Illum previous editions

illum 27 April 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/302205

Contents of this Issue

Navigation

Page 35 of 35

illum | Il-Ħadd 27 ta' April 2014 Ħsarat tekniċi fuq tliet ajruplani JAMES J. PISCOPO jpiscopo@mediatoday.com.mt FLAĦĦAR jiem diversi ajruplani tal-Air Malta esperjenzaw ħsarat tekniċi li wasslu biex jiġu kkanċellati jew posposti ċertu titjiriet bħala prekawzjoni ta' sigurtà. Madankollu, kelliem għal- linja nazzjonali tal-ajru qal li l-problemi rrappurtati fl-aħħar jiem ikkonċernaw tliet ajruplani differenti, minn total ta' għaxra li għandha l-Air Malta. Kien qed jiġi maħsub li l-problemi kienu jikkonċernaw l-istess ajruplan peress li l-ħsarat ġew irrappurtati fi ftit jiem biss, iżda l-kelliem ċaħad dan. "Il-problemi tekniċi kienu tlieta li ġraw fuq tliet ajruplani differenti. Sfortunatament, l-Air Malta ma setgħetx topera dawn l-ajruplani bit-tip ta' problemi li kellhom, u għalhekk dawn riedu jissewwew qabel ma joperaw, kemm jekk se joperaw lejn Malta kif ukoll minn Malta," qal il-kelliem. ILLUM hi infurmata li l-aħħar każ, li seħħ il-Ħamis li għadda, kien jikkonċerna ajruplan tat-tip Airbus 319 bil-problema tkun ħsarat fil-parking brake. Skont il- kelliem tal-Air Malta, b'din it-tip ta' ħsara l-ajruplan ma jistax jitlaq mill-ajruport u ried jissewwa qabel ma jerġa' jiddaħħal fl-iskeda. Minħabba din il-problema, il-Ħamis li għadda erba' titjiriet ġew posposti b'madwar tliet sigħat lejn u minn Istanbul u Tripli. F'Marzu li għadda, ajruplan tal-Air Malta kellu jirritorna Malta darbtejn wara li telaq fi triqtu lejn l-ajruport ta' Linate f 'Milan. Dakinhar, l-ajruplan tat- tip Airbus A320 irreġistra xi ħsara fl-istrumenti tan- navigazzjoni u wara għoxrin minuta fl-ajru rritorna Malta. Wara li l-passiġġieri tħallew jistennew madwar siegħa fl-ajruplan sakemm it- tekniċi biddlu l-istrument, l-ajruplan telaq għat-tieni darba iżda għal frustrazzjoni tal-passiġġieri, meta wasal Għawdex il-kaptan ordna li l-ajruplan jerġa' jinżel Malta għax il-problema ma ġietx solvuta. Il-kelliem tal-Air Malta qal lil ILLUM li minn dakinhar tal-inċident, dan l-ajruplan kien issewwa u għadu jopera mingħajr problemi. Attwalment l-Air Malta għandha flotta ta' għaxar ajruplani kollha magħmula mid-ditta Airbus. Sitta huma tat-tip A320 li jġorru massimu ta' 180 passiġġier filwaqt li l-erba' oħra huma tat-tip A319 li jġorru 140 passiġġier. Skont is-sit elettroniku planespotters.net, l-aktar ajruplan 'antik' f 'din il-flotta ilu jintuża għal madwar għaxar snin u nofs, filwaqt li l-aktar wieħed 'riċenti' ilu jintuża għal aktar minn seba' snin. L-Air Malta għandha flotta ta' għaxar ajruplani kollha magħmula mid-ditta Airbus DOWNLOAD THE MALTATODAY APP NOW

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 27 April 2014