Illum previous editions

illum 20 April 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/298227

Contents of this Issue

Navigation

Page 14 of 35

Il-Ħadd 20 ta' April 2014 | illum 15 policy document li hu miftuħ għad- diskussjoni inkluż għall-Oppożizzjoni Nazzjonalista u b'hekk kulħadd se jkollu ċ-ċans li jsemma' leħnu. Id- diżabbiltà għandha bżonn l-ideat u s-sostenn ta' kulħadd u għalhekk dak kollu li se nagħmlu se jkollna laqgħat mal-Ministeri kollha biex kulħadd ikun parti minn din il-ħidma. Inżid ukoll il-Kunsilli Lokali li hemm bżonn ikunu parti mix-xogħol li qed nagħmlu għax il-lokalitajiet ukoll hemm bżonn li jkunu aċċessibbli għal kulħadd. Ma jistax ikollna lokalità aċċessibbli u oħra le. Il-persuni b'diżabbiltà jgħixu fil-lokalitajiet kollha u għalhekk hemm bżonn ta' inklużjoni sħiħa. Se jkun hemm xi għajnuna speċifika għall-kunsilli fejn tidħol aċċessibbiltà? Hemm il-kompetizzjoni msejħa A+ fejn il-premju ġie maqsum bejn dan is-Segretarjat u s-Segretarjat Parlamentari għall-Kultura u l-Gvern Lokali. Il-Kunsilli ġew mitluba jissottomettu proġetti li jirrikjedu investiment minn €3,000 'il fuq. Il-bord li jagħmel l-għażla se jkun qed jara x'fondi għandu kull kunsill u jagħmel ir-rakomandazzjoni tiegħu lill-Ministeru responsabbli mill-Gvern lokali. Hemm xi affarijiet oħra li jistgħu jsiru fil-komunitajiet? Qed inħarsu lejn modi differenti kif nistgħu nsaħħu s-servizzi fil-komunità speċjalment dawk is-servizzi eżistenti u li ma jipprovdux jew ma jinkludux persuni b'diżabbiltà. Jien qed nesplora modi kif nistgħu nkunu iktar ta' sostenn u rrid nenfasizza li f 'dan il- qasam hemm sfidi kbar, pereżempju, din il-ġimgħa mort inżur iċ-ċentri u fil-fatt ikkummissjonajt rapport fuq kull ċentru biex inkun nista' nara x'inhuma l-ħtiġijiet tagħhom. Jien inħobb immur fuq il-post mingħajr avviż għax inkun nixtieq nara kif ikunu l-affarijiet verament u mhux ippreparati minn qabel għax ġejja s-Segretarju Parlamentari. Jien irrid li nkun jien li nintegra ruħi magħhom u mhux huma jaddattaw ruħhom għalija. U x'rajt s'issa? Nista' ngħidlek li impressjonajt ruħi bit-talent li għandna ġo dawn iċ-ċentri. Aħna rajna snajjiet ta' fuħħar, xogħlijiet ta' mużajk, xemgħa u materjali riċiklati fost oħrajn. Il-prodott tant hu tajjeb li jekk jiena jkolli xi laqgħat ma' xi kbarat barranin, mhux se niddejjaq, anzi jkun ta' unur li nieħu miegħi oġġetti magħmula miż- żgħażagħ f 'dawn iċ-ċentri bħala rigali għax il-prodott maħdum hu ta' kwalità għolja ferm. Teżisti differenza kbira bejn diżabbiltà fiżika u diżabbiltà intellettwali iżda ftit hawn min jaf id-differenza bejn it-tnejn. Din hija kwistjoni ta' għarfien. Aħna hawnhekk għandna persuna b'diżabbiltà intellettwali u minn hawn u ftit ieħor se jkollna wkoll persuna b'diżabbiltà fiżika wkoll. Il-messaġġ li rridu ngħaddu minn hawn hu li kull persuna għandha l-abbiltajiet tagħha u kull persuna għandha kontribut x'tista' tagħti. Aħna, bħala segretarjat, irridu nibdew immexxu bl-eżempju u min jista' jagħti eżempju aħjar jekk mhux aħna stess minn hawn ġew? Se norganizzaw anke attivitajiet hawn ġew stess biex il-pubbliku jkun konxju tal-kapaċitajiet ta' persuni b'diżabbiltà. Temmen li preżentament hemm bilanċ tajjeb fejn tidħol l-edukazzjoni inklussiva ta' tfal u żgħażagħ b'diżabbiltà vis-à-vis skejjel speċjali? Fadal iżjed x'jista jsir? Fadal ħafna xogħol x'jista