Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/306558
BLA dubju ta' xejn, wieħed mis-setturi li jolqot ħafna ż-Żgħażagħ Maltin u l-Għawdxin huwa s-settur tal- Isport u ta' kif wieħed iżomm ruħu 'fit'. Illum il-ġurnata, qegħdin isiru iżjed kampanji minn naħat differenti biex issir promozzjoni sabiex in- nies, speċjalment żgħażagħ, jiġu involuti fil-qasam tal- isport u jżommu ruħhom attivi. Skont statistika li saret fil-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea, Malta għandha waħda mill- ogħla rati ta' obeżità madwar l-Ewropa. Din hija sitwazzjoni ferm inkwetanti, meta tqis li fiż-żminijiet li ġejjin, din iċ-ċifra mistennija tikber mhux ħażin. Għalhekk, issa qiegħed jinħass iżjed il-bżonn li tinħoloq soċjetà iżjed konxja fuq l-obeżità u azzjonijiet differenti dwar kif wieħed jista' jikkumbattiha. Hu propju għal dan l-għan li qiegħed jiġi iżjed promovut l-isport. Li żżomm ruħek attiv, ma jfissirx li hemm bżonn tkun atleta professjonali. Illum hawn ħafna tipi ta' sport li wieħed jista' jieħu sehem fihom mingħajr ma jieħu żżejjed ħin mill-ħin liberu tiegħu u mingħajr ma jgħeja żżejjed. Apparti mill-futbol, li bla dubju ta' xejn huwa l-aktar sport ipprattikat ġo pajjiżna, hawn varjetà ta' tipi ta' sport ieħor. Ħafna nies ukoll saru jattendu regolarment xi gym fil-lokal. Iktar kemm tinħoloq din il-kuxjenza li wieħed irid iżomm iżjed ruħu f 'saħħtu, iżjed qegħdin jispontaw ċentri tal-isport f 'lokalitajiet differenti. Ħadt l-opportunità nistaqsi lill-Onorevoli Chris Agius, Segretarju Parlamentari għar-Riċerka, l-Innovazzjoni, Żgħażagħ u Sport, fejn staqsejtu jekk ikkumparata ma' stati oħra fl-Unjoni Ewropea, jaħsibx li Malta għandhiex biżżejjed żgħażagħ attivi fl-isport. Is- Segretarju Parlamentari qalli fuq dan ir-rigward ma tantx għandna statistika aġġornata, għax l-aħħar statistika saret fl-2008 u wieħed ma tantx jista' jibbaża fuqha. Irreferini wkoll għal rapport fuq sondaġġ li sar fl-2005/2006 mill-World Health Organisation li juri li tfal/żgħażagħ ta' bejn il-ħdax u t-tlettax-il sena li jagħmlu eżerċizzju siegħa kuljum huwa inqas mill-medja tal-pajjiżi miġbura flimkien. Fl-età ta' ħmistax-il sena l-perċentwal jogħla u joqrob ferm lejn il-medja. Dawn l-istudji wrew ukoll li s-sess femminili huma lanqas li jippratikaw sport jew jagħmlu eżerċizzju fiżiku. Fl-opinjoni tiegħi din hija ferm inkwetanti. Biex Malta tnaqqas ir-rata tal-persuni bi problema ta' obeżità, trid tinbidel il-mentalità tal- ġenerazzjoni moderna, dik taż- żgħażagħ. Naħseb li għad fadal ħafna x'isir f 'dan il-qasam biex żgħażagħ jiġu iżjed inkorraġġuti jipprattikaw l-isport u jżommu ruħhom aktar f 'saħħithom. Skont kif semmieli s-Segretarju Parlamentari, mir-riżultat li ħareġ fir-rapport tal- Eurobarometer, ippublikat fix-xahar ta' Marzu 2014 huwa inkwetanti l-fatt li 75% mill- Maltin ta' kull età qatt ma għamlu xi forma ta' eżerċizzju jew prattikaw xi sport, wara żieda qawwija li saret mis-sena 2009 'l hawn! Biex iżjed tinħoloq soċjetà b'kuxjenza fuq l-isport, illum