Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/294633
12 illum | Il-Ħadd 13 ta' April 2014 12 illum | Il-Ħadd 13 ta' April 2014 Ħames Minuti ma' Rodney Vassallo RODNEY Vassallo – ġurnalist u preżentatur ta' programmi sportivi Kelma waħda li tispjega ħajtek? Spettakolari. X'inhi l-attitudni tiegħek lejn il-ħajja? Ħu ġurnata b'ġurnata, żomm saqajk mal-art, dejjem kun preparat għas-sabiħ u l-ikrah li toffri l-ħajja, ħobb lil min iħobbok, tagħtix każ x'jaħsbu jew x'jgħidu fuqek in-nies, u pprova dejjem kun pożittiv. Dan l-aħħar punt importanti għax in-negattività li tara f 'ċerti nies hija inkredibbli. Wieħed irid jidħol fih innifsu u jgħid kemm jien fortunat u jirringrazzja lil Alla kull ħin u kull mument. Bit-tlugħ u l-inżul li kulħadd ikollu, meta tagħsar kollox, il-ħajja hija sabiħa. Kemm hi importanti għalik il-politika? Onestament m'għadhiex daqs kemm kienet sa ftit tax- xhur ilu, speċjalment issa li m'għadnix naħdem f 'kamra tal-aħbarijiet. Ngħid għalija, minn dejjem bqajt konsistenti fit-twemmin tiegħi, imma dejjem urejt rispett lejn l-avversarji politiċi tiegħi. Nemmen li fl-ebda ħin il-politika m'għandha toħloq firda. Importanti li waqt li tħaddan l-ideali tiegħek, tirrispetta l-opinjoni ta' min ma jaqbilx miegħek. Skontok, xi tfisser qabża ta' kwalità fil- ħajja? Qed ngħixu f 'ħajja u soċjetà fejn il-flus jikkontrollaw, u allura jekk b'xi mod jew ieħor ittejjeb il-qagħda finanzjarja tiegħek, tkun qiegħed awtomatikament ittejjeb il- kwalità tal-ħajja li fiha tkun qed tgħix. X'valur għandhom il-flus għal ħajtek? Il-flus huma importanti, imma żgur mhux l-iktar ħaġa importanti. L-imħabba u r-rispett reċiproku lejn dawk ta' madwari hija ferm iktar għażiża u importanti mill- valur tal-flus. Definizzjoni ta' kuntentizza għalik? Li tqum kull filgħodu u tħoss paċi miegħek innifsek. Żgur mhux se jkunu l-affarijiet materjali li jagħmluni kuntent iktar milli jien. X'taħseb dwar il-kampanja Maltija? Il-ftit kampanja li għandna trid tiġi mħarsa. Qed ngħixu f 'pajjiż żgħir b'ħafna limitazzjonijiet. Mhux aċċetabbli li l-iżviluppaturi li għandhom interess biss li jħaxxnu bwiethom, ikomplu jeqirdu l-ftit kampanja li għandha f 'dan il-pajjiż. Tippreferi s-sajf jew ix- xitwa? Is-sajf sabiħ, madankollu jkolli nagħżel, nippreferi x-xitwa. Ħafna sħana li joffri s-sajf Malti tirritani ftit. X'taf issajjar bħala platt Malti? Il-kapaċitajiet ta' tisjir tiegħi huma ftit limitati, madankollu jekk il-mistoqsija nista' ndawwarha xi nħobb niekol, ngħidlek li bi platt għaġin kuljum inkun kuntent. Kemm tħobb il- pajjiżek? Pajjiżna għandu ħafna x'joffri, imma kultant naħseb li nkabbruha żżejjed meta ngħidu li għandna l-isbaħ temp u l-isbaħ baħar fl-Ewropa. Fortunat li dort ħafna postijiet fl-Italja, u ngħid għalija hemm ħafna postijiet isbaħ minn Malta. Vera li f 'pajjiżna għandha karaterristiċi uniċi, madankollu l-fatt li pajjiżna ġeografikament huwa maqtugħ mill-kumplament tal-Ewropa, ngħid għalija huwa żvantaġġ aktar milli vantaġġ. X'ibikkik jew idejqek fil- ħajja? Frankament ftit li xejn hemm affarijiet li jbikkuni. Min-naħa l-oħra hemm affarijiet u/jew nies li jdejquni, li sfortunatament ikollok tgħix bihom xorta waħda. M'hemmx x'tagħmel tieħu paċenzja!!! X'jiffrustrak l-iżjed? L-injoranza u l-egoiżmu fost il-poplu. Pajjiż membru tal-Unjoni Ewropea għal dawn l-aħħar 10 snin, madankollu minkejja l-progress li għamilna bħala pajjiż, l-mentalità tal-poplu Malti baqgħet xi ftit lura. Tiffrustrani wkoll il- problema kbira tat-traffiku li għandna f 'Malta. X'ibeżżgħek? Jien nista' mmut għada, ma tagħmilli l-ebda differenza, għax f 'ħajti għamilt prattikament kollox, u m'għandi l-ebda dispjaċir, madankollu l-ħsieb tal- mewt ta' xi ħadd qrib tiegħi ibeżżagħni ħafna. Kemm hi importanti li ssegwi l-isports għalik? L-isports huwa parti minn