Illum previous editions

illum 4 May 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/306558

Contents of this Issue

Navigation

Page 16 of 39

Il-Ħadd 04 ta' Mejju 2014 | illum 17 LAĦBAR it-tajba li żammna mdendlin nistennew il-Prim Ministru Joseph Muscat ma kienet xejn għajr prova oħra ta' kemm dan il-Gvern qed jipprova jgħaddi n-nies biż- żmien. Ibda biex il-konferenza għall-aħbarijiet li għamel nhar l-Erbgħa l-Prim Ministru ħaditni lura fi tfuliti. Dak iż-żmien il-Gvern kien jgħoxa jħabbar lill-poplu l-prezz ta' landa corned beef, bott tonn taż-żejt u l-kumplament tax- xirja. Kien ukoll f 'dak iż-żmien, xi tletin sena ilu, l-aħħar li smajt Prim Ministru jitkellem fuq il-milleżmi. Ngħid id-dritt, dak iż-żmien ma konniex nafu aħjar. Iżda mur għidli li tletin sena wara kelli nerġa' nara Prim Ministru Malti jsejjaħ lill-ġurnalisti biex iħabbar roħs fil-petrol ta' 7 milleżmi (tal-Lira Maltija). Biex tkompli tgħaxxaqha dawn is-7 milleżmi li raħħas huma l-istess 7 milleżmi li l-Prim Ministru kien għolla xahar qabel. Din iż-żieda fil- prezz tal-petrol kienet tħabbret b'sempliċi stqarrija maħruġa mill-Enemalta fl-aħħar ta' Marzu. Xahar eżatt wara l-Prim Ministru ħass li kellu jsejjaħ lill-ġurnalisti u jarma warajh il-bnadar ta' Malta u tal-Unjoni Ewropea biex iħabbar li raħħas il-petrol bl-istess 7 milleżmi li hu stess, b'sempliċi stqarrija, kien għolla xahar qabel. L-ingann huwa ikbar minn hekk. Bi ftit minuti ta' riċerka fuq l-internet sibt li l-prezzijiet li kien għadu kif ħabbar il-Prim Ministru huma ħafna iktar għoljin minn meta l-istess Joseph Muscat, bħala Kap tal-Oppożizzjoni kien niżżel in- nies jipprotestaw fit-toroq tal- Belt Valletta għax il-prezzijiet tal-fuel kienu "għoljin esaġerati." Fil-fatt il-prezz ta' litru petrol illum huwa 13-il ċenteżmu iktar minn meta Joseph Muscat bħala Kap tal-Oppożizzjoni niżżel in-nies jipprotestaw fit-toroq f 'Jannar 2011. Il-prezz tad-diesel ukoll huwa iktar għoli. Meta Muscat bħala Kap tal-Oppożizzjoni niżżel in-nies jipprotestaw fit-toroq id-diesel kien 15-il ċenteżmu orħos għal kull litru milli hu llum. Dakinhar li l-prezz kien ferm orħos mil-lum, Joseph Muscat kien qal lill-folla rrabjata li l-prezz huwa għoli minħabba l-ineffiċjenza tal-Gvern u l-korruzzjoni fost oħrajn. Nhar l-Erbgħa l-Prim Ministru ftaħar li dawn il- prezzijiet se jibqgħu kif inhuma sal-aħħar tas-sena – la se jogħlew u lanqas se jorħsu – jiġri x'jiġri fis-swieq u fir-rati tal-kambju. Dan ifisser li l-Prim Ministru assigura li sal-aħħar ta' Diċembru lkoll kemm aħna se nkunu qed inħallsu prezz ferm iktar għoli għall-fuel minn meta hu sejħilna biex nipprotestaw fi Triq ir-Repubblika. Nhar l-Erbgħa l-Prim Ministru ħabbar ukoll tnaqqis fil-prezz tal-gass. Qalilna li dan it-traħħis se jkun effettiv biss sal-aħħar ta' Settembru. Issa lkoll nafu li bejn illum u l-aħħar ta' Settembru l-konsum tal-gass fid-djar jonqos drastikament u allura tonqos ukoll id-domanda għalih. Fl-ewwel lezzjoni bażika tal-ekonomija jgħallmuk li meta d-domanda tonqos, il-prezz jonqos magħha. Allura Muscat mhu qed jagħmel assolutament xejn speċjali. Anzi, il- probabbiltà hi li meta nerġgħu niġu bżonn il-gass f 'Ottubru se nsibuh ferm iktar għoli milli ħabbar il-Prim Ministru nhar l-Erbgħa. Iżda anki dwar il-prezz tal-gass 'imraħħas' fittixt u sibt l-ingann. Il-prezz tal- gass il-ġdid li ħabbar il-Prim Ministru Muscat ukoll huwa iktar għoli