l-isport qiegħed jidħol iżjed fis-sistema edukattiva tat-tfal u ż-żgħażagħ tagħna. Ma nemminx li biżżejjed li wieħed ikollu s-Suġġett tal-Edukazzjoni fiżika fl-Edukazzjoni akkademika ta' kuljum, iżda hemm bżonn li wieħed jivvinta f 'iżjed alternattivi biex it-tfal jidraw iżjed attivi. F'pajjiżi partikolari barra minn Malta, hija ħaġa obbligatorja li l-istudenti jagħmlu jieqfu mill-iskola akkademika u jipprattikaw informalment xi tip ta' sport, biex iżommu ruħhom attivi wkoll fid-dinja tal-iskola, dik li għalihom hija t-tieni dar tagħhom. Meta ħadt opinjoni mingħand il-Kelliem għall-Oppożizzjoni għaż-Żgħażagħ u l-Isport, l-Onorevoli Robert Cutajar, dwar l-inklużjoni tal-isport fis-sistema edukattiva, dan qalli li jemmen li s-sistema edukattiva f 'dawn l-aħħar snin setgħet għamlet ħafna iżjed fl-inklużjoni tal-isport. Żied jgħidli li n-nuqqas ta' lezzjonijiet kemm fil-primarja kif ukoll fis-sekondarja, fejn jidħol eżerċizzju fiżiku lit-tfal tagħna huma xhieda għal dan kollu. Dan minkejja li kien inkluż fil-Kurrikulum Nazzjonali. Jemmen ukoll li iktar milli nħajru t-tfal u ż-żgħażagħ jinvolvu ruħhom fl-isport, wieħed irid jaħdem biex ibiddel il-kultura tagħna l-Maltin li l-isport mhux qiegħed hemm bħala passatemp. Karatteristika sabiħa li l-qasam tal-isport għandu huwa l-varjetà. Mhux kulħadd iħossu komdu u jħobb l-istess tip ta' sport. Mill-esperjenza tiegħi wara s-sekondarja, ħafna ħbieb milli kelli waqfu kull forma ta' sport għax ħassew li forsi mhux tajbin daqs ħaddieħor jew ma jħobbux biżżejjed sport partikolari. Jien kont wieħed minnhom, u għalhekk mort biex nipprattika sport ieħor, dak li nħossni iktar komdu u nieħu iżjed gost nipprattikah – il-baskitbol. Naħseb li fix- xandir nazzjonali għandu jsir iżjed xogħol biex nagħtu iżjed promozzjoni lil dawn it-tipi ta' sport 'żgħar' ukoll. 10 illum | Il-Ħadd 04 ta' Mejju 2014 3URJUDPP2SHUDWWLY,,±3ROLWLNDWD¶.RHĪMRQL ,QVDƫƫXƪLOLWQDJƫDOO$NWDU,PSMLHJLX.ZDOLWjWD¶ƪDMMD$ƫMDU 3URƥHWWNR¿QDQ]MDWPLOO8QMRQL(ZURSHD )RQG6RƛMDOL(ZURSHZ)6( .R¿QDQ]MDPHQW)RQGL8()RQGL1D]]MRQDOL 1LQYHVWX¿OIXWXUWLHJƫHN 4HGW¿WWH[[RJƫROOLMDJƫWLNVRGLVID]]MRQSHUVRQDOL" -HNNLYDDOOXUDLNNRQVLGUDGLQW¶KDZQWDƫW 6(-ƪ$*ƪ$/$33/,.$==-21,-,(7 µ-2%&2$&+(6¶*ƪ$//352Ƥ(777$/)6(µ6+(/7(5('(03/2<0(1775$,1,1*¶ 0325HIHUHQFH1R032 (7&3HUPLW1R ,O.RUSRUD]]MRQLJƫD[;RJƫROXW7DƫULƥ(7&THGW¿WWH[SHUVXQLPRWLYDWLXOHVWLELH[MLGƫOXJƫDO LPSHQQWD¶[RJƫROPD¶SHUVXQLE¶GLĪDEELOWDC,OSHUVXQLPDJƫĪXODVHMNXQXLPSMHJDWLEƫDODµMRE FRDFKHV¶ELH[MDJƫWXWDƫULƥJƫDMQXQDXDSSRƥƥOLOOSHUVXQLE¶GLĪDEELOWDMLHWGLIIHUHQWL+XPDVH MNXQXLPSMHJDWLIXTEDĪLWD¶NXQWUDWWGH¿QLWWDƫWLOSURƥHWWWDO)RQG6RƛMDOL(ZURSHZµ6KHOWHUHG (PSOR\PHQW7UDLQLQJ¶(6) 0DWXOLOSURƥHWWµ6KHOWHUHG(PSOR\PHQW7UDLQLQJ¶LO.RUSRUD]]MRQLVHWDJƫWLWDƫULƥOLOOSHUVXQL E¶GLĪDEELOWDMLHWGLIIHUHQWLELOJƫDQOLGDZQLWHMEXOƫLOLHWWDJƫKRPELH[MLGƫOXI¶LPSMLHJ,OSURJUDPP VHMLQNOXGLWDƫULƥSUDWWLNXI¶VHWWXULGLIIHUHQWLWDVVXTWD[[RJƫROXĪMDMMDUI¶SRVWLMLHWGLIIHUHQWLWD[ [RJƫRO /DSSOLNDQWLJƫDQGXMNROOKRPPLQQWDOLQTDVĪHZƥµ$¶/HYHOVPLQQJUDG$VD(ƫDPHVµ2¶ /HYHOVLQNOXĪLO0DOWLO,QJOLĪXO0DWHPDWLNDPLQQJUDGL$VD&MHZPLQQVDO(&'/NROOX