Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/298227
18 illum | Il-Ħadd 20 ta' April 2014 Ħ amsin sena ilu l-għonnella kienet għadha derha komuni fit-toroq tagħna. Jiena niftakarha. Ħamsin sena ilu kulħadd kien jgħum bil-'one piece' u meta waħda Ingliża niżlet tgħum bil- bikini, b'qaddha u ż-żokra biss jidhru, kienet aħbar li dehret fl- ewwel paġni tal-gazzetti lokali kollha. Saħansitra l-Isqfijiet kellhom joħorġu ittra pastorali dwar il-moralità fuq ix-xtut tagħna. L-Ingliża spiċċat ukoll arrestata. Ħamsin sena ilu ma kienx jgħaddi minn moħħ il-Malti li ż-żwieġ ċivili jikkompeti ma' dak Kattoliku. Ħamsin sena ilu ma kienx imqar jgħaddi minn moħħ kulħadd li s-sodomija ma tibqax reat. Kellhom jgħaddu ħmistax-il sena biex l-inkonċepibbli jiġri. Fl-1973 is-sodomija ma baqgħetx reat kriminali u fl-1976 daħal iż- żwieġ ċivili pari passu ma' dak Kattoliku. Dakinhar kellu jkun il-partit Laburista biex iseħħ l-inkonċepibbli! Ħamsin sena mhumiex seklu. Minn twieled ħamsin sena ilu, illum għalkemm mhux żagħżugħ lanqas huwa xiħ. Anzi huwa fl-aħjar ta' ħajtu. Malta nbidlet f 'qasir żmien biex saret aktar ċivilizzata, aktar ċivili u anqas konfessjonali. Ma għandniex xi ngħidu, dawn it- tibdiliet kienu sabu reżistenza. Minn kundanna għal wara din il-ħajja fin-nar etern sa biza' li l-poplu Malti kien se jitfarrak f 'mitt biċċa soċjalment. L-inkonċepibbli tal-biża' ma MEDIASPOT MINN MARIO AZZOPARDI MALTA, li mir-Russja ma tieħu xejn ħlief ftit turisti fis-sena u ftit xerrejja tal- propjetà, fi Brussell ivvutat kontra "l-inkurzjoni Russa" fl-Ukrajna u l-annessjoni tal- Krimea. Jiġifieri bħala Maltin issa dħalna wkoll fil-but wiesa' tal-Istati Uniti u tal-alleati Ewropej, li lanqas jistgħu jaqblu dwar x'sanzjonijiet għandhom ikunu applikati għax kollha għandhom l-interessi tagħhom. Biex l-alleati jidhru li dejjem minn fuq, bdew joħorġu sanzjonijiet personali kontra individwi qrib Putin, fosthom Valentina Matvienko. Ta' min ifakkar li s-sena li għaddiet, Malta onorat bil-Mertu tar- Repubblika lil Matvienko, eks- ambaxxattriċi Russa għal Malta fi żmien Gorbachev u Yeltsin, imbagħad waħda minn dawk qrib ta' Putin u llum diżonorata mill-Amerika u l-UE. Jien ħdimt ma' Matvienko meta kienet Ambaxxattriċi f 'Malta. Kont għadni involut mill-qrib fix-xena kulturali u kont ħajjart lilha u lil Sylvia Rifkin, attaché kulturali Amerikana, biex jgħinu fi proġett ta' Politeatru, grupp għall-palk tal-ħaddiema, li kont immexxi dik il-ħabta, fl-1991. L-idea kienet li tinġieb f 'Malta l-kumpanija Maxim Gorki minn Rostov-na-Donu u tippreżenta verżjoni mużikali tal-klassiku Amerikan Tom Sawyer ta' Mark Twain. Saru tliet spettakli li mlew it-teatru tal-Istitut Kattoliku sa ruħ ommu. Matvienko u Rifkin kienu żewġ diplomatiċi nisa fis-seba' sema, jirreferu għall-proġett bħala "mini-cutural summit" li kellu jgħaqqad lir-Russja u l-Istati Uniti permezz ta' Malta, f 'inizjattiva estetika. Bejn iż-żewġ nisa nħolqot kimika eċċezzjonali u Matvienko ma riditx temmen x'possibiltajiet jeżistu jekk ikun hemm rieda