Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/302205
18 illum | Il-Ħadd 27 ta' April 2014 G ħandi ċertu biża'. Għandi ċertu biża' li l-Oppożizzjoni hija kundannata li għal ħames snin li ġejjin mhux se tkun qiegħda titwemmen jew tittieħed bis- serjetà. Tneħħi mhux aktar minn nofs tużżana minn dawk li hemm issa fil-grupp parlamentari Nazzjonalista, hemm mhux biss kriżi ta' identità iżda agħar minn hekk ta' kredibbiltà. Il-problema li għandu Simon Busuttil huma dawk li jdawruh u hu nnifsu. Fil-medjuevu, saċerdot li kien jiżbalja, kien jagħmel żmien maqtugħ minn man-nies u jmur f 'reklużjoni spiritwali. Jistqarr miegħu nnifsu u ma' Alla, n-nuqqasijiet tiegħu. Qabel ma jissaffa ma kienx jirritorna lura fis-soċjetà. In-nies ikunu jridu jaraw bniedem differenti u li tassew nidem għaliex inkella ma jaċċetawhx u lanqas jafdawh. Dan il-proċess fi ħdan il-politiċi Nazzjonalisti għadu ma sarx. B'uċuħ bħal Tonio Fenech, Beppe Fenech Adami, George Pullicino , Simon Busuttil innifsu u oħrajn, li b'xi mod kellhom Il-biża' tiegħi L -istorja ta' Don Quixote lkoll nafuha : dik ta' bniedem illi nfluwenzat mill-kotba li kien jaqra, kien jilgħabha ta' kavallier u jispiċċa f 'bawxati kbar. F'episodju minnhom, meta kien qed idur fil-kampanja flimkien mal-qaddej fidil tiegħu, Sancho Panza ħaseb illi ra tletin jew erbgħin ġgant illi ried jattakka u joqtol sabiex ineħħi l-periklu. Imma dawn il-ġganti ma kienu xejn ħlief imtieħen tar-riħ. Bħal Don Quixote, spiss ninkwetaw dwar xi problema illi eventwalment tirriżulta illi jew kienet immaġinarja jew ferm iżgħar milli wieħed kien qed jistenna. Dan l-aħħar smajna bosta twissijiet minn persuni prominenti fil-qasam legali dwar problemi kostituzzjonali serji. Huma persuni ta' integrità, intellett kbir u kapaċità kbira illi ilni nafhom tletin sena. Madankollu, ikolli nistqarr illi kont sorpriż bl-interventi tagħhom. Iktar mir-riservi serji li għandi dwar dak li qalu, inħoss illi qed jiffukaw fuq problemi immaġinarji jew li m'humiex daqshekk serji mentri qed jinjuraw problemi ferm aktar serji u attwali fil-qasam kostituzzjonali. Din il-ġimgħa, f 'diskussjoni organizzata mill-Kamra tal-Avukati, smajna lill-imħallef Malti fil-Qorti tal-Ġustizzja Ewropea, Anthony Borg Barthet jipotizza l-possibilità ta' konflitt bejn il-Kostituzzjoni Maltija u l-liġi ewropea. Dana peress illi l-artiklu 6 tal-Kostituzzjoni jgħid illi "jekk xi liġi oħra tkun inkonsistenti ma' din il-Kostituzzjoni, din il-Kostituzzjoni għandha tipprevali u l-liġi l-oħra għandha, safejn tkun inkonsistenti, tkun bla effett" mentri t-Trattati ewropej u anke l-ġurisrudenza tal-Qorti jistabilixxu illi l-liġi ewropeja dejjem tipprevali fuq il-liġi domestika. L-imħallef Borg Barthet qal illi peress illi Malta ma affermatx