Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/306558
illum | Il-Ħadd 04 ta' Mejju 2014 Riċiklar tad-drenaġġ fi żmien sentejn JAMES J. PISCOPO jpiscopo@mediatoday.com.mt FILBIDU tal-2016 Malta se jibda jkollha l-faċilità li tirriċikla l-ilma għall- ewwel darba. ILLUM hi infurmata li dan se jibda jsir permezz ta' tliet impjanti ta' raffinar tal- ilma li se jinbnew apposta. L-impjanti se jkunu qed joperaw f 'Ta' Barkat limiti tax-Xgħajra, f 'Ras il-Ħobż, limiti ta' Għajnsielem, Għawdex, u l-Mellieħa fl-inħawi magħrufa bħala taċ-Ċumnija. Kelliema għall-Ministeru tal-Enerġija qalet lil din il- gazzetta li l-proċess ta' bini mistenni jibda lejn l-aħħar ta' din is-sena u jkun lest fil- bidu tal-2016. "L-impjanti kollha se jibdew joperaw fl-ewwel parti tal-2016. Il-ħsieb huwa li dan l-ilma jintuża għal skopijiet agrikoli, mill- industrija, għal-landscaping u rikreazzjoni," qalet il- kelliema. Fil-preżent, Malta tittratta biss id-drenaġġ qabel dan jintefa' l-baħar biex l-impatt ambjentali jkun wieħed minimu. B'dawn l-impjanti, dan l-ilma jkun raffinat f 'livell ieħor u eventwalment dan l-ilma jkun jista' jerġa' jintuża. "Ta' Għawdex se jkun qed ikopri ż-żona ta' Għajnsielem, parti mix- Xewkija u l-belt Victoria, tal-Mellieħa l-pajp se jgħaddi mill-Qammieħ għal tat-Tomna, mill-Miżieb, il- Pwales, Mġarr u Binġemma, filwaqt li Ta' Barkat se jmur l-impjant ta' Sant'Antnin minn fejn jiġi mqassam bis- sistema eżistenti," ssuktat tgħid il-kelliema. Din il-gazzetta hi infurmata li filwaqt li l-ispiża tal-proġett tlaħħaq mad-€19-il miljun, il-Gvern Malti mistenni joħroġ biss €2.5 miljun, bil-bqija (€16.5 miljun) ikunu koperti minn fondi Ewropej. L-użu ta' dawn l-impjanti magħrufa bħala 'polishing plants' huma biss parti mill-pjan nazzjonali għall- immaniġġjar tal-ilma tal-gvern Malti. Fil-fatt minbarra t-titjib fir-riżorsi eżistenti, il-pjan se jkun qed jara wkoll żieda fl-effiċjenza tal-użu tal-ilma f 'kull settur kif ukoll l-iżvilupp ta' riżorsi ġodda tal-ilma. Hu fatt magħruf li l-immaniġġjar u l-użu sostenibbli ta' dan ir-riżors dejjem kien kompromess minħabba numru ta' problemi li jaffaċċja dan is-settur. Fost l-oħrajn, l-estrazzjoni tal-ilma tal-pjan ilu jaqbeż l-ammonti sostenibbli filwaqt li l-kwalità tal- ilma kienet qed tispiċċa tiġi mniġġsa minħabba n-nitrati u kimiċi oħra. Id-domanda qawwija għall- ilma minħabba nuqqas ta' effiċjenza kienet tkompli tkabbar il-problema tal-użu sostenibbli tal-ilma. F'dan il-kuntest il-bżonn tal-polishing plants ikompli jikber, għax dan l-ilma tat-tieni klassi jkun jista' jtaffi mill-problema tad- domanda, b'mod partikolari mis-settur agrikolu. Wieħed minnhom se jinbena ħdejn l-impjant Ta' Barkat, l-akbar impjant li fil-preżent jittratta l-ilma qabel jintrema l-baħar DOWNLOAD THE MALTATODAY APP NOW PRIME LTD Mgieret Road Marsa MRS 3303, Malta THOHSKRQH E-mail: info@primemalta.com Web: www.primemalta.com )DFHERRN35,0(5(&,3(68 PRIME MEAT SHOPS MARSA Mgieret Road, Marsa Tel: 2122 0231 GS S8PERSTORE Parish Street, Naxxar Tel: 2142 4684 SHOPWISE S8PERMARKET Triq L-Imdina, Qormi Tel: 2146 3093 TOWER S8PERMARKET COMPLEX High Street, Sliema Tel: 2131 9633 MELLIEHA MEAT SHOP Main Street, Mellieha Tel: 2152 2477 PISCOPOS CASH & CARRY Triq L-Erba' Mwiezeb, St. Paul's Bay Tel: 2158 1112 TROLEES S8PERMARKET Triq il-Merluzz, Qawra Tel: 2157 9178 CARTER'S S8PERMARKET Triq Hal-Luqa, Paola Tel: 2166 0601 LASCO S8PERMARKET Triq Anton Buttigieg, Zejtun Tel: 2180 7667 CHAIN S8PERMARKET Triq is-Sur, Fgura. Tel. 2256 2108 CHAIN FOOD STORE The Point Shopping Mall, Tigne. Tel 2256 2256 CHAIN S8PERMARKET Triq L-Inhasa, Zabbar. Tel. 2256 2308 TA' DIRJAN8 Mgarr Road, Ghajnsielem, Gozo. Tel 2156 5927 YOUR FIRST CLICK OF THE DAY www.maltatoday.com.mt