Illum previous editions

illum 13 April 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/294633

Contents of this Issue

Navigation

Page 26 of 35

Il-Ħadd 13 ta' April 2014 | illum 27 SPORTSillum Ritratt: Ray Attard Qormi jiksbu tliet punti l-ħin miżjud Tentattiv lejn il-lasti ta' Naxxar Lions b'Filip Stojanovic isegwi l-azzjoni mill-viċin Naxxar L. .................0 Qormi......................1 MINN CRISTIAN ANTONY MUSCAT QORMI kisbu tliet punti prezzjużi kontra Naxxar Lions permezz ta' rebħa minima ta' 1-0 bil-gowl għalihom jasal minn Alfred Effiong propju fid-90 minuta biex resqu ferm viċin li jakkwistaw is- salvazzjoni mir-relegazzjoni fi tmiem l-istaġun. L-ebda team ma kellu xi plejer sospiż hekk kif Gilmar da Silva Ribeiro rritorna għal Naxxar Lions waqt li Simone Quintieri u Joao Gabriel da Silva rritornaw fl-azzjoni għal Qormi wara li dawn it-tliet plejers servew logħba sospensjoni. L-ewwel taqsima kienet ferm fqira mill-azzjonijiet u kien propju lejn l-aħħar tat-tieni taqsima li l-logħba ħadet żvolta oħra fejn rajna tkeċċija u gowl. Fit-62 minuta Angus Buhagiar ra x-xutt tiegħu jgħaddi ftit barra mil-lasti ta' Farrugia. Fil-71 minuta Leighton Grech irċieva tajjeb mingħand Alfred Effiong iżda minn quddiem Azzopardi ra x-xutt tiegħu jgħaddi ftit barra. Ħames minuti biss wara l-Lions spiċċaw jilagħbu b'10 plejers meta tkeċċa għalihom Gilmar da Silva Ribeiro wara li rċieva żewġ karti sofor fil-logħba. Fid-90 minuta Qormi skorjaw il-gowl li fisser mitqlu deheb permezz ta' Alfed Effiong li wara li rċieva mingħand Leighton Grech, daħal fil-kaxxa dar mal-goalkeeper avversarju qabel tefa' ġewwa, biex tefa' lill-partitarji Qormi f 'dillierju ta' ferħ. Naxxar L. - Azzopardi, Bakare, Bellia, Buhagiar, Da Silva Ribeiro, Decesare, Falzon, Lopes de Souza, Reano, Scerri (Vignjevic 82'), Stojanovic Qormi - Farrugia, Pisani, Bugeja, Effiong, Caruana, Gianola (Bajada 43'), Bondin, Vella, Grech, Pereira da Silva, Gabriel da Silva (Cantoro 83) Referee - Marco Borg ALFRED EFFIONG Twieled fid-29 ta' Novembru 1984 f'Lagos fin-Nigerja Skorja l-gowl tant importanti fid-90 minuta li fisser mitqlu deheb għal Qormi Huwa attakkant miċidjali li jibbaża ħafna fuq il-ġiri u l-veloċità tiegħu sabiex jiskorja diversi gowls importanti

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 13 April 2014