Illum previous editions

illum 23 March 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/281884

Contents of this Issue

Navigation

Page 0 of 35

0.90 23 ta' Marzu 2014 • Nr 388 NEWSPAPER POST Tel: 2122 3999 NICHOLAS Grech inġinier ta' 37 sena mill-Mosta qal lis- superjuri tiegħu li kien hu li kien ta materjal kunfidenzjali lil Daphne Caruana Galizia. Wara li ammetta dan, ġie trasferit mill-post tiegħu. Caruana Galizia, blogger u kittieba tal-gazzetta Independent, magħrufa l-aktar għall-kummenti ta' natura personali, kattivi u għall-kritika ħarxa lejn esponenti tal-Gvern, qed tiċħad dan kollu. Waqt investigazzjoni interna fl-Enemalta, sar magħruf li mill-kompjuter ta' Grech kienu ntbagħtu imejls dwar il-viżta ta' negozjanti Ċiniżi fl-Enemalta. Ftit ħin wara, ittellgħu dawn l-imejls fuq is-sit tal-blogger ta' Caruana Galizia. Fil-bidu tal-interrogazzjoni Grech qal li ma kienx hu li kien bagħat dawn l-imejls. Imma kien biss meta s-superjuri tiegħu insistew li kienu ser idaħħlu l-pulizija li Grech ammetta li kien hu li bagħat il-materjal lill-imejl pawlupawl68@hotmail.com li minn hemm ġie mgħoddi lill- blogger Caruana Galizia. Meta ġie pressat min hu pawlupawl68@hotmail.com hu qal li kien il-ħabib tiegħu imma investigazzjonijiet interni urew li pawlupawl68@hotmail.com huwa infatti Nicholas Grech stess. Kumbinazzjoni fl-istess ġranet ta' meta nħarġet din l-informazzjoni fuq il-blogg, persuna ta' madwar 50 sena deher bir-rota fit-triq fejn joqgħod Nicholas Grech. Dan ġie konfermat minn persuni li joqogħdu fl-istess triq. "Dan il-bniedem jidher raġel pulit u jitkellem Malti u Ingliż," qalilna persuna li ġie l-uffiċċju tal-MediaToday meta sar jaf li Grech kien is-sadist tal- annimali. Caruana Galizia ċaħdet li qatt irċeviet informazzjoni mingħand Nicholas Grech meta ċemplet hi personalment fin-newsroom tal-MediaToday. Iżda ma ċaħditx li rċeviet informazzjoni sensittiva minn xi ħadd. Is-sadist tal-annimali kien jibgħat tagħrif sensittiv lil Daphne jpisani@mediatoday.com.mt Ara paġna 7 Ara l-paġna ta' wara John Pisani dwar delitt li seħħ fl-1981 John Pisani "Pesta" fil-Ħamrun FILĦAMRUN teżisti l-"pesta". Mhux minħabba t-tixrid ta' arja ħażina. Lanqas minħabba l-bini maħmuġ li hemm fi Triq il-Kbira... u anqas minħabba l-fatt li l-klabb u t-tim tal-futbol tal- Ispartans, minn monument glorjuż, spiċċa t-teatrin tal-futbol Malti bi kważi relegazzjoni ċerta għat-Tieni Diviżjoni. Iżda r-raġuni kollha ddur ma' Liġi "ġdida" li l-Pulizija ta' Malta tad-distrett bħal donnu se jibdew jinfurzaw f 'dan ir-raħal biss. B'dawn l-intoppi kollha f 'dan ir-raħal, bilfors li wieħed jispiċċa jgħid li fil-Ħamrun waqgħet saħta... jew hemm "il-pesta". Ara paġna 2 Intervista ma' Therese Comodini Cachia Ara paġni 14-15 Sidien tal-ħwienet jilmentaw minn ordni ġdida tal-Pulizija, "fis-1am għalaq u itfa' lil kulħadd 'il barra"

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 23 March 2014