Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/310281
36 illum Il-Ħadd 11 ta' Mejju 2014 SPORTSillum FILFINALI tal-FXDD Knock-Out, Balzan ħarġu rebbieħa fuq Vittoriosa bl- iskor ta' 9-2. Balzan dehru li kienu se jkunu l-favoriti, iżda Vittoriosa riedu jagħmlu ħoss fil-preżenza storika tagħhom fil-finali. Balzan u Vittoriosa kienu diġà ltaqgħu fil-kampjonat premier bil-Balzaniżi li kienu ħarġu rebbieħa bl-iskor ta' 10-2. Vittoriosa kellhom neqsin lil Ryan Mifsud u Clive Calleja li kienu mweġġgħin. Il-plejer u kowċ ta' Balzan kellu l-iskwadra kollha disponibbli u eskluda lilu nnifsu billi żamm biss l-irwol ta' kowċ. Wara tliet minuti, Balzan marru fil-vantaġġ permezz ta' xutt mal-ewwel Boycho Marev wara freekick ta' Emil Raducu. Wara dan il-gowl, Vittoriosa qamu għall-okkażjoni u ġabu parità permezz ta' Sean Vella. Balzan irrispondew mill- ewwel b'xutt ferm b'saħħtu ta' Boycho Marev li ħabat mal- lasta. Balzan ma damux ma reġgħu marru fil-vantaġġ. Fis-sitt minuta minn corner ta' Raducu, il-ballun ġie għand Boycho Marev li b'xutt mill-aqwa reġa' ċaqlaq ix- xibka. Balzan baqgħu ġejjin u żammew lil gowlkiper ta' Vittoriosa Gabriel Mansueto l-ħin kollu impenjat u għamel salvataġġi superlattivi. Sitt minuti minn tmiem l-ewwel taqsima, Sean Vella għal darb'oħra ġab parità għal Vittoriosa. Balzan għalqu l-ewwel taqsima bi tliet gowls oħra mingħand Boycho Marev, Emil Raducu u Carlos Scicluna. Fit-tieni taqsima reġa' kien Sean Vella li ħoloq il-periklu iżda din id-darba il-goalkeeper ta' Balzan Nicholas Farrugia, wettaq salvataġġ mill-aqwa. Għal Balzan daħal is-sostitut Glenn Bonello li skurja ħabta u sabta tripletta bejn is-27 u t-30 minuta. Vittoriosa bidlu l-goalkeeper u daħal Christopher Azzopardi li laqa' l-ballun fil- baxx ta' Giancarlo Sammut. Żewġ minuti wara, Rennie Tanti laqat il-lasta. Sean Vella li kien l-aqwa plejer għal Vittoriosa kellu x-xutt b'saħħtu tiegħu mill- gowlkeeper sostitut Reuben Grech. Balzan għalqu l-kotba fl-aħħar minuta wara li Giancarlo Sammut irċieva ballun tajjeb mingħand Rennie Tanti u tefa' l-ballun fix-xibka. Fi tmiem il-logħba l-president tal-FMA Donald Spiteri flimkien mal-Maniġer Ġenerali ta' FXDD Fiona Soler ippreżentaw it-tazza lil captain Carlos Scicluna. Wara l-logħba ma naqsux iċ-ċelebrazzjonijiet tat-tim flimkien mal-partitarji numerużi ta' Balzan. Balzan jiksbu t-tieni l-aqwa unur fil-futsal lokali Balzan jiċċelebraw wara r-rebħ tan-Knock-Out tal-Futsal Valletta jkomplu jiddominaw sport ieħor F'DAN l-istaġun, il- Valletta Subbuteo Club reġa' ħa sehem f 'numru ta' kompetizzjonijiet, kemm ġewwa Malta, kif ukoll barra minn xtutna. Fil-kampjonat lokali li ġie organizzat mill-MTFSA fi Frar u li fih