Illum previous editions

illum 20 April 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/298227

Contents of this Issue

Navigation

Page 2 of 35

Il-Ħadd 20 ta' April 2014 | illum 3 L-istħarrig tal-opinjoni wera li għalkemm ħafna Maltin kienu lesti jaċċettaw il-formalità ta' unjoni ċivili bejn koppji tal-istess sess, għal uħud, l-adozzjoni ta' tfal minn koppji tal-istess sess ma kinitx aċċettabbli. Dan il-punt qajjem kontroversja avolja l-liġi Maltija kienet diġà tippermetti li persuna waħedha, tista' tapplika u jekk tkun eliġibbli, tingħata d-dritt tal-adozzjoni. Din il-liġi qatt ma għamlet distinzjoni dwar is-sesswalità tal-applikant. Dan wassal biex f 'pajjiżna diġà jeżistu numru ta' familji komposti minn żewġ ġenituri tal-istess sess u li qed irabbu t-tfal. Il-liġi l-ġdida, se tkun qed tipprovdi aktar serħan il-moħħ għat-tfal f 'każ li xi wieħed jew waħda miż-żewġ ġenituri jiġu nieqsa. Dan kien il-punt li saħaq fuqu l-Prim Ministru Joseph Muscat sa minn qabel l-elezzjoni tal-2013. Id-deċiżjoni tiegħu u tal-partit setgħet wasslitu għal telf ta' voti imma l-insistenza fuq il-prinċipju li kulħadd għandu jkun meqjus ugwali kif ukoll li, għandu jkun hemm distinzjoni bejn il-Knisja u l-Istat, wasslu lill-partit Laburista sabiex isib l-appoġġ li kellu bżonn. Minn naħa tiegħu, il-partit Nazzjonalista dejjem żamm lura milli jirrikonoxxi formalment dan is-suġġett u dejjem insista fuq il-valuri demokristjani tiegħu. Kien propju minn wara l-introduzzjoni tal-liġi tad- divorzju li internament bdew l-insistenzi fi ħdan il-partit Nazzjonalista li kien wasal iż-żmien li l-partit jibda jirrikonoxxi forom ġodda ta' familji f 'pajjiżna kif ukoll lil nies t'orjentazzjoni omosesswali u li minnhom anke kien hemm jaħdmu fi ħdan il-partit stess inkluż f 'karigi għolja. Matul id-dibattitu, l-oppożizzjoni Nazzjonalista insistiet li kellu jkun hemm separazzjoni bejn l-unjoni ċivili bejn koppji tal- istess sess u l-adozzjoni ta' tfal mill-istess koppji. Meta wieħed iqis dan kollu jista' forsi jasal biex jifhem għaliex nhar it- Tnejn kien hemm ċelebrazzjoni ta' ferħ fi pjazza San Ġorġ il-Belt mal-aħbar li l-Parlament approva l-liġi dwar l-unjoni ċivili bejn persuni tal-istess sess inkluż id-dritt tal-adozzjoni. Dawn il-persuni issa jistgħu formalment jingħaqdu f 'unjoni ċivili rikonoxxuta mill-Istat u jekk jixtiequ, anke jibnu familja. Li tadotta tifel jew tifla mhijiex ċajta. F'Malta għandna aġenziji li jgħamlu xogħol siewi immens fejn jidħol l-interess tat-tfal u hekk hu xieraq. L-ebda persuna, irrispettivament mill- orjentazzjoni sesswali tiegħu jew tagħha, ma tingħata d-dritt awtomatiku li tadotta tifel jew tifla jekk dawn l-agenziji ma jkunux mija fil-mija ċerti mill-iskrutinju li jagħmlu lill- ġenituri adottivi kemm qabel l-adozzjoni u wara. U mhux hekk biss. Hemm anke l-iskejjel u l-għalliema li llum ilkoll jagħrfu jaraw l-interess tat-tfal u għandhom il-mezzi sabiex jirrappurtaw dak li fl-opinjoni tagħhom hu ta' interess għat- tifel jew tifla kkonċernati. Malta hija s-sbatax-il pajjiż Malta hija s-sbatax-il pajjiż ILLUM qed tagħti ħarsa lejn l-approvazzjoni tal-unjoni ċivili Ritratt: Ray Attard Uħud miċ-ċelebrazzjonijiet fi pjazza San Ġorġ nhar it-Tnejn li għadda Il-Knisja tibqa' siekta dwar il-liġi tal-unjoni ċivili l-Arċisqof Cremona u l-Isqof Grech kellhom raġunijiet validi għas-silenzju tagħhom. Iżda l-anqas li wieħed jista' jgħid huwa li s-sitwazzjoni turi żewġ strateġiji - biex ma ngħidx żewġ teoloġiji differenti tar-relazzjoni bejn il-Knisja u d-dinja - u dan f 'Konferenza Episkopali ta' tliet isqfijiet biss. Għalhekk wieħed jista' jinnota wkoll problema ta' tmexxija," qal Fr Joe Borg. Mistoqsi jekk il-Knisja għadhiex f 'pożizzjoni li tinfluwenza l-opinjoni pubblika wara r-referendum tad-divorzju, hu rrimarka li biex il-Knisja tkun kredibbli trid tagħmel dan b'mod serju u b'mod illi jidher ċar li l-aktar li jinteressaha huwa s-servizz tal-bnedmin u tal-ġid komuni. "Meta kien hemm il- kwistjoni tad-divorzju jien ikkritikajt diversi miżuri li ttieħdu minn elementi fil-Knisja. Pereżempju kkritikajt it-tneħħija tad-dritt ta' Dr Deborah Schembri li tiddefendi kawżi quddiem it-Tribunal u kkritikajt l-użu li kien sar tal-purċissjoni tad- Duluri." Borg itemm jgħid li l-Papa Franġisku kien għamilha ċara x'għandha tkun il-pożizzjoni tal-Knisja, meta fl-enċiklika 'Il-ferħ tal-Evanġelju' jikteb li "r-rgħajja għandhom id-dritt li jesprimu l-fehmiet tagħhom fuq dak kollu li jolqot il-ħajja tan-nies, la l-evanġelizzatur hu marbut mid-dmir li jippromovi b'mod sħiħ lil kull bniedem. Ma jistax jingħad iżjed li r-reliġjon għandha tillimita ruħha għall-qafas privat u li qiegħda hemm biss biex tipprepara l-erwieħ għall- ġenna."

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 20 April 2014