Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/298227
Il-Ħadd 20 ta' April 2014 | illum 19 L-Inkonċepibbli seħħx u l-Malti baqa' għaddej b'ħajtu bħal qabel. Jgħidu li l-Istorja tirrepeti ruħha. Sa ħames snin ilu biss, kien inkonċepibbli li f 'Malta qatt seta' jidħol id- divorzju. L-inkonċepibbli seħħ. Ironikament, taħt Amministrazzjoni li għaliha kien inkonċepibbli li taħtha jidħol id-dritt tad-divorzju. Jekk ma tridx, biex l-ironija tkun akbar, il-pampalun ta' dan id-dritt kellu jkun deputat parlamentari Nazzjonalista. M'għandniex xi ngħidu, il- partit Laburista kien kompatt u vvota favur dan id-dritt u l-Mexxejja Nazzjonalisti għal darba oħra, bħal ħamsin sena qabel, reġgħu kienu fuq in- naħa ħażina tal-Istorja. Dak li rajna fi pjazza San Ġorġ il-Belt, sa ħames snin ilu kien inkonċepibbli. Party ta' madwar elf ruħ ta' koppji tal-istess sess u anke li mhumiex, iċċelebraw l-akkwist tad-dritt li jagħraf id-dinjità tal-persuna tagħhom. Fi pjazza San Ġorġ inqatel id-dragun ta' ħafna preġudizzji. Seħħ l-inkonċepibbli. Nhar it-Tnejn li għadda eluf ta' nies li sa ftit ilu kienu jgħixu fil-kantina soċjali ħarġu fil- beraħ u għad-dawl. Saru pari ma' oħrajn li x'aktarx jagħmlu parti mit-80% li semma' Simon Busuttil li ma kinux jaqblu mal-liġi tal-unjoni ċivili kif preżentata fil-Parlament. Nhar it-Tnejn l-inkonċepibbli seħħ għaliex ħadmet tajjeb id-demokrazija Parlamentari, għaliex urejna li d-drittijiet tal-minoranzi ma jiddependux mill-għadd ta' numri li jegħlbu, iżda mill-kwalità tad-drittijiet li rridu niddefendu mill- maġġoranza. Kultant ninsew ukoll, li dak li ġara fil-Parlament it-Tnejn li għadda, ma wellidx biss id-dritt ta' koppji tal-istess sess li jgħixu b'dinjità u fil-beraħ. Hemm ukoll eluf ta' koppji tal-istess sess li għax kienu jgħixu barra ż-żwieġ ma kellhomx jew jekk kellhom kienu limitati, drittijiet quddiem il-Qrati. Issa dan inbidel. Anke wlied dawn il-koppji, issa saru wliedna wkoll. Dawk li sa ftit ilu kienu jitqiesu bħala poġġuti, issa saru koppja normali u jgħixu fis-soċjetà b'rashom mgħollija. Għalhekk daħħal ukoll il-kunċett tal- 'common law wife'. Kunċett, li għal min hu bħali jaħdem il-Qorti, sa ftit ilu kien inkonċepibbli, għalkemm konna ilna ngħidu li kien hemm bżonnu għaliex kienu qegħdin isiru ħafna inġustizzji. Jekk sa ftit ilu kollox kien inkonċepibbli, ħaġa waħda biss kienet konċepibbli: il- pożizzjoni tal-Oppożizzjoni. F'dan id-dibattitu, l-Oppożizzjoni għażlet li ma tiħux pożizzjoni. Fi ftit kliem "Opposition" b'"no postion!" Fil-mument li Simon Busuttil ħabbar li l-Oppożizzjoni kienet ser tastjeni, fil-fehma tiegħi għar-raġunijiet żbaljati, stħajjilt lil Pilatu jnewwillu x-xugaman u l-friskatur. Għalhekk għal darba oħra, ir-rota storika reġgħet għamlet dawra sħiħa: dritt li daħal taħt Amministrazzjoni Laburista, bl-Oppożizzjoni għal darba oħra kontra. Għal darba oħra xiddu l-għonnella għaliex ma ridux jafu bit-'two piece!' Meta nhar it-Tnejn ittieħed il-vot u smajt lil folla barra tgħajjat bil-ferħ, qomt niġri minn posti biex noħroġ mill-Palazz l-ewwel wieħed. Għamilt dan mhux biex nidher, iżda għaliex immaġinajt x'se jiġri. Antiċipajt, anzi kien konċepibbli, li kif tixref l-Oppożizzjoni fil-bieb tal- Palazz dik il-folla kienet ser tinfexx f 'għajjat u ħsejjes ta' diżapprovazzjoni. Ma rridx li nassisti għall-umiljazzjoni ta' min ma qarax il-kitba fuq il-ħajt mhux għal darba, iżda għal tnejn , tlieta, erbgħa... Għalhekk kull meta jseħħ inkonċepibbli, nintebħu li l-panorama soċjali ta' pajjiżna qiegħed jinbidel b'mod rapidu. Irridu nifhmu li aħna rridu naddattaw irwieħna għaż- żminijiet u mhux iż-żminijiet għalina. Dan fil-fehma tiegħi huwa l-iżball tal-Mexxejja Nazzjonalisti. Flok imorru għall-bidla, il-bidla tiġi