Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/286278
Il-Ħadd 30 ta' Marzu 2014 | illum 15 ħafna voti fuq diversi distretti, anke fuq dawk li huma dominati mill- PN u li sa ftit tas-snin ilu l-PN kien itella' saħansitra 4 deputati minn 5. Hi wieġbet li għalkemm il-PN tilef ħafna voti minn distretti li fihom kien igawdi ċerta livell ta' popolarità, ma temminx li l-voti tilifhom minn hemm biss. Ir-riżultat elettorali tal-elezzjoni li għaddiet kif ukoll tal- elezzjoni ta' qabel jindikaw bl-aktar mod ċar li l-PN tilef il-voti minn kullimkien. "Nemmen li s-sinjali kienu diġà bdew juru fl-elezzjoni tal-2008 u wara l-leġislatura li għaddiet is- sitwazzjoni ddeterjorat ħafna. Kien evidenti li għalkemm il-PN kien qed imexxi l-pajjiż b'mod tajjeb fuq livell makro bħal fl-ekonomija, ix-xogħol, l-edukazzjoni u s-saħħa, il-PN tilef il-kuntatt dirett man-nies." Il-kelliema għall-Kompetittività u t-Tkabbir Ekonomiku qalet li n-nies ħafna minnhom tradizzjonalment Nazzjonalisti ħassew li l-PN ma kienx għadu l-Partit tagħhom u l-gvern ma kienx qed jirrappreżentahom skont l-aspirazzjonijiet tagħhom. Temmen li s-soluzzjoni hi li waqt li nibqgħu ffukati fuq il-politiki, irridu niddedikaw ħafna aktar ħin u enerġija għal man-nies peress li għad hemm ħafna nies li jħossuhom diżappuntati u mweġġa' mill-Partit Nazzjonalista. Staqsejtha jekk il-Partit Nazzjonalista kienx pro-business qabel l-Elezzjoni Ġenerali tal-2012. Hi kienet pronta twieġeb: "nemmen li l-PN kien pro-business f 'dawk li huma politiki, iżda maż-żmien tilef il-kuntatt reali man-negozjant u l-ħtiġijiet tagħhom ta' kuljum. Iżda jekk hemm partit li huwa pro-business huwa definittivament il-PN." Dwar il-fatt li l-qgħad qiegħed ikompli jiżdied: 7,237 f 'Jannar 2013 u 7,789 Jannar 2014, Debono qalet li jidher bl-aktar mod ċar li l-Gvern Laburista ma kellux u m'għandux pjan għal ħolqien tax-xogħol. Is-sinjali kollha li qed jagħti dan il-Gvern juru li fejn jiġu policies, tmexxija konkreta u viżjoni għal pajjiżna, il-Partit Laburista ma kellu ebda pjan. "Ir-rata tal-qgħad li qed tirranka fost is-setturi kollha – żgħażagħ, professjonisti, nies li qed ifittxu xogħol bażiku u nies li ilhom jirreġistraw aktar minn sena – hija indikazzjoni ċara li l-Gvern jeħtieġ jieħu azzjoni immedjata." Debono qalet li t-tnaqqis fil- produzzjoni industrijali, it-tnaqqis fl-esportazzjoni, it-tnaqqis fl- importazzjoni u t-tnaqqis fil-bejgħ fil-ħwienet fejn qed nisimgħu lis-self employed u lin-negozji ż-żgħar jilmentaw kontinwament dwar ekonomija batuta huma indikaturi li għandna bżonn injezzjoni immedjata. L-ekonomista sostniet li l-partit Nazzjonalista minn naħa tiegħu ilu għal din l-aħħar sena jinsisti fuq pjan tax-xogħol konkret, fuq viżjoni ekonomika ċara, fuq aktar investiment reali u produttiv u ħidma fuq niċeċ ġodda fl-ekonomija ta' pajjiżna, iżda jidher li l-pajjiż qed jiżżerżaq lura u meta t-tweġiba tkun ir-riżenja taċ-ċermen tal-ETC tintebaħ li l-Gvern qed ifalli fl- oqsma l-aktar importanti. Staqsejt lid-deputata Nazzjonalista x'taħseb dwar il-fatt li minkejja l-għajta tal-Partit Laburista li jkun l-aktar Gvern femminista fl-istorja ta' pajjiżna, għandna rata baxxa ta' nisa maħtura fuq bordijiet tal-Gvern. "Dan huwa każ ieħor mill-aktar ċar fejn il-Gvern qiegħed ifalli u kiser il- wegħda tiegħu. Wegħda li kien jaf li se jiksirha l-mument li għamilha." Dan għaliex fil-ħatriet imwegħdin minn qabel l-elezzjoni mill-partit Laburista, il-lista kienet diġà tindika predominanza qawwija ta' rġiel, qalet Debono. Kompliet tgħid li storja li ġabet propju