Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/294633
10 illum | Il-Ħadd 13 ta' April 2014 John Busuttil jbusuttil@mediatoday.com.mt Għawdex: Int djamant minn John Busuttil Mix-xitwa li ġejja n-nollijiet tal-Maltin se jitraħħsu? WARA l-inizjattivi li saru s-sena li għaddiet l-ekonomija f 'Għawdex ġiet injettata bi €3 miljuni u l-Gozo Channel naqqset it- telf b'nofs miljun ewro mill- €1.6 miljun ta' telf li kienet għamlet is-sena ta' qabel. Dan qalu l-Ministru għal Għawdex, l-Avukat Refalo waqt konferenza stampa. Issa però jidher li hemm diversi inizjattivi preparati għax-xhur li ġejjin u anke għax-xitwa li ġejja. Wara l-Free Travel Weekend f 'Novembru, Betlem f 'Għajnsielem f 'Diċembru u t-Travel to Gozo Weekend Valentine Special fi Frar u 'Għawdex Fidi u Tradizzjoni' li qed issir bħalissa, qed jingħad li f 'nofs Mejju se titniedha inizjattiva oħra għat-turist Malti. Sadattant meta kien mistieden fuq ONE Breakfast il-Ministru Refalo qal li qed jiġi studjat il-fatt li n-nollijiet tal-Gozo Channel tal-Maltin matul il-weekends se jitraħħsu b'mod drastiku. Fil-fatt dawn se jkunu daqs dawk li jħallsu l-Għawdxin, €1.15 (flok €4.65) għal passiġġier u €8.15 (flok €15.70) għal passiġġier bil- karrozza. Bħalissa f 'Għawdex għaddejja l-kontroversja dwar l-iskema tal-priority boarding fejn jidher li l-maġġoranza tal-poplu Għawdxi ma tantx hu favur tagħha, tneħħi lin-nies tan-negozju u tal-lukandi u anke l-istudenti Universitarji li jidhru li jaqblu ma' din l-iskema. Mistoqsi dwar din l-iskema li suppost għandha tibda titħaddem f 'Lulju li ġej, sew il-ministru kif ukoll iċ-ċerman tal-Gozo Channel qalulna li l-iskema għadha fi stat ta' studju kif se titħaddem u għadha trid tgħaddi mill-kabinett. Sadattant fil-port tal-Imġarr diġà nżebħet linja tal-kju tal- karozzi bl-isfar u minn din il-ġimgħa din il-linja tħalliet vojta mingħajr karozzi (araw ritratt li ħadt jien stess nhar it-Tlieta waqt li konna qed nistennew il-vapur tal-5am). Din il-linja se tintuża għal meta l-priority boarding se jibda jiġi attwat. Fidi u Tradizzjoni Għawdex maħkum mill- Ġimgħa Mqaddsa Matul dawn il-ġimagħtejn Għawdex jinħakem mill- atmosfera tal-Ġimgħa Mqaddsa fejn l-attivitajiet f 'din il-gżira jibdew jieħdu l-ħajja mil-lum, Ħadd-il Palm. Il-Fidwa fix-Xewkija Bla dubju li l-aktar waħda li għandha tkun popolari hi 'Il-Fidwa' rappreżentazzjoni Biblika, li ttellgħet ilbieraħ fil-Ġnien ta' Blankas. Il-Ġnien ta' Blankas, fil- limiti tax-Xewkija joffri atmosfera unika għal dawk kollha li jiġu jgawdu din ir-rappreżentazzjoni permezz tal-effetti viżivi li joffri dan il-post. Illum, il-Ġnien ta' Blankas ser ikun miftuħ matul il-jum. Din il- produzzjoni qed tiġi mtella' mill-Kunsill Lokali tax- Xewkija, ix-Xewkija Drama Group bil- kollaborazzjoni tal-Ministeru għal Għawdex. Purċissjonijiet tal-Ġimgħa l-Kbira Victoria u l-Qala Illum se joħorġu żewġ purċissjonijiet tal-Ġimgħa l-Kbira, waħda mill- Kattidral ta' Victoria fis-6pm u l-oħra fit-toroq tal-Qala li tibda ħierġa fis-6.30pm. Via Sagra taħt Chambray – Għajnsielem Fis-6pm se jkun hemm rappreżentazzjoni tal- Kalvarju ta' Kristu taħt Chambray li tibda minn fejn il-knisja ċkejkna ta' Lourdes u tibqa' tiela' sal-Fortizza Chambray fejn hemmhekk jissallab Kristu bejn żewġ ħallelin. Se jieħdu sehem madwar 40 attur. Din ir-rappreżentazzjoni ilha ssir mill-1987 fit-toroq ta' Għajnsielem u dis-sena qed issir fi sfond aktar pittoresk, fuq il-port tal-Imġarr. Iċ-Ċenaklu f ' Ta' Passi Għajnsielem Fil-post fejn tliet xhur ilu twieled il-Bambin f 'Bethlehem Għajnsielem se jinbidel f 'ċenaklu ħaj fejn 12-il appostlu se jkunu preżenti flimkien ma' figura ta' Kristu f 'Ħamis ix-Xirka bejn it-8pm u l-11pm (fejn iċ-ċena se tkun animata b'ikel veru u nbid) u fil- Ġimgħa l-Kbira filgħodu bejn id-9am u nofsinhar. Ta' Passi se jkun mixgħul kollu għall-okkażjoni. Purċissjonijiet tal-Ġimgħa l-Kbira u tal-Irxoxt Fil-ġurnata tal-Ġimgħa l-Kbira f 'Għawdex isiru 4 purċissjonijiet li huma tax-Xagħra, Żebbuġ, Nadur u San Ġorġ tar-Rabat, f 'Għawdex isiru wkoll 10 dimostrazzjonijiet bl-istatwa tal-Irxoxt, San Ġorġ u Kattidral ir-Rabat, Kerċem, Nadur, Xewkija, Żebbuġ, Fontana, Qala, Xagħra u Għarb. Il-linja tal-priority boarding diġà miżbugħa u mhux qed jitħallew karozzi jużawha. L-iskeda għadha fi stadju ta' studju Kristu f 'Għajnsielem Il-Fidwa f 'ta' Blankas, ix-Xewkija