is-supremazija tal-liġi tal-U.E. fil-Kostituzzjoni tagħna kif għamlet l-Irlanda, jekk il-Parlament Don Quixote fostna TONI ABELA JOE ELLIS Malta Aħjar – takkwistaha u terġa' titlifha Fatti jitkellmu waħedhom F'ERBA ġimgħat il- poplu Malti u Għawdxi se jivvota għal sitt membri fil-Parlament Ewropew, liema Parlament se jikkonsisti minn 751 MEPs minn 28 stat membru. U għall- ewwel darba wara t-Trattat ta' Liżbona, il-President tal-Kummissjoni Ewropea se jiġi elett minn dan il-Parlament. Dawn huma żewġ elezzjonijiet ta' importanza kbira ferm. Il-politiki tal-Unjoni Ewropea jiġu mfassla fl-20 kumitat tal-Kummissjoni Ewropea u wara jitressqu lejn il-Parlament għall- konverżjoni f 'liġijiet. Għalhekk l-għażla tal-grupp politiku ta' maġġoranza fil-Parlament u konsegwentement tal-President tal-Kummissjoni se jkunu fundamentali għal kull stat membru tal- UE għall-ħames snin li ġejjin. Madwar nofs il-liġijiet ta' Malta jaslu mill-Unjoni Ewropea. Il-kandidat għall-Presidenza tal- Kummissjoni Ewropea tal-Partit Popolari Ewropew (PPE), li miegħu huwa msieħeb il-PN, huwa Jean-Claude Juncker. Juncker kien Prim Ministru għal bosta snin tal-Lussemburgu, pajjiż ta' daqs ta' popolazzjoni simili għal dik ta' Malta, iżda bi Prodott Domestiku Gross għal kull abitant ta' tliet darbiet dak ta' Malta. Juncker kien ukoll President tal-Eurogroup li jġib flimkien il-Ministri tal-Finanzi tal-pajjiżi taż-żona Ewro u li jikkoordina l-politiki ekonomiċi ta' din iż-żona. Bla dubju ta' xejn Juncker huwa l-aktar persuna kwalifikata għall- Presidenza tal-Kummissjoni Ewropea. L-għanijiet ewlenin ta' Juncker huma: It-tnaqqis tal-polarizzazzjoni • (jiġifieri r-riunifikazzjoni) bejn partiti politiċi u żoni ġeografiċi It-tkabbir ekonomiku u l-ħolqien • tax-xogħol, speċjalment għaż- żgħażagħ, mingħajr it-tkabbir tad-dejn Is-suq uniku diġitali • It-tnaqqis u s-simplifikazzjoni tar- • regolamenti Il-politika barranija • Il-politika dwar l-enerġija • Jidher ċar li l-viżjoni tal-PPE u ta' Juncker hija li l-Ewropa tkompli tissaħħaħ bħala unjoni għal ġid tal-istati membri kollha tagħha. Jekk inħarsu lejn dawn l-għanijiet b'lenti Maltija, nistgħu naraw li ħafna minnhom huma importanti ferm ukoll għal Malta għal livell ta' politika lokali. Għaldaqstant Malta u l-Unjoni Ewropea, taħt Juncker, għandhom jimxu id f 'id. Bħall-PPE, il-PN jemmen bis-sħiħ fl-UE kif emmen meta Dr Eddie Fenech Adami mexxa s-sħubija għaxar snin ilu u meta Dr Lawrence Gonzi mexxa s-sħubija fiż-żona Ewro sitt snin ilu. Daqstant jemmen kull wieħed u waħda mill-kandidati PN għall-Parlament Ewropew kif emmen l-attwali Kap tal-PN Dr Simon Busuttil li ħadem b'ħiltu kollha kemm għas-sħubija fl-UE kif ukoll għal 9 snin fi ħdan l-istess Parlament Ewropew, sal-punt li rebaħ l-unur ta' MEP