XWOHWWVQLQHVSHUMHQ]DWD¶[RJƫRONOHULNDOL/(&'/P¶KXZLH[PHƫWLHƥMHNNODSSOLNDQWLMNROOKRP 'LSORPD¿O/LYHOO14)MHZDNWDU /LVPLMLHWWD¶ĪHZƥSHUVXQLOLMLVWJƫXMLWNHOOPXJƫDOODSSOLNDQWLJƫDQGKRPLNXQXVRWWRPHVVLPDO LWWUDW¶DSSOLND]]MRQL 3HUVXQLLQWHUHVVDWLJƫDQGKRPMLEDJƫWXLWWUDW¶DSSOLND]]MRQLÀLPNLHQPD¶&9GHWWDOMDWDELOSRVWD UHƥLVWUDWDMHZEOLGHMQOLO 7KH$'HSDUWPHQW0DQDJHU 3HRSOH0DQDJHPHQW .RUSRUD]]MRQLJƫD[;RJƫROXW7DƫULƥ 8I¿ƛƛMX3ULQƛLSDOL ƪDO)DU%%* /DSSOLNDQWLJƫDQGKRPMLNNZRWDZLONRGLƛL+5ÀLWWUDW¶DSSOLND]]MRQL /DSSOLND]]MRQLMLHWJƫDQGKRPMDVOXJƫDQGLO.RUSRUD]]MRQLVDPKX[DNWDUWDUGPLOO (UEJƫDWD¶0HMMX /DSSOLND]]MRQLMLHWNROOKDVHMLƥXULNRQR[[XWLXVHMNXQXWUDWWDWLEODNEDUNXQ¿GHQ]MDOLWDC ,V&9VWDODSSOLNDQWLVHMLQĪDPPXPLOO(7&JƫDOUHIHUHQ]DIXWXUD'DZNOLQGLYLGZLOLPDML[WLHTX[ OLV&9WDJƫKRPWLQĪDPPPLOO(7&JƫDQGKRPMLEDJƫWXLWWUDIXTOLQGLUL]]W¶KDZQIXTXMLUƛLHYX OXUDV&9WDJƫKRPZDUDOSURƛHVVWD¶UHNOXWDƥƥ Minn miljunarju spiċċa jikri l-umbrelel John Busuttil jbusuttil@mediatoday.com.mt ILTQAJT ma' Lui meta daħal fl-istess blokk ta' appartament fejn ngħix jien b'żewġt iklieb daqs dinja u tfajla żagħżugħa. Mort inkellmu u qalli li hu Awstrijak iżda mwieled ir-Repubblika Ċeka u li għandu yacht. Kważi qas emmintu. Sadattant bdejna niltaqgħu ta' spiss u wara li kultant kont ngħaddilu xi ħelu tradizzjonali Għawdxi 'home made' stedinni għal ikla schnitzel u hemmhek sirt nafu ħafna aħjar. Bejn xi kanzunetta bil-kitarra tiegħu u tazza nbid bdew ġejjin ir-rakkonti bil-ħajja frivola u mimlija avventura li għex. Kien hawn li ddeċidejt li nlaqqagħkom ma' Alois Pevny ta' 46 sena, bniedem ta' spirtu liberu li sab ruħu miljunarju minn wirt tal- familja u fi 15-il sena ħarbat kważi €3 miljun u spiċċa bi €300 u yacht li dam jibnih 10 snin. Alois, magħruf aktar bħala Lui hu raġel li jgħix bi kmandament wieħed… 'Only dead fish swim with the flow' għax għex ħajja jikkumbatti l-kurrenti u dan jagħtih sodisfazzjon kbir. Lui hu persuna li jemmen fin-natura nnifisha fejn ġieli anke jgħannaq siġra biex jieħu l-enerġija tal-art, jiekol meta jkun bil-ġuħ u jorqod meta jkun għajjien. Ir-rutina f 'ħajtu ma teżistix. Jemmen ukoll li hu jimxi id f 'id ma' Alla. Alois ifisser Gwerrier Ġermaniż u kunjomu Pevny ifisser swar sodi. Insomma ismu miegħu għax Lui ma jaqta' qalbu minn xejn u ħajtu jsawwarha hu kif jixtieq u jrid hu. Għax Lui hu persuna li ma jemmen fl-ebda reliġjon, iżda jemmen f 'Alla li jurih it-triq. "Għax Alla hu missieri u mhux dak li jikkundannani" qalli Lui fejn fl-istess ħin qal li hu jimxi fuq żewġ mudelli fil-ħajja, Kristu u Ghandi. "Nipprova nimxi fit-triq li għallmu huma, iżda hemm mumenti li nkun dgħajjef, għalkemm nipprova kemm jista' jkun nersaq ħafna lejn il-perfezzjoni." Tlabtu jiġi d-dar tiegħi biex nagħmillu intervista għax fih rajt gladjatur li mill-istilel, spiċċa fl-istalel u xorta għadu jemmen li bil-pożittività tiegħu jrid jerġa' jsib l-istilel. Offrejtlu flixkun Nero D'Avola u sa tmiem l-intervista spiċċah kollu. Lui qalli li hu twieled Il-Punt ALEX CUTAJAR L-Involviment taż-Żgħażagħ fl-Isport