ħadu sehem il-klabbs ta' Bormla SC, Ħamrun TFC, Attard SC, V. Lions TFC u Valletta Subbuteo Club. Valletta SC ħarġu rebbieħa wara li għelbu kull ostaklu li ġie quddiemhom u rebħu l-logħbiet kollha biex b'hekk akkwistaw punti massimi u saru champions lokali għall-għaxar darba fl-istorja tagħhom. Ir-riżultati tal- Valletta SC taż-żewġ rawnds kienu dawn - kontra V.Lions TFC 4-0 u 3-1, Attard SC 4-0 u 3-0, Ħamrun TFC 4-0 u 3-1, Bormla SC 3-1 u 2-0. B'dan ir-rebħ tal-kampjonat Malti l-Valletta Subbuteo Club akkwistaw id-dritt li jirrappreżentaw lil Malta fil-kompetizzjoni taċ- Champions League li se ssir f 'Ottubru ġewwa l-Belġju. Il-captain tat-tim Derek Conti kien ferm kuntent b'dan l-unur u ħeġġeġ lill- plejers kollha biex jitħarrġu aktar, ħalli t-tim jibqa' miexi 'l quddiem, kemm fil-kompetizzjonijiet lokali u anki dawk internazzjonali. F'pajjiżna wkoll, il-Valletta SC rebħu ż-żewġ FISTF International Open li saru dan l-istaġun, kif ukoll rebħu għat-tielet sena infila l-FISTF Grand Prix li sar f 'April ġewwa Ħaż- Żebbuġ. Fil-finali ta' din il-kompetizzjoni l-Valletta SC għelbu lil Bormla SC 4-0. Dan l-unur kien l-għaxar unur fuq kompetizzjoni internazzjonali organizzata mill-FISTF, li rebħu l-Valletta Subbuteo Club f 'dawn l-aħħar 3 staġuni. Il-President tal-klabb Felix Rizzo kien ferm kuntent b'dan l-unur u qal li l-għaqda kbira li hemm fit-tim, tagħmilha aktar faċli biex jibqgħu ġejjin dawn is- suċċessi. Barra minn xtutna l-Valletta SC ikkompetew fiċ-Champions League ġewwa Napli u waslu sal- kwarti tal-finali. Din kienet l-aqwa pożizzjoni li qatt wasal klabb Malti f 'din il- kompetizzjoni. Fil-Grand Prix tal-Iskozja waslu sal-finali u ġew megħluba minn Bristol tal-Ingilterra. F'Wales reġgħu kienu Bristol li eliminawhom fis-semi- finali u fil-Grand Prix ta' Franza, reġgħu waslu sas- semi finali u ġew megħluba minn Rochefort tal-Belġju. Filwaqt li fil-Major tal- Belġju, reġgħu kienu Bristol tal-Ingilterra li għelbuhom fil-fażi tal-aħħar 16. Fil-ġranet li ġejjin, il- membri tal-Valletta Subbuteo Club se jibqgħu għaddejjin bit-taħriġ, peress li fl-aħħar ta' Mejju se jipparteċipaw fil-Major ta' Bologna u f 'Ġunju fil-Grand Prix tal-Ingilterra. Il-plejers kollha li lagħbu mal-Valletta Subbuteo Club f 'dan l-istaġun kienu - Derek Conti (Captain), Samuel Bartolo, Mark Gauci, Joseph Borg Bonaci, Jean Tabone, Andrew Abela, Vince Mifsud, Mario Camilleri, John Borg u Jason Pisani. Magħhom kien hemm ukoll it-tliet Ingliżi li huma – Chris Thomas, Matt Lampitt u Chris Short. Dawk kollha li jixtiequ jibdew dan l-isport, jistgħu jiktbu fuq vallettasc@ gmail.com u jingħataw aktar informazzjoni. Il-plejers li jiurmaw it-tim ta' Valletta Subbuteo Club