of the year. L-UE hija l-akbar ekonomija tad- dinja, b'popolazzjoni ta' 500 miljun. Għandha 24 miljun intrapriżi b'medja ta' 7 impjegati jiġifieri intrapriżi żgħar u medji. Dawn huma l-vera magna tal-ekonomija u tal-ħolqien tax-xogħol. Huwa s-settur privat li joħloq ix-xogħol ta' valur miżjud. Is-settur pubbliku, lil hinn mill-bżonnijiet bażiċi tiegħu għall- amministrazzjoni tal-gvern, ma jistax joħloq dan it-tip ta' xogħol. Jista' jivvinta x-xogħol b'piż fuq it-taxxi u/jew fuq id-dejn pubbliku. Malta għandha l-istess profil ekonomiku, fiċ-ċokon relattiv tagħha, ta' intrapriżi żgħar u medji. U, fl-era ta' globalizzazzjoni, il-post ta' Malta huwa ġewwa familja ekonomika qawwija fil-kamp dinji. Din il-familja, mhux biss fis-sens ekonomiku, iżda wkoll soċjali u kulturali, hija l-UE. Min jaħseb li jmur jaħdem għall-ġid ta' Malta billi jiġġieled mal-Ewropa għandu żball kbir u jekk xejn se jispiċċa proprju bir-riżultat kuntrarju. Min jaħseb li Malta tista' tkompli tieħu l-ħafna benefiċċji mill-UE mingħajr ma tagħti s-sehem tagħha mhux qed jgħix fir- realtà. Daqskemm mhux qed jgħix fir- realtà min jaħseb li l-UE għandha bżonn lil Malta daqs kemm Malta għandha bżonn l-UE. Għalhekk fil-vot tal-24 ta' Mejju l-poplu għandu jivvota lill-kandidati tal-partit Nazzjonalista. Għax huwa l-PN li ħa lil Malta fl-Ewropa u ġab l-Ewropa f 'Malta. Għax huwa l-PN li kien, għadu u se jkompli jemmen bis-sħiħ fil-proġett Ewropew. Għax huwa l-PN li jaf li għal Malta aħjar hemm bżonn tal-UE — kemm fis-sens ekonomiku kif ukoll, kif diġà ġara, bħala tarka għad-demokrazija f 'Malta u għall-interessi u d-drittijiet tal-poplu Malti u Għawdxi. Malta Aħjar mhux sempliċi slogan. Malta Aħjar mhux ħaġa awtomatika. Malta Aħjar hija ħaġa li wieħed irid jaħdem għaliha u kif jakkwistaha jista' jitlifha — kif rajna f 'din l-aħħar sena. Din hi Malta Aħjar. F'INQAS minn xahar ieħor iċ-ċittadini Maltin u Għawdxin se jmorru fil-postijiet tal-votazzjoni sabiex jagħtu l-ġudizzju tagħhom fuq min iħossu li hu l-aktar denju li jirrappreżentahom fi ħdan il-Parlament Ewropew. Bla dubju l-elezzjoni sa tiġi miġġielda fuq dawk it-temi lokali li b'xi mod jew ieħor jolqtu l-ħajja ta' kuljum ta' kull wieħed u waħda minnkom. BAĠIT LI JERĠA' JNISSEL L-GĦAQAL Kien proprju l-ewwel baġit ta' Gvern Laburista li tressaq fl-4 ta' Novembru tas-sena l-oħra. Fil-kitba tiegħi li dehret f 'gazzetta oħra, fl-24 ta' Novembru jien kont irreferejt għalih bħala 'Baġit li jerġa' jnissel l-għaqal.' F'dak l-artiklu jien kont ktibt li l-baġit "Kien tassew eżerċizzju mirqum bit-talent akkademiku li għandu l-Ministru tal-Finanzi, il-kollega tiegħi fl-Università, il-Prof. Edward Scicluna, bit-talent maniġerjali tal-Viċi- Prim Ministru, is-sur Louis Grech u bit- talent tat-tmexxija