jsir għalkemm saru avvanzi kbar. Jien miniex kuntenta mill-fatt li tfal b'diżabbiltà, li jattendu mainstream schooling, wara li jilħqu l-età ta' sittax il-sena m'hemmx opportunitajiet għalihom u ħafna minnhom qed jispiċċaw ġo ċentri ma' nies oħra b'diżabbiltà ta' kull xorta u ta' kull età. Kif nista' naċċetta żagħżugħ ta' għoxrin sena ġo ċentru għal għomru ma' nies oħra b'diżabbiltà ta' sittin sena? Għalhekk, bħalissa qed nikkonsulta dwar il-possibbiltà li jkollna ċentri speċjalizzati u li jkunu anke mqassma skont gruppi ta' etajiet però għad fadalli x'nagħmel f 'dan ir-rigward. Il-ġimgħa d-dieħla int se torganizza seminar konsultattiv dwar il-persuni b'diżabbiltà. X'se jkun jikkonsisti? Se jsir nhar il-Ġimgħa 25 t'April ġewwa l-lukanda Le Meridien f 'San Ġiljan u fost affarijiet oħra se niddiskutu l-pożizzjoni tal-qasam tad-diżabbiltà fil-politika soċjali mal-Ministru Michael Farrugia; ir-raġunijiet wara l-politika għad- drittijiet ta' persuni b'diżabbiltà ma' Dr Andrew Azzopardi u niddiskutu l-futur tal-qasam tad-diżabbiltà. Se jkun hemm ukoll numru ta' workshops u għalhekk nistieden lil kull min hu interessat sabiex jingħaqad magħna. Dan hu l-mod ta' kif vermament nistgħu naslu, li naħdmu flimkien, nitkellmu u niddiskutu fl- aħjar interess ta' dawn il-persuni. Kull min jixtieq jattendi jista' jċemplilna hawn fuq 25903140 minn għada t-Tnejn li ġej u jirriserva post. Aktar ma' jkun hemm nies aktar naqsmu ideat. Ftit tal-ġimgħat ilu ġiet imnedija l-istrateġija nazzjonali dwar Anzjanità Attiva li se tkopri sas-sena 2020 u li se tiffoka fuq tagħlim tul il-ħajja, strateġija dwar id-dimensja, avvanzi fil-qasam tat-teknoloġija u l-introduzzjoni ta' standards fil-kura fit-tul tal-anzjani. Il-kunċett hu li persuna anzjana nżommuha attiva fil-komunità. In- numru ta' anzjani qed jiżdied u jekk tara statistika dwar kemm se jiżdied, in-numru jissorprendik. U jekk se jkollok sitwazzjoni ta' ħafna anzjani u anqas nies fid-dinja tax-xogħol dan se joħloq instabbiltà li jista' jwassal għal faqar fost l-anzjani. Għalhekk aħna se nkunu qed nippromwovu l-kunċett li bniedem jista' jkompli jaħdem anke wara li jirtira. Hemm modi kif aħna nistgħu ngħinu lil persuni li jkunu qed joqorbu lejn l-età tal-irtirar sabiex ngħinuhom jippjanaw ħajjithom b'mod li jibqgħu attivi kemm fil- qasam tax-xogħol kif ukoll f 'attivitajiet fil-komunità jew inkella f 'tagħlim bħal ma' hi l-università tat-terza età. L-importanti hu li jibqgħu attivi għax aktar ma bniedem iżomm ruħu attiv, aktar se jkun b'saħħtu. Nafu li eventwalment aktar mal- bniedem jikber aktar se jkollu bżonn kura. Fejn tieqaf il-linja bejn id- dekasteru tiegħek u dak tal-Ministeru tas-Saħħa? Bejnietna għandna livelli differenti. Bħala prinċipju aħna responsabbli mis-servizzi li l-anzjani jingħataw fil-komunità filwaqt li s-servizzi residenzjali jaqgħu taħt il-Ministeru tas-Saħħa. Aktar ma aħna jirnexxilna nżommu anzjani attivi fil-komunità, aktar se nnaqqsu l-piż fuq ir-residenzi tal-anzjani u kura fi spartijiet u b'hekk min verament għandu bżonn kura akuta jkun jista' jingħata attenzjoni aħjar. "Hemm bżonn ta' inklużjoni sħiħa" "Jien inħobb immur fuq il-post għall- għarrieda biex nara kif ikunu l-affarijiet verament u mhux ippreparati minn qabel" Dr. Justyne Caruana waqt żjara lill-anzjani

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 20 April 2014