Illum previous editions

illum 4 May 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/306558

Contents of this Issue

Navigation

Page 24 of 39

Il-Ħadd 04 ta' Mejju 2014 | illum 25 ILMALTI jgħid 'iż-żmien itir u ma jistenna lil ħadd'. U veru. Lanqas temmen li diġà għaddiet iżjed minn sena mid- data tad-9 ta' Marzu 2013, dik id-data li ser tibqa' mnaqqxa b'ittri tad-deheb fl-istorja tal- partit Laburista bħala tifkira ta' waħda mill-akbar rebħiet elettorali fl-istorja tal-partit. X'ġara erbatax-il xahar wara? Ħafna kienu dawk ix-xettiċi, speċjalment dawk fil-partit Nazzjonalista, li penġew xenarji apokalittici jekk ikun fil-Gvern il-partit Laburista, bħal 'bail out' u rtirata ta' ħafna mill-wegħdi li l-partit għamel qabel l-elezzjoni. Iżda minn dan kollu ma ġara xejn, anzi ftit iżjed minn sena wara l-Gvern Laburista diġà wettaq ħafna minn dawn il- wegħdi elettorali. Fl-opinjoni tiegħi, iċ-ċertifikat li l-pajjiż ingħata din il-ġimgħa mill-Unjoni Ewropea li d-defiċit tal-Gvern niżel taħt it-3% tal- prodott domestiku gross huwa wieħed mill-aqwa suċċessi ta' dan il-Gvern. U dan kollu seħħ mingħajr ma l-Gvern ħa xi mizuri drastiċi ta' awsterità bħal ma ġara f 'pajjizi oħra Ewropej. Żgur li dan ir-riżultat jawgura tajjeb ħafna għall-ekonomija ta' pajjiżna fis-snin li ġejjin u jassigura lill-Maltin kollha li pajjiżhom jinsab immexxi minn nies ta' integrità u jinsab f 'idejn sodi ta' veru, mhux kif ġara fil-passat. Wegħda oħra li wettaq il- Gvern fl-aħħar xhur kienet dik ta' tnaqqis tal-kontijiet tad-dawl u l-ilma. Kemm kienu jgħidu n-Nazzjonalisti li din ma tistax isseħħ, għalkemm issa bidlu d-diska u qed jgħidu li anke huma kienu se jnaqqsu l-prezzijiet. Dawn in-nies jaħsbu li l-poplu ser jinsa frażijiet famużi bħal 'nivvota mill-qalb biex jogħlew il-prezzijiet' u 'ħallihom ħa jogħlew il-prezzijiet'. Madankollu dan seħħ filwaqt li l-Gvern kien qed jaħdem fil-kwiet biex jaqta' d-dejn mostruż li kellha l-Enemalta li kien mażżra għall-ekonomija Maltija. U r-riżultat ta' dan kulħadd jaf x'kien – investiment kbir ta' €300 miljun minn waħda mill-ikbar kumpaniji mondjali fil-qasam tal-enerġija. Wara erbatax-il xahar il-poplu tagħna għandu kontijiet irħas u iktar flus fil-but u l-ħaddiema tal-Enemalta għandhom serħan il-moħħ li xogħolhom huwa fis-sod. Żgur li t-twettiq ta' din il-wegħda se tħalli riżultati fuq l-ekonomija tal-pajjiż li ser ikunu qed jinħassu fix-xhur li ġejjin. L-edukazzjoni kienet waħda mill-oqsma li l-Gvern ta' importanza kbira bħall-qasam tal-enerġija. Il-Gvern Laburista jemmen li kulħadd għandu jkollu ċans f 'dan il-pajjiż, kemm dawk l-istudenti li għamlu l-esperjenza edukattiva tagħhom waħda ta' suċċess kif ukoll dawk li ma rnexxilhomx. Il-Gvern nieda numru ta' programmi għal dawk li xtaqu jkomplu jistudjaw b'numru ta' boroż ta' studju f 'diversi oqsma bħal mhu l-isport biex ikollna nies kwalifikati f 'kull qasam tas-soċjetà. Żdiedu l-istipendji għall-kuntrarju ta' dak li kienu jgħidu lill-istudenti qabel l-elezzjoni u se jkomplu jiżdiedu fis-snin li ġejjin. Iżda l-Gvern ħaseb ukoll f 'dawk li ma kinux qegħdin jiksbu r-riżultati meħtieġa u fil-fatt nieda numru ta' inizjattivi biex jgħin lil dawn l-istudenti kemm waqt li jkunu għadhom fis-sistema edukattiva u anke wara li jkunu spiċċaw mill-iskola sekondarja. Il-Gvern qiegħed jgħin lil dawn l-istudenti billi se jkun qed jorganizza l-lezzjonijiet privati apposta għal dawk l-istudenti li ma jkunux għaddew mill-eżamijiet tal- MATSEC biex ikunu ppreparati għall-eżamijiet riparatorji, qed joffri wkoll korsijiet fis-snajja għal dawk l-istudenti li ma jixtiqux ikomplu l-istudju formali. Il-Gvern wera wkoll kemm jemmen f 'min hu batut fis-soċjetà meta ddecieda li jagħti €400 lil dawk il-familji li jaqgħu taħt il-linja tal-faqar iżda b'kundizzjoni li t-tfal ta' dawn il-familji jattendu l-iskola regolarment. F'dawn il-ftit xhur il-Gvern wera b'mod ċar li l-edukazzjoni ta' kull student u studenta ser tkun prijorità. Il-Gvern Laburista fil-ftit xhur li għaddew wera biċ-ċar li kien lest jaqbad il-problemi