tal-Prim Ministru Dr. Joseph Muscat. Fost konsultazzjonijiet mal-membri tal-kabinett, it-tlieta fasslu baġit li jnissel għal darb'oħra l-għaqal fit- tmexxija finanzjarja tal-gvern. Dan il-baġit se juri d-differenza li teżisti bejn il-mod ta' kif imexxi r-riżorsi finanzjarji gvern Laburista versus gvern Nazzjonalista." Issuktajt ngħid ukoll li "Sakemm pajjiżna ma jirnexxilux isib iż-żejt, l-introjtu tal-gvern jiddependi fuq il-ġbir tat-taxxi biex jiffinanzja n-nefqa li jkun qed jipproponi ta' kull sena. Għalhekk kull gvern hu fid-dover li jara li kull ewro li jintefaq, jintefaq sew għax bħal kull entità oħra, il-gvern irid jagħti rendikont lill-poplu li jkun tah il-fiduċja tiegħu biex imexxi l-pajjiż. U l-poplu ma jinsiex jekk gvern ma jkunx wera għaqal fit-tmexxija finanzjarja." L-ENTITAJIET TAL-GVERN Matul il-25 sena ta' gvernijiet Nazzjonalisti dawn ma ddejqu xejn jgħabbu lill-Enemalta bi djun li mhumiex sostennibbli. Kif stqarr il- Prim Ministru waqt waħda mil-laqgħat politiċi minflok li l-gvern ċentrali daħal direttament hu biex jinvesti f 'Power Station ġdida, gvernijiet Nazzjonalisti għabbew lill-Enemalta bid-dejn mal- banek kummerċjali. Kif ħadna l-Gvern f 'idejna dan id-dejn kien jammonta għal ftit aktar minn €800 miljun li sintendi jrid jitħallas l-imgħax fuqhom. L-ispiża tal-imgħaxijiet kienet tlaħħaq l-€40 miljun! Issa li għamilna l-ftehim mal- kumpanija Ċiniża li investiet €320 miljun fl-Enemalta, mhux biss naqqasna l-livell tad-dejn u l-imgħax attribwiti magħhom imma li salvajna l-impjiegi u erġajna rbaħna l-fiduċja tal-aġenziji barranin bħal Standard & Poors. Kemm qalulna xorti fuq dan il-ftehim! Ma jafux li l-istess Unjoni Ewropea s-sena d-dieħla se tkun qed tiffirma ftehim kummerċjali mal-istess Repubblika Ċiniża. Irnexxielna naslu b'dan il-ftehim għax iċ-Ċiniżi mhux biss jafuna imma jirrispettawna immens. L-EDUKAZZJONI Pajjiżna ma jistax ikollu s-suċċess li qed ikollu jekk ma jkollniex żgħażagħ addestrati tajjeb fl-iskola. Bħala persuna li ġejja mid-dinja tat-tagħlim fraħt fuq li fraħt meta smajt bil-miżuri li tniedu mill-Onor. Ministru tal-Edukazzjoni Evarist Bartolo. Hija ġa għafsa ta' qalb li xi tfajliet u ġuvintur jiddeċiedu li ma jagħmlux l-eżamijiet tal-O'Levels. Il-miżura tal-bieraħ li sa jingħata privat b'xejn għal dawk li jeħlu għandha tindokra lill-istess tfajliet u ġuvintur biex forsi jitħajru jersqu għall-eżamijiet. Il-miżura tal-Alternative Learning Programme tibqa' inizjattiva biex b'xi mod ngħinu lil dawn iż-żgħażagħ jirnexxu fid-dinja tax-xogħol. Fuq kollox fraħt li l-enerġija pożittiva ta' dan il-gvern reġgħet estendiet il-boroż ta' studju fil-livell ta' Masters u Dottorat. Ray Bugeja Kandidat għall PE f 'isem il-PN Ivan Paul Grixti Kandidat għall-PE f 'isem il-PL