma tiegħi, din id-darba fil-qofol tal-politika. L-għan tiegħi huwa sabiex inkun nista' nagħti kontribut għal soċjetà aktar ġusta." Dwar il-Kap tal-Partit Nazzjonalista, Simon Busuttil, il- kandidata tal-PN qalet li hu qiegħed jindika dak li huwa ħażin bħala ħażin u dak li huwa tajjeb bħala tajjeb. Comodini Cachia qalet li kien ikun negattiv kieku qatt ma offra kooperazzjoni mal-gvern, jew kieku fixkel pjanijiet tal-gvern. "Però Simon Busuttil ikkritika pjanijiet fejn dawn kienu neqsin mill-ħsieb jew kienu jolqtu lin- nies b'mod ħażin; filwaqt li fejn kien hemm bżonn li jkun hemm kooperazzjoni bħal fis-settur tas- saħħa offra kooperazzjoni." Hi tenniet li din il-kooperazzjoni offriha wkoll fil-qasam tax-xogħol iżda sa issa ma ġietx aċċettata minkejja li l-qgħad qiegħed jiżdied. Mistoqsija għalfejn Busuttil mhux qed iżid fl-appoġġ skont is-sondaġġi tal-MaltaToday, Comodini Cachia fissret kif il-Kap tal-PN ħa t-tmun ta' Partit li kien tilef il-fiduċja ta' ħafna nies. Huwa għalhekk iffaċċja żewġ ostakli: l-ostaklu li tkun ġdid u dak li tieħu t-tmun ta' partit li ma kienx sejjer tajjeb. "Naħseb il-fatt li s-sondaġġi jindikaw xi xaqliba favur il-PN juri l-kapaċità ta' Simon Busuttil ukoll." Dwar il-kritika ta' wħud li l-Partit Nazzjonalista qed jesaġera fil-kritika tiegħu dwar il-ħażna tal-gass, il- "Se naħdem b'enerġija, dedikazzjoni u sinċerità" Therese Comodini Cachia dwar il- kandidatura tagħha, it-tanker tal-ħażna tal-gass u l-Unjoni Ewropea Jeroma Caruana Cilia Età – 41 sena Professjoni – Avukat L-aħħar safra – Berlin Ktieb li qed taqra – It-Tabib Sandy (Bijografija ta' Alexander Cachia Zammit) Persuna li tammira – Papa Ġwanni Pawlu II Therese Comodini Cachia jccilia@mediatoday.com.mt