għalihom. Meta jiġri hekk ir- riżultat jista' jkun devastanti... kif ġara t-Tnejn li għadda. Dalwaqt ser ikollna mument ieħor li sa ftit ilu kien inkonċepibbli. Dawk iż-żgħażagħ li sa ftit ilu kienu jinqabdu l-ewwel darba bi droga għall-użu personali tagħhom, flok nistimizzawhon b'sentenzi kriminali ser jingħataw iċ-ċans li jsalvaw. Ma' trafikkanti u dawk li jabbużaw b'mod serju bid- droga ma għandu jkun hemm qatt kompromess. Iżda persuna li tkun għamlet użu minn sustanza għall-użu personali u għadha fil-bidu tal-vizzju, l-Awla Kriminali mhux postha. Fejn tidħol id-droga, hemm ħtieġa li niddikriminalizzaw ċertu sitwazzjonijiet. Fuq dan is-suġġett inkompli darba oħra. Iżda waħda hija ċerta, li huwa inkonċepibbli, li l-Oppożizzjoni tkun kontra din il-proposta... għalkemm qatt ma tista' tgħid! effett ċivili. Prattikament l-Att dwar iż-Żwieġ kollu, ħlief għall- partijiet li jirrigwardaw iż-żwieġ reliġjuż, japplika ukoll għall- unjonijiet ċivili. Mill-banda l-oħra, id- disposizzjonijiet tal-Kodiċi Ċivili dwar separazzjoni u divorzju japplikaw ukoll għall-"unjonijiet ċivili". Għala ssemmew dawn it-taqsimiet tal-Kodiċi Ċivili u m'hux oħrajn ma nafx. Madankollu, f 'moħħi ftit jeżistu dubji li l-provvedimenti tal- Kodiċi Ċivili dwar is-suċċessjoni intestata, il-filjazzjoni, l-adozzjoni u l-kommunjoni tal-akkwisti japplikaw ukoll għal min hu msieħeb f 'unjoni ċivili. Dana jfisser ukoll li anke mingħajr l-aktar artiklu kontroversjali ta' din il-liġi li ntroduċa l-artiklu 100B fil- Kodiċi Ċivili, koppji f 'unjoni ċivili, sia omosesswali sia eterosesswali, kien ikollhom id-dritt li jadottaw peress li għandhom l-istess drittijiet ta' konjuġi miżżewġin. Kuntrarjament għal dak li ntqal, dan l-artiklu ġdid ma ntroduċiex id-dritt ta' koppji omosesswali li jadottaw imma afferma l-ovvju li tfal adottati ta' koppji omosesswali msieħba f 'unjoni ċivili jkunu rikonoxxuti bħala li għandhom ġenituri ta' l-istess sess flok missier u omm. Jekk xi ħadd kien qed jistenna inqas formalità fl-unjoni ċivili, żbalja bl-ikrah għax wieħed irid jagħmel l-istess proċedura biex sabiex jidħol f 'unjoni ċivili qisu qed jiżżewweġ, inkluż it-tnidija tal-unjoni ċivili. Effettivament, wieħed ibati biex jifhem x'inhi d-differenza bejn żwieġ u unjoni ċivili, anzi jazzarda li jgħid li m'hemmx. Meta wieħed iqis li l-Att taż- Żwieġ imkien ma jgħid li żwieġ irid isir bilfors bejn mara u raġel, allura wieħed ma jifhimx għala koppja tista' tidħol f 'unjoni ċivili imma mhux fi żwieġ. L-unika referenza għas-sess differenti tal-partijiet fl-Att dwar iż- Żwieġ insibuh fl-artiklu 15(2) li jitkellem dwar il-mistoqsija li r-Reġistratur irid ipoġġi lil min ser jiżżewweġ "jekk hu jridx jieħu jew hi tridx tieħu lill-persuna l-oħra bħala martu jew żewġha rispettivament." Effettivament din hija l-unika parti tal-Att dwar iż-Żwieġ li nbidlet fil-liġi l-ġdida li issa tiftiehem li qed tirreferi għal imsieħba f 'unjoni ċivili. Allura l-mistoqsija naturali hi li ġaladarba m'hemm l-ebda differenza ġuridika bejn "żwieġ" u "unjoni ċivili," xi skop kien hemm li wellidna l-istitut tal- "unjoni ċivili" meta l-istitut taż- żwieġ seta' jindirizza l-ħtiġjiet ta' koppji omosesswali b'amendi ferm minimi. Jidher li f 'dan ir-rigward Malta segwit, kif spiss tagħmel, il-mudell Ingliż u daħħalna l-unjoni ċivili bħala replika identika taż-żwieġ sabiex nagħtu lill-imsieħba l-istess drittijiet u obbligi li għandhom il-miżżewġin. L-unika differenza mill-mudell Ingliż hi li f 'Malta, b'differenza mill-Ingilterra, anke koppji eterosesswali jistgħu jissieħbu f 'unjoni ċivili. Fl- Ingilterra, in-numru ta' unjoni ċivili fl-aħħar tas-sena 2011 laħaq 53,417 meta l-gvern fl-2004 kien stima li sal-2010 ma kienx ser jaqbeż il-11,000. Madankollu, illum