minn meta hu bħala Kap tal-Oppożizzjoni niżżel in-nies jipprotestaw fit-toroq. Fil-fatt ċilindru gass ta' 12-il kilogramma llum iqum €1.10 iktar minn dakinhar. F'attività oħra li saret nhar il-Ġimgħa, il-Prim Ministru ħabbar xi miżuri u inizjattivi li beħsiebu jieħu taħt dik li sejjaħ bħala 'politika nazzjonali tax- xogħol'. Proposta li malli taraha taħsibha aħbar tajba hija dik li min jaqla' biss il-paga minima jingħata 'top-up' fi flus mingħand il-Gvern. B'dan kollu, jekk din il-miżura tiġi implimentata kif intqal nhar il-Ġimgħa tkun qed tinħoloq inġustizzja bejn id-diversi kategoriji ta' ħaddiema li għandhom dħul baxx.a Dan il-għaliex il-ħaddiema li llum jaqilgħu biss ftit iktar mill-paga minima, se jispiċċaw isiru dawk li jaqilgħu l-inqas. Pereżempju, jekk din iż-żieda tkun ta' €1,500 fis-sena, dawk li llum jaqilgħu biss €500 iktar mill-paga minima se jispiċċaw jaqilgħu €1,000 inqas minn min qiegħed fuq il-paga minima. Proposta oħra li tolqot l-għajn hija dik li l-leave tal-maternità jitħallas kollu kemm hu mill- Gvern. Però, biex dan ikun jista' jsir il-Gvern qed jgħid li se jkollu jgħolli l-bolla li titħallas minn min iħaddem fuq kull ħaddiem. Personalment naqbel fil- prinċipju li l-leave tal-maternità għandu jitħallas mill-istat, kemm fis-settur pubbliku, kif ukoll fil-privat, iżda ma naħsibx li dan huwa l-mument opportun li fih jiżdied il-ħlas tal-bolla lil min iħaddem. L-ewwel dritt fundamentali li għandu kull ħaddiem huwa li jkollu x-xogħol. Għaldaqstant nappella lill-Gvern biex jistudja bir-reqqa l-miżuri li qed jipproponi sabiex qabel idaħħalhom fis-seħħ ikun ċert mill-impatt li se jkollhom. Il-Gvern għandu jkun ċert li dak li se jagħmel ikun tassew ta' ġid għall-ħaddiema kollha u m'għandux jipprova juża lill-ħaddiema, b'mod speċjali lil dawk li jaqilgħu l-inqas, għall- iskopijiet elettorali tiegħu. Norman Vella hu kandidat għall-Elezzjoni tal-Parlament Ewropew f 'isem il-Partit Nazzjonalista GĦAXAR snin ilu ksibna mument storiku għal pajjiżna. Il-Partit Nazzjonalista kien innegozja, b'suċċess, id-dħul ta' Malta fl-Unjoni Ewropea. Dakinhar konna ispirati mill-fatt li ridna naraw lil Malta Aħjar. U permezz tal-Partit Nazzjonalista u permezz tal-viżjoni ta' Eddie Fenech Adami u l-gvern tiegħu, għamilna Malta Aħjar, Għal Kulħadd. Ukoll, bħal dan iż-żmien ħamsin sena, konna fuq l-għatba ta' mument storiku ieħor għal pajjiżna. Il-Partit Nazzjonalista kien innegozja, b'suċċess, l-Indipendenza ta' Malta. Dakinhar ukoll konna ispirati mill-fatt li ridna naraw lil Malta Aħjar. U permezz tal-Partit Nazzjonalista u permezz tal-viżjoni ta' Gorg Borg Olivier u l-gvern tiegħu, għamilna Malta Aħjar, għal Kulħadd. Illum il-Partit Nazzjonalista qed jerġa' jħoss il-ħtieġa li wara biss ftit aktar minn sena ta' Gvern Laburista, joħroġ bit-tema ta' Malta Aħjar, mhux għax qegħdin fuq l-għatba ta' xi mument storiku ieħor. Mhux għax ma sarx ħafna xogħol fi żmien ta' gvernijiet Nazzjonalista, imma għax wara sena qed nerġgħu naraw nies li ħajjithom marret għal agħar, u dan sabiex ħaddieħor u tal-qalba jgawdi u ħajtu tmur aħjar. Qegħdin naraw ir-reputazzjoni li Malta kisbet matul is-snin li għaddew taqbad it-triq tan- niżla. Qegħdin naraw il-qgħad jgħolli rasu, u l-inċertezza tiżdied. Kien għalhekk li l-Partit Nazzjonalista ħass li kellu jagħżel it-tema 'Malta Aħjar' għal din il-kampanja elettorali, għaliex huwa fid-dover tagħna li naħdmu