Illum previous editions

ILLUM 30 MARCH 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/286278

Contents of this Issue

Navigation

Page 29 of 39

30 illum Il-Ħadd 30 ta' Marzu 2014 SPORTSillum Naxxar jikkundannaw lil Rabat għall-Ewwel Diviżjoni Qormi jiksbu tliet punti prezzjużi kontra Floriana Qormi......................2 Floriana ..................1 MINN CRISTIAN ANTONY MUSCAT QORMI kisbu tliet punti prezzjużi kontra Floriana biex issa jinsabu punt biss wara l-Greens fir-Relegation Pool. B'hekk issa Qormi laħqu lil Naxxar Lions b'20 punt fil-klassifika, waqt li fetħu vantaġġ ta' 5 punti fuq Vittoriosa Stars. F'din il- logħba mpressjona l-plejer Leighton Grech li fil-fatt ġie vvutat bħala l-BOV Plejer tal-Logħba mill-ġurnalisti preżenti u ironikament qed jinteressa lill-istess Floriana. Qormi rnexxielhom jiftħu l-iskor fit-13-il minuta hekk kif Joao Gabriel da Silva kkonkluda azzjoni personali permezz ta' xutt minn tarf il-kaxxa li għeleb lil Daniel Hanford. Il-Greens resqu viċin fid-29 minuta meta Gary Muir kien sfortunat li laqat il-wieqfa permezz ta' freekick mil-lemin. Erba' minuti biss wara, Floriana ġabu l-iskor indaqs meta Christian Caruana ħa vantaġġ sħiħ minn nuqqas ta' ftehim bejn difensur ta' Qormi u l-goalkeeper u mill-viċin tefa' ġewwa. Fit-62 minuta Bondin żmarka lil Alfred Effiong fuq il-lemin iżda Hanford imblokka t-tentattiv tiegħu f 'corner. Seba' minuti wara, il-goalkeeper ta' Floriana dawwar f 'corner xutt sabiħ ta' Gabriel. Qormi reġgħu marru fil-vantaġġ fit-72 minuta meta minn kross mix-xellug ta' Tristian Caruana, il-ballun spiċċa f 'saqajn Leighton Grech li għeleb lil Daniel Hanford permezz ta' xutt fil-baxx. Qormi - Farrugia (Sultana 33'), Gabriel da Silva, Grech, Effiong, Bugeja (Bajada 87'), Vella, Pisani, Quintieri, Gianola, Bondin, Caruana Floriana - Hanford, Scicluna, Ibok Edet, Pisani, Caruana (Casha 84'), Coronado, Pinheiro de Souza, Xerri, C. Borg, J. Borg, Muir Referee - Paul Caruana LEIGHTON GRECH Ġie vvutat bħala l-BOV Plejer tal- Logħba mill-ġurnalisti preżenti Twieled fl-20 ta' Marzu 1990 Skorja t-tieni gowl f'din ir-rebħa Qormija li kellu jkun il-gowl li jfisser 3 punti prezzjużi għas-sofor u s-suwed Qed ikollu staġun mill-aqwa ma' Qormi speċjalment fir-Relegation Pool Barra ma' Qormi, fil-karriera tiegħu lagħab ukoll ma' Birkirkara, Vittoriosa Stars, Hibernians, kif ukoll mat-tim nazzjonali ta' taħt il-21 sena u anki mat- tim nazzjonali A Naxxar L ............. 2 Rabat A .............. 