Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/290778
8 illum | Il-Ħadd 06 ta' April 2014 Ir-referendum dwar il-kaċċa fir-rebbiegħa: Sa dil-ġimgħa jrid joħroġ il-verdett mill-Kummissjoni Elettorali F'pajjiżna s'issa saru sitt referenda, wieħed minnhom kien purament ta' natura lokali f 'Għawdex. Madanakollu, din hi l-ewwel darba li f 'pajjiżna jista' jsir referendum abrogattiv għat- tneħħija tal-kaċċa fi r-rebbiegħa. Jerome Caruana Cilia ta ħarsa lejn ir- referenda kollha li saru s'issa f 'pajjiżna. 1. Ir-referendum tal-1870 Dan huwa l-ewwel referendum li sar f 'pajjiżna. Id- domanda li saret lill-elettorat kienet: L-ekkleżjastiċi huma eleġibbli li jiffurmaw parti mill-Kunsill tal-Gvern? F'dak iż-żmien parti żgħira ħafna tal-popolazzjoni kellha d-dritt li tivvota. 2. Ir-Referendum dwar l-Integrazzjoni - 1956 Fl-1956 f 'Malta kien sar ir-referendum dwar il- proposta tal-gvern Laburista favur l-integrazzjoni ta' Malta mal-Ingilterra. Il-votazzjoni saret fil-11 u 12 ta' Frar 1956. Huwa pertinenti l-fatt li l-votanti kellhom il-possibbiltà li jkunu akkumpanjati fil-post tal-votazzjoni ma' ħabib jew qarib fdat li seta' jgħinhom jitfgħu l-vot tagħhom. Minkejja li l-vot IVA favur l-integrazzjoni rebaħ dan ir-referendum, it-total ta' dawk li vvutaw kontra, dawk li astjenew jew ħassru l-vot tagħhom, dawk li mietu u oħrajn li ma vvutawx qabeż il-vot IVA b'madwar 10%. L-Oppożizzjoni għamlet bojkott lejn dan ir- referendum. Minn total ta' 152,823, in-numru ta' persuni li tefgħu l-vot tagħhom kien ta' 90,343 jew 59.1%. Għażla Voti Persentaġġ Favur 1,409 96.05% Kontra 58 3.95% Invalidi jew vojta 6 0.24% Voti totali 1,473 Voti reġistrati 2,464 Ma vvutawx 991 40.22% Ħarġu jivvutaw 59.78% GĦAŻLA VOTI PERSENTAĠĠ Favur 67,607 77.02% Kontra 20,177 22.98% Invalidi jew vojta 2,559 2.83% Voti totali 90,343 Voti reġistrati 152,783 Ma vvutawx 62, 440 40.87% Ħarġu jivvutaw 59.13% Ir-rotta tal- ġurnalist Jerome Caruana Cilia Din il-ġebla f 'nofs ta' triq ma tagħmilhiex faċli biex tipparkja. Ta' min jinnota l-istat ħażin ta' din il-bankina. In-nuqqas ta' responsabbiltà ta' ċertu individwi tidher mill-fatt li dawn iħammġu u jarmu addoċċ. "Mhux biss ikerrhu l-viżwal, iżda wkoll iġibu l-mard u l-ġrieden," qal resident mal-gazzetta ILLUM. Ftit taż-żmien ilu ċemplet anzjana fil- kamra tal-aħbarijiet ta' MediaToday fejn qaltilna li spiċċat l-isptar wara li waqgħet meta kienet miexja minn fuq bankina partikolari. L-ILLUM żaret din il-bankina u fil-fatt kellha raġun. Kif juri r-ritratt l-istat ta' din il-bankina huwa tal-biża'. Nispera li l-bankina titranġa mill-aktar fis possibbli. Din is-siġra mejta tinsab viċin il-grawnd tal-futbol tal-Pietà. Kemm hemm bżonn li nagħtu kas aktar tal-ambjent naturali, b'mod speċjali fil-lokalitajiet tagħna. Kif rajt f 'diversi rotot oħrajn. F'tal- Pietà sibt ħafna ħmieġ tal-klieb fuq il-bankini. Hija ħasra li għad hawn min hu daqshekk irresponsabbli u ma jnaddafx wara l-kelb tiegħu. Kif rajt f 'diversi rotot oħrajn. F'tal- Pietà kienet bejn il-Belt Valletta u Floriana u ż-żona ta' Tas-Sliema, u dan taha prominenza kbira bħala post ideali għat-trasport u biex wieħed jgħix hemm. Tali żvilupp ħoloq il-ħtieġa li bejn l-1721 u l-1740 il-kappella tal-Pietà ssir viċi-parroċċa tal-knisja ta' San Pawl tal-Belt. Wara dan il-post kompla jsir aktar urbanizzat. Ġara li l-promontorju li jħares lejn il-Pietà kien ġie magħżul mill-Gvern Ingliż bħala s-sit għall-bini tal-isptar ġenerali ta' Malta. Dan semmewh St. Luke's Hospital u nbena bejn l-1930 u l-1937. L-infrastruttura relatata mal-bini u l-immaniġġjar tal-isptar ikkontribwiet direttament għall-urbanizzazzjoni rapida tal-post kollu, u l-popolazzjoni bdiet tikber ħafna. Bil-miġja tal-patrijiet Dumnikani fl-1945, li aktar tard, bejn l-1953 u l-1954 bnew knisja moderna għall-ħtiġijiet pastorali tar-residenti. Din il-knisja ġiet istitwita bħala parroċċa fl-1968. Din il-ġimgħa l-ġurnalist għamel ir-rotta fil- lokalità tal-Pietà u l-Blata l-Bajda.