ta' dan il-pajjiż minn qrunhom u minflok ħafna retorika kif konna drajna nisimgħu fl-aħħar 25 sena ta' gvernijiet Nazzjonalisti l-poplu tagħna beda jara u jmiss b'idejh ir- rizultati ta' Gvern li jaħdem bis-serjetà. Dan jawgura tajjeb ħafna għall-erba' snin li fadal ta' Gvern Laburista biex pajjiżna veru jkun fost l-aqwa pajjiżi Ewropej. Mario Farrugia Borg hu kandidat għall-Elezzjoni tal- Parlament Ewropew f 'isem il-Partit Laburista Stabbiltà għan-negozji Sena Wara KULL negozju jixtri prodotti u servizzi biex jipproduċi l-prodott finali li jkun jista' jbiegħ bi prezz li jkopri l-ispejjeż kollha u li jkun kompetittiv. Diġà huwa diffiċli tiddeċiedi kemm taħseb li se tbiegħ biex tiddeċiedi kemm għandek bżonn materja prima. Ġeneralment dak li jkun jibda billi jara xi jkun biegħ fil-passat bħala l-ewwel indikazzjoni. Imbagħad jara kif għaddejja l-ekonomija biex jara għandux jaħseb għal iktar jew inqas bejgħ. Qabel ma jordna l-materja prima, in- negozju jkun jaf eżatt kemm se jiswielu dan il-materjal u għalhekk jekk jvinċix bil-prezz li hemm fis-suq. Għalhekk, hemm riskju għan- negozju li forsi jordna ftit wisq jew jordna ħafna materja prima, però b'xi mod jvinċi għaliex jaf li kemm ser jonfoq biex jixtri l-materja prima u li se jirnexxilu jbiegħ bi prezz li jkopri l-ispejjeż. Għalhekk ir-riskju huwa kkalkulat. Xorta jkollok affarjiet oħra li ma tistax tikkalkula bħal pereżempju xi ħadd li jitfa' fis-suq Malti prodotti ta' kwalità inferjuri, li ma jidhrux hekk mad-daqqa t'għajn, bi prezzijiet li jkissru negozji onesti. Qed niltaqa' ma' ħafna negozji minn kull settur li jħossu li qedin dejjem jidħlu iktar minn dawn il-prodotti li anki jafu jkunu ta' ħsara għas- saħħa tal-bniedem. Nemmen li hemm bżonn isir iktar xogħol biex dawn l-abbużi fis- swieq tal-bejgħ jieqfu u din għandha tkun inizjattiva serja fuq livell Ewropew. Il-politika ta' stabbilità tal- gvern wasslet biex fl-aħħar xhur, il-familji u n-negozji f 'pajjiżna ma kellhomx għalfejn jinkwetaw fuq il- prezz tal-petrol u tad-diesel minn xahar għal xahar. Dan kuntrarju ta' dak li kien iseħħ taħt il-Gvern preċedenti. Il-prezzijiet tal-petrol u tad-diesel, ġew marbuta sal-aħħar tas-sena. Dan ifisser stabbilità fil-prezzijiet tal-petrol u tad-diesel għat- tmien xhur li ġejjin. Il-petrol se jkun qed jorħos b'żewġ ċenteżmi u l-prezz se jkun dak ta' 1.44 għal kull litru. Waqt li prezz tad-diesel se jibqa' l-istess, jiġifieri dak ta' 1.36c għal kull litru. Dan se jkun l-orħos prezz tal-petrol fl-aħħar sena. Id-diesel, iffissat b'dan il-prezz, ser ikun l-orħos fl-aħħar sentejn u tliet xhur. Il-prezz il-ġdid tal-gass li ġie ffissat għall-5 xhur sħaħ, u daħal fis-seħħ mill-ewwel ta' Mejju u jibqa' l-istess sal-aħħar ta' Settembru fil-medja, se jkun orħos milli kien is-sena l-oħra. Il-prezz tal-gass se jkun 1.30c orħos minn dak tax-xahar ta' qabel u orħos mill-medja tas-sena ta' qabel. Minn 18.40 se jinżel għal 17.10c Il-prezz tal-petrol, diesel u gass jmiss kull negozju u l-but ta' kull familja. Pajjiżna huwa l-unika pajjiż fl-Ewropa li għandu prezzijiet stabbli tal-petrol, diesel u gass sal-aħħar tas-sena. Din l-istabbiltà tfisser li mhux biss in-negozju għandhom inaqqsu affarjiet fuq xiex jinkwetaw imma anki l-familji jkunu iktar komdi li ser jinqalaw inqas spejjeż li ma kinux jafu dwarhom. Però din l-istabbiltà hija akkumpanjata wkoll b'roħs u mhux żieda fil- prezzijiet. Din hija injezzjoni oħra ta' fiduċja fl-ekonomija li permezz tagħha l-familji u n-negozji ser ikollhom iktar flus f 'idejhom. Suġġeriment għan-negozji huwa żgur biex jaħsbu għal iktar bejgħ għax il-miżuri kollha li ħa dan il- Gvern fosthom roħs ta' dawl u ilma, childcare b'xejn, income tax orħos, m'hemmx bolla fuq l-ewwel propjetà u issa roħs fil-prezz ta' petrol u gass, jfissru kollha iktar flus fl-idejn ta' familji li se jonfqu dawn il- flus għand in-negozji tagħna. Fleur Vella hi kandidata għall-Elezzjoni tal-Parlament Ewropew f 'isem il-Partit Laburista FLEUR VELLA MARIO FARRUGIA BORG

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 4 May 2014