politika pożittiva, u kemm il-kultura taf tegħleb fruntieri ta' preġudizzji u suppervja. Matvienko wriet kontinwament li kienet taf tapprezza, li kienet bniedma sensittiva, kellha saqajha mal-art u li kienet qed tevalwa s-sehem tal-Ambaxxata Amerikana u l-pont li nħoloq permezz tal-intervent modest ta' Politeatru fi żmien ta' taqlib politiku qawwi li kien għaddej lejn tmiem l-epoka komunista. Illum, Matvienko hi mblukkata milli terġa' żżur Malta u tara fejn kienet għenet biex il-Maxim Gorki jtellgħu l-ispettaklu bbażat fuq Tom Sawyer. X'se tagħmel Malta fuq il- każ ta' Matvienko? Titlobha l-medalja lura? Din bħal ta' Lawrence Gonzi jgħannaq lill- Kurunell Gaddafi erbat ijiem qabel daħlet l-Amerika man- NATO tfarrak lilu u lil pajjiżu. Kemm taf tkun patetika din Malta tal-anniversarji! "DEMOKRAZIJA" FINTA Dwar l-Ukrajna, il- mainstream media, li dejjem taqdi l-interessi korporattivi, tgħid dak li jaqbel lilha. Tittama li timmanipula l-imħuħ kif tixtieq. Bl-istess Stati Uniti u l-UE jrewħu, il-gvern (issa sfiduċjat) tal- Ukrajna qed jirreferi għar- Russja bħala "l-provokatur u l-aggressur." Ovvjament, jaf li għandu warajh lill-Amerikani u l-Ewropej. Għal ħafna etniċi tal-Krimea, il-konfrontazzjoni hi mija fil-mija tort tal-kapitali Ukrena, Kiev, notorja għall- korruzzjoni li mgħaddsa fiha. L-analisti politiċi u ekonomiċi jsostnu li Kiev ma trid ebda viċinanza Russa għax minħabba dik il-preżenza, ma jkunx jista' jkompli għaddej is-serq bla rażan li għaddej bħalissa kontra l-interessi tal- poplu. Ironika kif l-Istati Uniti u l-UE qed jiskruplaw daqstant dwar ir-referendum tal- popolazzjoni tal-Krimea li wriet bl-aktar mod determinant xi trid fir- reġjun. L-Istati Uniti ħolqot infern sħiħ kull fejn dehrilha tintervjeni, mill-Amerika Latina sal-Afrika tat- Tramuntana, filwaqt li pajjiżi Ewropej kellhom programm sħiħ ta' imperjaliżmu oppressiv, l-aktar fl-Afrika. U dawn huma l-gvernijiet li jridu jgħallmu lid-dinja x'inhi d-demokrazija u x'inhuma l-valuri tal-libertà. Ftakru kif il-Gvern Amerikan tratta lil dawk li pprotestaw kontra Wall Street. Ftakru fil-protesti tal-Poplu Ingliż li ħareġ bi ħġaru jipprotesta biex il-pajjiż ma jidħolx fl- Iraq. Ftakru kif għalqu ħalq Assange. Ftakru f 'Edward Snowden. Ftakru fil-World Freedom Index li saħaq li l-agħar abbużi fil-libertà tal-espressjoni tal-mezzi tax- xandir fl-2013 seħħew fl-Istati Uniti. ANALIŻI TAT- TERRORIŻMU FINANZJARJU Konsulent finanzjarju li fl- imgħoddi serva fil-Pentagon, fis-CIA u l-FBI, qed iwissi li s-sanzjonijiet kontra r-Russja jistgħu jwasslu għat-Tielet Gwerra Dinjija. Kevin Freeman, analist finanzjarju u espert dwar il-gwerer u t-terroriżmu finanzjarju, qed isostni li r-Russja, b'alleanza maċ-Ċina, jistgħu jipparalizzaw is-sistema finanzjarja tal-Istati Uniti. Ta' min isemmi li l-kriżi tal- Ukrajna bdiet f 'Novembru tal- 2013, meta gruppi sovversivi appoġġjati mill-Istati Uniti, waqqgħu lil Victor Yanukovich, li kien elett demokratikament. F'Marzu ta' din is-sena 95.5% tal-popolazzjoni tal-Krimea vvutat f 'referendum