Illum previous editions

illum 13 April 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/294633

Contents of this Issue

Navigation

Page 35 of 35

illum | Il-Ħadd 13 ta' April 2014 Liġijiet ġodda kontra s-serq tad-dawl MINKEJJA s-suċċess tal- ħidma tagħha biex tkisser każijiet serji ta' serq ta' elettriku u tiġbor lura miljuni fi ħlasijiet għal elettriku misruq, l-Enemalta xorta waħda se tibqa' għaddejja b'aktar sforzi biex jittieħdu l-passi meħtieġa kontra kull min jinqabad b'dawn l-abbużi. Fost oħrajn, għaddejjin l-aħħar preparamenti biex jidħlu fis-seħħ emendi fil-liġi biex min jinqabad jisraq l-elettriku jkollu jħallas pieni ferm aktar iebsa minn dawk tal-lum. Bħalissa, dawk li jinqabdu jisirqu l-elettriku jintalbu jħallsu għall-elettriku misruq flimkien ma' penali ta' 10%. Din ir-rata mistennija tispara 'l fuq permezz tal-liġijiet ġodda li qed tipproponi l-Enemalta. Sorsi qrib l-Enemalta spjegaw ukoll li wara li nhar it-Tnejn intemmet l-inizzjattiva ta' sitt ġimgħat biex il-klijenti jirrappurtaw irregolaritajiet fil-qari tal-konsum tal-elettriku tagħhom volontarjament, issa l-informazzjoni kollha miġbura qed tiġi studjata bir-reqqa. Din l-analiżi qed isseħħ biex jiġu implimentati għadd ta' miżuri li permezz tagħhom se jkun ferm aktar diffiċli li klijenti jisirqu l-elettriku. Dawn il-miżuri se jgħinu biex l-Enemalta tkun tista' tidentifika l-abbużi kemm jista' jkun malajr u tintervjeni mill-ewwel biex tieħu l-passi kollha meħtieġa, kif seħħ fl-aħħar xhur fil-każ ta' serq permezz ta' meters imbagħbsa. Fl-istess waqt, l-ispezzjonijiet għall- għarrieda biex jiġu ċċekkjati l-meters tal-elettriku se jibqgħu għaddejjin b'mod regolari wkoll, sostnew l-istess sorsi. Qabel intemmet l-inizjattiva ta' regolarizzazzjoni volontarja, l-Enemalta għamlitha ċara li wara li din tintemm, se jittieħdu l-passi kollha meħtieġa kontra dawk li serqu l-elettriku u baqgħu ma tkellmux minn jeddhom. Il-ħidma tal-Enemalta kontra s-serq tal-elettriku intensifikat is-sena li għaddiet, meta twaqqfet unit apposta biex tistudja l-qari tal-konsum tal-elettriku u tidentifika l-abbużi. Permezz ta' din il-ħidma, inkixfu għadd ta' każijiet ta' serq ta' elettriku, fosthom każ li fih mijiet ta' meters ġew imbagħbsa biex jaqraw inqas minn kemm fil-fatt ikun ikkunsmat. Dwar dan il-każ, l-Enemalta ssospendiet 12-il impjegat, b'uħud minnhom diġà tressqu l-qorti akkużati b'reati relatati. Tnejn minn dawn il-ħaddiema ammettew l-akkużi u ngħataw sentenza ta' sentejn ħabs. Seba' ġimgħat ilu, ftit jiem wara li nkixef dan il-każ ta' serq, l-Enemalta bdiet tilqa' applikazzjonijiet mingħand dawk li riedu jirregolarizzaw il-pożizzjoni tagħhom volontarjament. Sa meta għalqet din l-għażla nhar it-Tnejn li għadda, l-Enemalta kienet qed tistma li se tirkupra aktar minn €10 miljun fi ħlasijiet għal elettriku misruq. Madwar 430 klijent tal-Enemalta rrappurtaw irregolaritajiet fil-qari tal-konsum tagħhom u se jħallsu għall-elettriku li serqu. Ikompli minn paġna 1 Sa nhar it-Tnejn, l-Enemalta kienet qed tistma li se tirkupra aktar minn €10 miljun fi ħlasijiet għall-elettriku misruq Tħassib dwar kif jiġu rrappurtati s-suwiċidji ANKE l-istitut tal-ġurnalisti Maltin (IĠM) jinsisti li dan is-suġġett m'għandux ikun diskuss fl-apert minħabba riperkussjonijiet li jista' jħalli fuq is-soċjetà, inkluż fost oħrajn, studenti li jkunu għaddejjin minn perjodi diffiċli ta' studju jew xi emozzjonijiet tal- ħajja. L-assoċjazzjoni ta' psikjatri Maltin anki talbu l-qorti Maltija biex il- ġrajjiet ta' dan l-episodju jibqgħu mistura mill-mezzi tax-xandir għax iwasslu għal aktar inċidenti traġiċi. Iżda għalkemm fuq dan kollu ma jissemma xejn fil-miftuħ, iż-żgħażagħ infushom qed jiddiskutu dan is-suġġett apertament fuq mezzi soċjali bħal Tumblr, Twitter u Facebook, mingħajr ebda ċensura. Hu fatt li ħafna żgħażagħ u adulti li jkunu qed jikkunsidraw suwiċidju jużaw is-siti tan-netwerking soċjali u teknoloġija ċellulari biex jesprimu ħsibijiethom bil-għan li jsibu għajnuna. Dan ġie konfermat anke mill-psikjatra Dr Joe Cassar waqt il-programm Reporter li se jixxandar għada fuq TVM. Dr Cassar jispjega kif ħafna drabi dawn iż-żgħażagħ jinqaflu f 'kamrithom u jirrikorru għal mezzi bħall-internet sabiex jitkellmu u jaqsmu ħsibijiethom ma' nies oħra u saħansira anke jippjanaw dak li se jkunu se jagħmlu bir-reqqa inkluż in-noti li se jħallu u l-metodi li jkunu se jużaw. Dr Cassar jispjega li l-mezzi soċjali saru għodda qawwija għaż- żgħażagħ u f 'dan ir-rigward tippreżenta sfida kontinwa partikolarment ma' dawk li huma aktar f 'riskju. F'Malta jeżisti servizz imsejjaħ 'Kellimni' li huwa proġett flimkien bejn SOS Malta, is-Salesjani ta' Dun Bosco, Aġenzija Żgħażagħ u l-Aġenzija Appoġġ. Is-servizz permezz tal- website www.kellimni.com jinkorpora imejl, chat u forum online immirat għat- tfal, adolexxenti u żgħażagħ li jkollhom bżonn xi ħadd li jismagħhom permezz ta' mezzi ta' komunikazzjoni li tant saru faċli għalihom li jużaw u li jista' joffrilhom għajnuna. Min juża s-servizz jista' jesprimi ruħu dwar dak li jkun qed jinkwitah b'mod anonimu kif ukoll jitkellem bla xkiel dwar dak li jikkonċernah filwaqt li jkun assigurat li mhuwiex waħdu u li xi ħadd lil hinn mill-ambjent viċin tiegħu qed jinteressa ruħu fih u f 'ħajtu. ILLUM fil-fatt għamel kuntatt ma' Kellimni permezz tal-online chat u sibna min ikellimna immedjatament. Tajjeb li dan is-servizz jingħata aktar opportunità biex iwassal il- messaġġ lejn dawk kollha li għandhom bżonnu. Is-sit Kellimini.com joffri servizz immedjat għal min għandu bżonn jitkellem

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 13 April 2014