sabiex Malta terġa' ssir Aħjar, Għal Kulħadd. Baqa' ftit anqas minn xahar sa l-elezzjoni tal-Parlament tal-Ewropa. Issib min jikkritika l-istrutturi Ewropej u l-effettività tal-Parlament, b'mod partikolari. Irrid ngħid li dan is-sentiment jeżisti f 'diversi pajjiżi, u minħabba f 'hekk rajna rata baxxa ta' votazzjoni matul is-snin. Rajna wkoll l-avvanz ta' numru ta' partiti u kandidati, anke f 'Malta li jew huma kontra l-Unjoni Ewropea, jew mhumiex konvinti minnha. Dan għandu jinkwetana u jagħtina raġuni oħra għaliex għandna naħdmu aktar biex neleġġu t-tielet siġġu f 'isem il-Partit Nazzjonalista. Dak il- partit li minn dejjem emmen fil-proġett Ewropa. Għalhekk irrid nagħmel tliet osservazzjonijiet li għandhom jiggwidawna kemm bħala individwi, bħala kandidati u anke bħala poplu. Daqskemm niftaħar li jien Malti, daqshekk ieħor jien kburi li nifforma parti minn din il-familja Ewropea. Sfortunatament, anke hawn kellna bidla fl-attitudni fl- aħħar xhur. Qed isir wisq diskors li jpinġi l-Unjoni Ewropea bħala xi ħakkiem li għandna bżonn niġġildulu. Aktar ma neħilsu minn din il-mentalità kolonjali malajr, aktar inkunu nistgħu ngawdu mill-fatt li aħna parti minn din l-Ewropa. U hawn nixtieq nagħmel mistoqsija. Timmaġinaw kieku ma dħalnix fl-Ewropa għaxar snin ilu? Aħsbu x'kien jiġri miż-żgħażagħ tagħna, minn negozji tagħna, b'mod partikolari n-negozji ż-żgħar tagħna, mill-ambjent tagħna, mill-ekonomija tagħna. L-Ewropa fetħitilna bibien wiesa' u toroq ġodda għal min irid jaħdem, għal min irid ikompli jistudja, għal min jixtieq jara lil Malta Aħjar. Mhux qiegħed ngħid illi l-Unjoni Ewropea hija perfetta. Anzi, jien inkun l-ewwel wieħed li nikkritika ċertu aspetti. Imma l-opportunità li toffrilna hija bil-ħafna akbar mill-problemi kollha f 'daqqa li tippreżenta. U rridu nkunu aħna, fil- Parlament, fil-Kummissjoni, fil-gruppi ta' pressjoni li naħdmu fihom li nagħmlu ħilitna biex ikollna Ewropa Aħjar. Bit-tgergir u bit- tmaqdir ma nsolvu xejn. La darba aħna nemmnu bis-sħiħ li s-suċċess tagħna jiddependi wkoll mis-suċċess tal-Ewropa, irridu nżommu l-Ewropa fuq nett tal-aġenda tagħna. Mhux biss meta tinqala' kriżi jew meta jkollna bżonn xi ħaġa, imma dejjem. U rridu nżommu lill-poplu Malti kollu infurmat dwar ix-xogħol li l-Parlamentari tagħna qed jagħmlu fil- Parlament Ewropew, u kif dan se jaffettwana. Irridu fuq kollox nagħmlu l-aħjar użu mill-fondi Ewropej li Gvern Nazzjonalista rnexxielu jġib lejn pajjiżna. U mhux issa li għaddew erbatax-il xahar għadna ma nafux kif se jintefqu. F'dawn l-aħħar għaxar snin, li kienu wkoll l-ewwel għaxar snin ta' sħubija, sar ħafna xogħol sabiex dawn it-tliet punti li għamilt jidħlu fil-mentalità Maltija. Bħala persuna li nipprova nkun dejjem pożittiv, ngħid li mxejna ħafna. Imma mhux biżżejjed. Inkun qed noħlom jekk ngħid li nistenna lill- Gvern tal-ġurnata jmexxi din il-viżjoni 'l quddiem. Dak li qed nara jiġri madwarna ma tantx jikkonvinċini li nista' nserraħ rasi. U allura, u għal darb'oħra, irridu nkunu aħna, il-Partit Nazzjonalista, li bħalma kellna viżjoni għal pajjiżna fil- passat, inħarsu lejn l-Ewropa bħala l-proġett li rridu nkunu parti minnu u li rridu nkunu suċċess fih. Jonathan Shaw huwa kandidat tal-Partit Nazzjonalista għall-elezzjoni tal-Parlament Ewropew JONATHAN SHAW NORMAN VELLA Malta Aħjar, Għal Kulħadd L-Aħbar it-Tajba

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 4 May 2014