ħieles biex tingħaqad mill-ġdid mar- Russja. VENERE GĦALL-ĠIMGĦA L-KBIRA Venere (TVM) hu programm li jgħaqqad diversi elementi biex ikunu prodotti ritratti ta' valur artistiku (li jista' jvarja mill-immudellar sal-azzjoni drammatika). Il-programm jibda mill- irtokk fuq is-suġġetti, ikompli bil-kostumi u jiżviluppa tema. Hemm l-interess psikoloġiku ta' kif jirreagixxu s-suġġetti. "Dwejjaq, miżerja u ferħ" huma emozzjonijiet komuni li jintalbu mill-"attur" imma d-direttur artistiku ġieli juri nuqqas ta' sensibbiltà u għarfien u limitazzjoni direzzjonali. Mal-grupp teatrali tal-Isla, li nħoloq fl-1934, u fiż- żona tal-Forti Rikażli, Venere interpreta xeni mill-Passjoni ta' Kristu. L-Inkonċepibbli YOUR FIRST CLICK OF THE DAY www.maltatoday.com.mt MALTA U R-RUSSJA D in il-ġimgħa l-abbozz ta' liġi dwar l-unjonijiet ċivili sar liġi. Mil-lum 'il quddiem, kwalunkwe kopja, kemm ta' l-istess sess kif ukoll ta' sess differenti, tista' tirreġistra "s-sħubija tagħha bħala unjoni ċivili." (artiklu 3 tal-Att). Il-liġi għaddiet imma ma kienetx nieqsa mill-kontroversji. Il-kontroversja m'hijiex xi ħaġa ġdida fejn jidħlu liġijiet li jirregolarizzaw ir-relazzjonijiet bejn persuni ta' l-istess sess kif naraw f 'ħafna pajjiżi oħrajn. L-aktar aspett kontroversjali f 'din il-liġi kienet l-inserzjoni ta' artiklu li jirreferi għat-tfal li jiġu adottati minn kopji imsieħba f 'unjoni ċivili. Meta għadda kollox, madankollu, wieħed ma jistax ma jasalx għall-konklużjoni li l-affarijiet setgħu saru b'mod differenti u anqas provokatorju. Jekk wieħed jifli sew il-liġi li għaddiet, ma jdumx ma jasal għall-konklużjoni li din m'hija xejn liġi dwar l-"unjoni ċivili imma liġi li tipprovdi għal reġim identiku għaż-żwieġ għall-koppji ta' l-istess sess. Dan joħroġ ċar mill-Artiklu 3(1) tal-Att li jgħid li "Ħlief kif provdut f 'dan l-Att, unjoni ċivili, darba tkun reġistrata, għandha mutatis mutandis ikollha l-effetti u l-konsegwenzi li jikkorrispondu fil-liġi ta' żwieġ ċivili magħmul skond l-Att (dwar iż-Żwieġ)". Biex tneħħi d-dubji kollha, il-liġi tgħid fl-artiklu 9 "F'sitwazzjonijiet fejn id-drittijiet u l-obbligi tal-imsieħba ċivili m'humiex ċari, għandu jsir kull sforz biex jiġi żgurat li d-determinazzjoni ta' dawk id-drittijiet u l-obbligi tkun tali li tekwiparahom għal dawk li jgawdu l-konjuġi." Joħroġ ċar daqs il-kristall li l-liġi qiegħda tpoġġi l-"unjoni ċivili" fuq l-istess livell taż-żwieġ u diffiċli ssib xi differenza bejn it-tnejn, tant li anke r-reat ta' bigamija ġie estiż għal min qiegħed f 'unjoni ċivili u jkun miżżewweġ qabel jew jidħol f 'unjoni ċivili oħra jew jiżżewweġ. Minkejja li joħroġ ċar li "unjoni ċivili" u "żwieġ" jitqiesu li huma l-istess fil-liġi, l-Att xorta jispeċifika bosta partijiet mill-Att dwar iż-Żwieġ u mill- Kodiċi Ċivili li japplikaw ukoll għal min qiegħed f 'unjoni ċivili. Kemm dan kien għaqli ma nafx ġaladarba l-liġi diġa provdiet b'mod ġeneriku li "unjoni ċivili" u "żwieġ" għandhom l-istess Trid tissieħeb miegħi (f 'unjoni ċivili) jew trid tiżżewwiġni? TONI ABELA JOE ELLIS