ħajti. Illum il-ġurnata sar xogħli u allura bilfors ikolli nsegwih b'ċertu interess. Wieħed ma jistax jitraskura l-fatt li bl-online betting, ħafna mill-ġenwinità tal-isport naqset, mhux biss f 'Malta iżda kullimkien. Madankollu wieħed ma jistax ikun biss negattiv u bla dubju s-suċċess li kisbu dan l-aħħar barra l-pajjiz, it-Tim Nazzjonali Malti tas-Snooker, u t-Tim Nazzjonali Malti tal-Waterpolo, jikkonfermaw kemm f 'pajjiżna hawn sportivi ta' talent u kemm għad hawn min għadu jieħu l-isport bis-serjetà, entużjażmu u professjonalità kbira. Il-mużika favorita tiegħek? Illum il-ġurnata l-mużika hija limitata biss għal dak il-ftit ħin li nkun fil-karozza. Allura l-mużika favorita tiegħi - dak li jkun qed idoqq l-istazzjon tar-radju favorit tiegħi waqt li nkun qed insuq. X'inhu suċċess fil-ħajja għalik? Diffiċli tikkwantifika din il- kelma, madankollu nemmen li sa issa fil-karriera ta' ġurnalist il-fatt li wasalt fejn wasalt sa issa kien suċċess. Inħossni kburi ħafna li sa Marzu 2013 kont parti minn tim f 'One News. Nemmen ukoll li fl-erba' xhur li ili naħdem fit- Taqsima Sport tal-PBS ħallejt ċertu impatt, u determinat li nkompli naħdem biex flimkien ma' sħabi nibqgħu nkunu ta' servizz u nżommu t-Taqsima Sport tal-PBS in- numru wieħed f 'pajjiżna. L-iktar darba li stħajt? Ma nistħix! Ħaħa L-isbaħ esperjenza f 'ħajtek? Bla dubju t-twelid ta' ibni seba' snin ilu. Illum l-iktar ħaġa li tagħtini sodisfazzjon f 'ħajti hu l-ħin li nqatta' mat- tifel tiegħi Brooklyn. Fuq xogħol kelli ħafna esperjenzi pożittivi, bla dubju l-ħafna esperjenzi ta' xogħol li kelli barra l-pajjiż jispikkaw fuq oħrajn. Mal-PBS qed inħares 'il quddiem għal iktar esperjenzi tal-ġenn hekk kif deħlin għal żmien impenjattiv bit-Tazza tad-Dinja u avvenimenti sportivi oħrajn li se nkunu qed noffru lit-telespettaturi tagħna fuq TVM u TVM2. Temmen fid-destin? M'għandix ċans naħseb fuq ċuċati. Ħolma li għadek ma wettaqtx f 'ħajtek? Tgħid mhux ħa ngħidlek li niżżewweġ!!! Madankollu, bħal kulħadd minn dejjem kelli ħolma li jkolli l-post tiegħi. Wara ħafna xogħol, diffikultajiet u sagrifiċċji fl-aħħar xhur, bi pjaċir u sodisfazzjon enormi fl-aħħar wasalt, u għal nofs is-sajf li ġej suppost għandi nidħol fl- appartament il-ġdid tiegħi. Wara li nidħol fil-post inkun verament għamilt dak kollu li tista' tagħmel f 'din il-ħajja. Li jiġi wara huwa kollu bonus! - Procurement of Six Tape Libraries Including Five Years Maintenance and Support Services – T015/14 Data ta' ħruġ: 7 ta' April 2014 / Data ta' għeluq: 5 ta' Mejju 2014 - Procurement of Two Disk Cages Including Five Years Maintenance and Support Services – T016/14 Data ta' ħruġ: 7 ta' April 2014 / Data ta' għeluq: 5 ta' Mejju 2014 - Procurement of Twelve Servers Including Five Years Maintenance and Support Services – T017/14 Data ta' ħruġ: 7 ta' April 2014 / Data ta' għeluq: 5 ta' Mejju 2014 - Procurement of Five Servers Including Five Years Maintenance and Support Services – T018/14 Data ta' ħruġ: 7 ta' April 2014 / Data ta' għeluq: 5 ta' Mejju 2014 Operaturi Ekonomiċi li huma interessati jipparteċipaw f 'dawn is-sejħiet għall-offerti huma mħeġġa jieħdu nota tal-workshop li se jkun organizzat fis-Centre for Development Research and Training (CDRT ), It-Telgħa ta' Sa Maison, il-Furjana, nhar l-Erbgħa 16 ta' April d-9.00 ta' logħdu (CET ). F'dawn il-workshops, Operaturi Ekonomiċi jkollhom l-opportunità jsiru jafu aħjar kif għandhom jikkompilaw u jissottomettu l-offerti tagħhom online. Iktar informazzjoni tinsab fid-dokument tal-offerta. 2123 4710 www.mita.gov.mt Sejħa għall- OFFERTI ILMITA TIXTIEQ TAVŻA LI QEGĦDIN JINTLAQGĦU OFFERTI GĦAL: Għal aktar informazzjoni, kkuntattja lill-Contracts Management Department Dawn is-sejħiet għall-oerti jistgħu jinkisbu mis-Sistema Elettronika għas-Sejħiet Pubbliċi (www.etenders.gov.mt)