Illum previous editions

ILLUM 30 MARCH 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/286278

Contents of this Issue

Navigation

Page 24 of 39

Il-Ħadd 30 ta' Marzu 2014 | illum 25 Kummercjali Vodafone tappoġġja ċ-Ċentru ta' Riżorsi Helen Keller VODAFONE Malta Foundation riċentament għammret il-Jacuzzi fiċ- Ċentru ta' Riżorsi Helen Keller b'apparat li se jgħin lill-istudenti jaċċessaw il- jacuzzi u jagħmilha aktar faċli għall-impjegati li jgħinu liż-żgħażagħ. Iċ-Ċentru ta' Riżorsi Helen Keller hu ċentru għal studenti ta' età sekondarja u post- sekondarja sa 22 sena li għandhom diżabbiltà tat- tagħlim. "Is-sessjonijiet fl-ilma jkollhom impatt ta' benefiċċju fuq iż-żgħażagħ bi Profound and Multiple Learning Difficulties, PMLD; fejn jgħinuhom jirrilassaw waqt li jistimulaw is-sensi tagħhom," qalet Gemma Mifsud Bonnici, Chairperson ta' Vodafone Malta Foundation meta żaret iċ-ċentru u ppreżentathom bid-donazzjoni. "Aħna konvinti li l-investiment tal-Fondazzjoni se jżid il-benefiċċji billi jiżdiedu s-servizzi offruti miċ- ċentru." Iċ-Ċentru tar-Riżorsi Helen Keller oriġinarjament kien għal studenti neqsin mill- vista u s-smigħ, iżda nbidel għal ċentru għal studenti bil-PMLD fl-2009 wara l-att ta' riforma fl-edukazzjoni. L-istudenti jsegwu kurrikulu addattat bħala parti minn programm ħolistiku li jfittex li jagħtihom esperjenza ġenerali permezz ta' varjetà ta' mezzi sensorjali. Iċ- ċentru hu mgħammar bi kmamar b'servizzi speċjalizzati li jinkludi motor-sensory studio, multiple-sensory studio, gym u jacuzzi li jintuża mill- istudenti għal sessjonijiet tal-idroterapija. Connie Richard, Kap tal-Kulleġġ San Benedittu, miċ-Ċentru ta' Riżorsi Helen Keller, qalet "Huwa grazzi għall-appoġġ ta' benefiċċjarji bħal dawn li l-istudenti jistgħu jgawdu minn tagħmir u servizzi li regolarment qed jiġu aġġornati skont il-bżonnijiet partikolari tagħhom. Nixtiequ nirringrazzjaw lill-Vodafone Malta Foundation tal- appoġġ f 'dan il-proġett. Issa li l-fondi huma disponibbli, saret realtà ħolma oħra!" Louise Luke, li rrappreżentat il- Kummissarju Għoli tar- Renju Unit u membru fil-bord tal-Fondazzjoni Rob Luke qalet, "Fil-ħajja tagħna ta' kuljum kontinwament qed inkunu bbumbardjati bi stimulazzjoni li nitgħallmu nimmaniġġjaw. Sfortunatament, persuna li tbati mill-PMLD tiffaċċja diffikultajiet f 'din is- sitwazzjoni. Huwa l-użu ta' ambjent speċjalizzat bħal f 'dan iċ-Ċentru li jagħmilha possibbli għal dawn il- persuni biex ilaħħqu mad- diffikultajiet li jiffaċċjaw fit-tagħlim tagħhom." GreenPak tappoġġja l-Malta Journalism Awards Imħabbra t-tliet nalisti l-kategorija tal-Ġurnaliżmu Ambjentali ITTLIET ġurnalisti finalisti li ssottomettew ix-xogħol tagħhom għall-kategorija Ġurnaliżmu Ambjentali tħabbru matul iċ-ċerimonja ta' preżentazzjoni organizzata mill-Istitut tal-Ġurnalisti Maltin (IĠM). Il-finalisti ta' din il-kategorija huma Dr Edward Duca mill-magażin xjentifiku Think, Dr Alan Deidun minn The Sunday Times of Malta u Alvin Scicluna mill-istazzjon TVM. Il-Kap Eżekuttiv ta' GreenPak Coop Society l-Ing Mario Schembri, l-isponsor tal-kategorija tal-Ġurnaliżmu Ambjentali, feraħ lit-tliet finalisti qabel is-serata finali tal-Malta Journalism Awards, li ser issir nhar it-3 ta' Mejju 2014, għall-impenn tagħhom li jipproduċu ġurnaliżmu ta' kwalità. "Matul dawn l-aħħar ħames snin GreenPak sponsorjat il- Malta Journalism Awards biex tinkuraġġixxi aktar kuxjenza dwar kwistjonijiet ambjentali. Għalkemm Malta reġistrat progress żgħir fir-riċiklaġġ tal-iskart skont ir-rapport Environment EU28 li kien ippubblikat dan l-aħħar, aħna għadna xorta waħda niġġeneraw 589 kilogramma ta' skart per capita." "Dan hu kkunsidrat proporzjon ta' skart għoli ħafna. Barra minn hekk b'rata ta' 87% Malta għadha fost l-iktar pajjiżi bl-ogħla rata ta' skart li qed jintefa' fil-miżbliet. Għalhekk aħna nemmnu li l-mezzi tax-xandir f 'Malta għandhom irwol edukattiv essenzjali x'iwettqu," spjega l-Ing Mario