din il-gazzetta u li hi kkwotat f 'diskors li għamlet fil-Parlament, tindika li l-persentaġġ tan-nisa fuq bordijiet u f 'pożizzjonijiet amministrattivi u eżekuttivi naqsu bin-nofs. "Dan biex ma nsemmux li bin- numru ta' nisa fl-akbar kabinett fl-istorja dal-gvern tefa' lil pajjiż mal-20 sena lura." Dwar l-iskema ta' bejgħ taċ- ċittadinanza, Debono qalet li n-nuqqas ta' kreattività u n-nuqqas ta' ħsieb ekonomiku u finanzjarju ġabu lil dan il-Gvern f 'sitwazzjoni li kellu jirrikorri għal tali skema. Hi enfasizzat li din l-iskema rrovinat r-reputazzjoni tant tajba li kellna u li konna ilna naħdmu għaliha tal-anqas 25 sena. "Pajjiżna tul is-snin li għaddew, kien minn ta' quddiem fl-oqsma finanzjarji, fl-oqsma tat-teknoloġija tal-informatika, fl-oqsma tar-remote gaming, fl-oqsma marittimi, fl- oqsma tal-avjazzjoni u setturi oħra. Issa dan il-gvern ġabna minn tal- ewwel fil-bejgħ taċ-ċittadinanza." Il-kelliema għall-Kompetittività u t-Tkabbir Ekonomiku sostniet li jista' jkun li trendilna l-flus din l-iskema, iżda ara xi prezz kellna nħallsu għaliha. Hi spjegat kif fil-ħajja hemm diversi attivitajiet li jiġġenerawlek il- flus, hemm xogħol li bih tikseb fama, reputazzjoni u jkollok dħul tajjeb, iżda hemm attivitajiet li jrendulek il-qliegħ imma bihom il-fama titfagħha l-baħar. Sfortunatament dan il-Gvern għażel it-tieni triq flok l-ewwel waħda. Dan juri kemm dan il-Gvern ta' Joseph Muscat la jemmen f 'pajjiżna u wisq anqas fil-poplu Malti u Għawdxi, qalet Debono. Waqt li temmen li pajjiżna u l-poplu Malti għandu jibqa' jkollu l-kuxjenza u l-valuri li dejjem kellu fil-konfront ta' traġedji umani bħal ma hi l-immigrazzjoni irregolari, Debono temmen li pajjiżna qed iġorr piż akbar milli jiflaħ. "Għaldaqstant flok nagħmlu bħal ma għamel il-Prim Ministru Muscat, fejn prova jieħu d-dritta tiegħu bit- theddid u tgħajjir, nemmen li bħala negozjaturi u nies ta' fama tajba fil-qasam diplomatiku stajna niksbu ħafna aktar riżultati bin-negozjati u diplomazija, milli pajjiżna spiċċa emarġinat fuq livell Ewropew bil-konsegwenza li pajjiżna spiċċa ngħata anqas għajnuna milli ħa." Dwar il-meritokrazija tal-Gvern Laburista, Debono qalet li hija ineżistenti, ma jafx xi tfisser u ma teżistix fid-dizzjunarju tiegħu. L-ekonomista qalet li kien juża l-kelma meritokrazija qabel l-elezzjoni għall-konvenjenza. Illum remieha għax la jemmen fiha u lanqas taqbel mal-wegħdiet li għamel qabel l-elezzjoni. Hi spjegat kif dan huwa każ ieħor ċar ta' kif Joseph Muscat kien jaf li se jikser wegħdiet qabel biss ilissinhom. Skont Debono, ħaġa tajba fil- Partit Laburista hija l-immaġini u l-organizzazzjoni. Fuq il-każ ta' John Dalli, l-ekonomista qalet li dan huwa każ kumpless li fuq livell Ewropew għada għaddejja l-investigazzjoni fuqu u fuq livell lokali l-pulizija ddeċidiet li tieħu triq differenti. "Każ klassiku li minnu għandna nitgħallmu li l-politiċi m'għandhomx jindaħlu f 'kollox u jħallu lill-pulizija twettaq dmirha b'investigazzjoni indipendenti." Dwar is-sitwazzjoni tal-PBS, Debono temmen li dejjem batejna biex insibu bilanċ f 'dak li hu xandir pubbliku, biss maż-żmien jidher li konna qegħdin nitgħallmu u nilħqu livelli tajbin. "Naħseb li wara l-elezzjoni tal- 2013, ittieħdet deċiżjoni li naqilbu l-gear għar-reverse," temmet tgħid il-kelliema tal-PN. L-Oppożizzjoni trid tkun viġilanti, kostruttiva u propożittiva "Il-PL ma għandu ebda pjan dwar tmexxija konkreta u viżjoni għal pajjiżna" "Jekk hemm partit li huwa favur in- negozju huwa definittivament il-PN" "L-Oppożizzjoni vvutat favur 21 minn 25 liġi"