l-iskop ta' unjoni ċivili naqas sew peress li l-Ingilterra lleġislat iż-żwieġ bejn koppji omosesswali. Kif kien jargumenta Peter Tatchell, attivista gay Ingliż prominenti, sistema li timita ż-żwieġ għall-koppji eterosesswali u tirriserva l-unjoni ċivili għall-koppji omosesswali hija waħda ta' "apartheid" romantiku intiża biss biex tiddividi n-nies. U hawn Malta verament wieħed ma jarax għala koppji eterosesswali għandhom jissieħbu f 'unjoni ċivili meta jistgħu jiżżewġu bir- riżultat li l-unjoni ċivili ser tkun l-aktar għall-koppji omosesswali biss. Jidher li anke hawn Malta, bħal f 'pajjiżi oħra, l-għan aħħari tal-moviment gay hu li persuni gay ikunu jistgħu jiżżewġu. Kif qal Joseph Carmel Chetcuti din il-ġimgħa "The next battle is for marriage equality, still an important goal mostly for symbolic reasons and for sending a clear message to society that what is good for the heterosexual goose is good for the homosexual gander. Yet, in a strange twist of fate, the passage of the Civil Unions Bill has made that struggle (in Malta at least) almost immaterial." Evidentament, il-partit fil- gvern u l-moviment LGBT beżgħu li kieku daħal iż-żwieġ bejn gay, anke b'sempliċi bidla amministrattiva u mingħajr il-ħtieġa ta' xi emendi kbar fil-liġi taż-żwieġ, ir-reazzjoni tal-pubbliku kienet tkun negattiva. M'għandix dubju li l-partit Laburista kien ikollu jinkwieta dwar parti sostanzjali mill-kostitwenza tiegħu li hija sostanzjalment konservattiva. Għaldaqstant, tnisslet l-unjoni ċivili li mhi xejn ħlief "żwieġ" taħt isem ieħor. Kemm tali strataġemma għandha leġittimità demokratika ma nafx ġaladarba l-elettorat ingħata x'jifhem li l-unjoni ċivili hija differenti minn żwieġ u li ma kienx qed jiġi propost żwieġ bejn il-gays. Imma ċertament kien wasal il-mument li r-relazzjonijiet bejn koppji omosesswali jingħataw rikonoxximent legali kif fil-fatt sar. F'xi ħin jew ieħor il-kwistjoni taż-żwieġ bejn il-gays trid tiġi ffaċċjata. Issa li nhar it-Tnejn ukoll l-Parlament approva b'mod unanimu l-projbizzjoni ta' kwalunkwe diskriminazzjoni minħabba orjentament sesswali, żgur li l-liġi taż-żwieġ trid tinfetaħ għall-koppji omosesswali. U possibilment il-miġemgħa fi Pjazza San Ġorġ aktar kellha x'tiċċelebra għal din l-emenda kostituzzjonali milli għal liġi li ma kinitx meħtieġa kieku l-liġi taż-żwieġ ġiet interpretata fid-dawl tal-istess emenda kostituzzjonali. Għaldaqstant, wieħed ma jistax ħlief jasal għall-konklużjoni li l-introduzzjoni tal-unjoni ċivili minflok ma ġiet ċċarata li ż-żwieġ jistgħu jidħlu għalih anke koppji omosesswali kien aktar eżerċizzju kosmetiku milli fis-sustanza, eżerċizzju li jidher li l-Oppożizzjoni rreaġixxiet ħażin għalih. Kien jagħmel aktar sens li l-liġi taż-żwieġ tiġi miftuħa wkoll għall-omosesswali mentri l-pajjiż jilleġisla xi ħaġa simili għall-Patt ta' Solidarjetà Ċivili, il-PACS li Franza daħlet sabiex takkomoda l-koppji omosesswali imma li qed tkun ferm popolari anke mal-koppji eterosesswali. Tant li fl-2012, 94% tal-PACS kienu bejn koppji eterosesswali li riedu metodu anqas riġidu miż-żwieġ sabiex jirregulaw ir-relazzjoni ta' bejniethom. Il-ħtieġa ta' liġi simili, għal kwalunkwe tip ta' koppja, hija ferm ċara. L-alternattiva hi li ser ikollna aktar koppji li jikkoabitaw u ma jirregulawx ir-relazzjoni ta' bejniethom f 'xi forma jew oħra. Bħalma spiss jiġri f 'dan il-pajjiż, id- dibattitu li kellna naqas milli jindirizza l-kwistjoni reali li rridu naffaċjaw u minflok kien ikkundizzjonat mill-mod kif il- partiti l-kbar iridu jakkomodaw il-kostitwenzi tradizzjonali tagħhom u jikkonsolidaw il-pożizzjoni tagħhom f 'kostitwenzi potenzjali ġodda. Segwuni fuq Twitter @ellisjoseph Trid tissieħeb miegħi (f 'unjoni ċivili) jew trid tiżżewwiġni?