0 MINN CRISTIAN ANTONY MUSCAT NAXXAR Lions kisbu rebħa minima ta' 1-0 fuq Rabat Ajax u għalhekk ikkundannaw lill- Magpies għall-Ewwel Diviżjoni fl-istaġun li ġej. Bħas-soltu Rabat Ajax kellhom numru ta' plejers importanti neqsin fosthom Dylan Falzon, Dani Pelaez Bellido, Sorin Oproiescu, Adam Smeir u Ryan Micallef iżda għalihom irritornaw il-plejers Jonathan Bajada u Pavle Velimirovic wara li tilfu l-aħħar logħba għalihom. Winston Muscat għażel li jibda l-logħba mingħajr Thiago Lopes de Souza iżda laqgħu lura lil Angus Buhagiar u Andrew Decesare. Il-Magpies kellhom l-ewwel tentattiv indirizzat lejn il-lasti avversarji fis- 17-il minuta meta xutt sabiħ ta' Diego Carrillo Pendas għadda ftit barra. Ftit wara l-goalkeeper Velimirovic salva lit-tim tiegħu permezz ta' saves sbieħ fuq Bellia, Buhagiar u Gilmar da Silva Ribeiro biex impedixxa lil Lions milli jiftħu l-iskor. Għaxar minuti mill-ftuħ tat-tieni taqsima, Naxxar Lions irnexxielhom isibu x-xibka meta Andrè Rocha da Silva għadda tajjeb lejn Angus Buhagiar fuq ix-xellug u dan għeleb lill-goalkeeper Rabti permezz ta' xutt angulat. Ħames minuti minn tmiem id-90 minuta, Naxxar Lions issiġġillaw ir-rebħa meta Victor Bellia kkonkluda azzjoni personali permezz ta' xutt b'saħħtu minn tarf il-kaxxa li ma ta l-ebda ċans lil Pavle Velimirovic. Naxxar Lions - Azzopardi, Bakare, Bellia (Debono 92'), Buhagiar, Da Silva Ribeiro, Decesare, Drago, Falzon (Scerri 73'), Reano, Stojanovic (Vignjevic 80') Rabat Ajax - Velimrovic, Gauci, D. Azzopardi, Tanti, Carapic, Caruana, Bajada (P. Borg 63'), W. Borg (Vella 74'), Licari, Carrillo Pendas, A. Azzopardi (Cauchi 87') Referee - Marco Borg FILIP STOJANOVIC Ġie vvutat bħala l-BOV Plejer tal- Logħba mill-ġurnalisti preżenti Twieled fid-19 ta' Mejju 1988 f'Belgrad fis-Serbja Jilgħab fil-pożizzjoni ta' plejer ta' nofs il-grawnd difensiv, waqt li s-sieq preferuta tiegħu hija dik leminija Ingħaqad ma' Naxxar Lions fil-bidu ta' dan l-istaġun Riżultati Riżultati Kampjonat Barclays Premier Is-Sibt 29 ta' Marzu Manchester U. vs Aston V. 4-1 Crystal P. vs Chelsea 1-0 Southampton vs Newcastle U. 4-0 Stoke C. vs Hull C. 1-0 Swansea C. vs Norwich C. 3-0 WBA vs Cardiff C. 3-3 Arsenal vs Manchester C. 1-1 Fixtures Kampjonat Barclays Premier Il-Ħadd 30 ta' Marzu 14:30 Fulham vs Everton 17:00 Liverpool vs Tottenham H. It-Tnejn 31 ta' Marzu 20:00 Sunderland vs West Ham U. Riżultat Kampjonat Serie A TIM Is-Sibt 29 ta' Marzu Bologna vs Atalanta 0-2 Fixtures Kampjonat Serie A TIM Il-Ħadd 30 ta' Marzu 12:30 Sassuolo vs Roma 15:00 Hellas Verona vs Genoa 15:00 Lazio vs Parma 15:00 Sampdoria vs Fiorentina 15:00 Torino vs Cagliari 20:45 Napoli vs Juventus It-Tnejn 31 ta' Marzu 19:00 Udinese vs Catania 21:00 Livorno vs Inter YOUR FIRST CLICK OF THE DAY www.maltatoday.com.mt Daqqa ta' ħarta kbira għal Chelsea DOWNLOAD THE MALTATODAY APP NOW

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 30 MARCH 2014