Schembri matul il-preżentazzjoni. "GreenPak qiegħda b'mod kontinwu taħdem biex tkabbar ir-rata ta' riċiklaġġ minn kull dar u skart inġenerali u fl-istess waqt tnaqqas l-ammont ta' skart li jintefa' fil-miżbliet. Ir-rekord tagħna fl-irkupru tal-iskart żdied tant li minn 358,500 kilo li konna niġbru fl-2006 issa laħaq għal 17,850,000 kilo fl-2013. "Aħna nattribwixxu prinċipalment din iż-żieda pożittiva fir-riċiklar għall- kampanji edukattivi li GreenPak b'mod attiv wettqet f 'għadd ta' skejjel u mar- residenti ta' dawk it-38 Kunsill Lokali li huma reġistrati mal-iskema ta' GreenPak. Fl-istess nifs ngħarfu li għad fadal ħafna xi jsir," żid l-Ing Schembri. Il-kategorija tal-ġurnaliżmu ambjentali twaqqfet fl-2009 biex tagħti għarfien mistħoqq lil dawk il-ġurnalisti li jużaw il-ġurnaliżmu ambjentali biex jinfurmaw u jedukaw lill-qarrejja u lis-semmiegħa rispettivi tagħhom. Kull portafoll ta' sottomissjonijiet ikun eżaminat prinċipalment għall-valur tal-aħbar tiegħu, jiġifieri xogħlijiet li jżidu jew jinkoraġġixxu dibattitu dwar temi ambjentali attwali; u għall-impatt tiegħu li jista' jaffettwa jew jinfluwenza b'mod pożittiv il-komunità. Ħal-Qormi u l-Mosta ssieħbu mal-iskema tal-irkupru tal-iskart FTIT ġimgħat ilu l-Kunsilli Lokali ta' Ħal-Qormi u tal-Mosta ttrasferew is- servizzi għall-ġbir u riċiklaġġ ta' skart mill-iskema ta' GreenMT għall-iskema ta' GreenPak, l-iskema ewlenija nazzjonali. Dawn il-lokalitajiet addizzjonali ġabu l-għadd totali ta' kunsilli lokali li huma moqdijin minn GreenPak għal 38, li jkopru iktar minn 64 fil- mija tal-popolazzjoni Maltija. Il-materjal miġbur separatament minn dawn il-lokalitajiet jintbagħat għar-riċiklaġġ bl-impenn li jiżdied l-irkupru tal-materjali tal-ippakkjar b'mod aktar sostenibbli. GreenPak dejjem ħadmet biex tnissel kuxjenza fost il-komunitajiet ħalli jirriċiklaw aktar plastik, metall, ħġieġ u karta, permezz tal-firxa wiesgħa ta' servizzi li toffri. Dawn jinkludu l-ġbir tal-boroż tar-riċiklaġġ minn wara l-bieb, bring-in sites u ġbir ta' materjal speċifiku bħalma hu l-ħġieġ li jsir kull l-ewwel Ġimgħa tax-xahar. Il- ġabra tal-ħġieġ li jmiss ser issir nhar il-Ġimgħa 4 ta' April. Mario Schembri, il-Kap Eżekuttiv ta' GreenPak Coop qal: "Iż-żieda ta' tnejn mill- ikbar kunsilli lokali li hawn f 'Malta toffri sfidi kbar iżda anki opportunitajiet kbar, bejn biex nilħqu numru ikbar ta' residenti u bejn biex inkomplu ngħinu b'livelli ogħla ta' riċiklaġġ. Il-migrazzjoni ripetut tal-kunsilli lokali li rajna matul dawn l-aħħar xhur hu xhieda tas-servizz u l-kwalità superjuri li noffru. Permezz tal-impenn kontinwu tagħna, aħna sirna l-fornitur ewlieni għas-servizzi ta' ġbir ta' skart u riċiklaġġ f 'Malta u Għawdex. B'hekk ser inkomplu nsaħħu l-obbjettiv tagħna li nipprovdu lil dawn il-komunitajiet bi programmi u soluzzjonijiet ta' riċiklaġġ aħjar." Il-frekwenza tal-ġbir issir matul il-ġimgħa, u f 'ċerti lokalitajiet fejn hemm iktar kummerċ, GreenPak tipprovdi ġbir mill-ħwienet u negozji żgħar anki nhar ta' Sibt. GreenPak toffri programm fejn tqassam b'xejn il-boroż tar-riċiklaġġ lil kull dar bil- għan li tkattar u tinkuraġġixxi l-iskema ta' 'Riċiklaġġ kull nhar ta' Tlieta'. Il-GreenPak Coop Society hi skema awtorizzata mill- MEPA u membru fundatur ta' EXPRA, l-organizzazzjoni Ewropea li tippromwovi l-iskemi ta' responsabbiltà tal- produttur internazzjonalment. Għal aktar tagħrif dwar l-iskemi l-ġodda ta' ġbir, bring-in-sites, u tagħrif ieħor ta' interess ġenerali għar- residenti ta' Ħal-Qormi u l-Mosta, wieħed jista' jċempel lill-Kunsill Lokali rispettiv, inkella jċempel lil GreenPak fuq in-numru 2166 0233, jew jibgħat imejl lil info@ greenpak.com.mt Il-Kap Eżekuttiv ta' GreenPak Coop Society l-Ing Mario Schembri qed jippreżenta l-isponsorship liċ-Chairman tal-IĠM Malcolm J. Naudi Vodafone għammret il-jacuzzi b'apparat li se jgħin liż-żgħażagħ u lill-impjegati

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 30 MARCH 2014