Illum previous editions

illum 18 may 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/313773

Contents of this Issue

Navigation

Page 19 of 43

20 illum | Il-Ħadd 18 ta' Mejju 2014 MIBNIJA kif inhi fuq kompromessi bejn il-partiti, il-politika Ewropea sal-lum ma tantx ipprovdiet għażliet ideoloġiċi – jew jekk trid partiġġjani – wiesa'. B'mod jew ieħor, id-deċiżjonijiet kienu jittieħdu b'xi forma ta' kompromess bejn il-gvernijiet, fi ħdan il- Kummissjoni Ewropea u bejn il-partiti fil-Parlament Ewropew. Wara l-elezzjoni tal-24 ta' Mejju għall-Parlament Ewropew l-affarijiet għandhom mnejn jinbidlu sew. Jew aħjar: mhux wara l-elezzjoni li ġejja: imma wara l-ġrajjiet li seħħew fl-Ewropa tul l-aħħar ħames snin. X'aktarx li r-riżultati tal-elezzjonijiet ta' dax-xahar se jagħtu sinjal li l-popli Ewropej xejn m'huma kuntenti bil-mod kif qed jitmexxew l-affarijiet fl-Ewropa. Bi protesta, bdew jisimgħu s-sejħa ta' partiti "estremisti" mil-lemin u mix-xellug. Lil dawn il- partiti ġodda u qodma, pjuttost żgħar sa issa, politiċi u ġurnalisti draw ilaqqmuhom minn Brussel bħala populisti. Imma ftit se tkun tista' tinjorahom għal li ġej, jekk jirriżulta li jiksbu rappreżentanza rispettabbli fil-Parlament Ewropew. Il-punt hu li l-kwistjonijiet li dawn il-partiti qed iqanqlu, id-dubji li qed jesprimu, u l-inkwiet li qed jirkbu fuqu huma reali u mifruxa ma' ħafna saffi tal- ġnus Ewropej. Minn xiex tqanqal dan il-brim politiku u soċjali? Ir-risposta hi ċara għalkemm mhux dejjem tintqal fil-beraħ: l-Unjoni Ewropea fl- aħħar għaxar snin jekk mhux aktar, bdiet taqta' nifisha ekonomikament. Ma baqgħetx f 'qagħda li tiggarantixxi kwalità ta' ħajja li tibqa' titjieb minn sena għal sena. Fl-istess ħin, l-Unjoni baqgħet iżżid fil-membri tagħha u baqgħet għaddejja b'miżuri maħsuba biex jagħtuha saħħa aqwa fuq deċiżjonijiet li qabel kienu jittieħdu fuq bażi nazzjonali. L-istaġnar beda jinħass sa minn qabel il-kriżi li faqqgħet fl-2008. Minn dak iż-żmien 'l hawn il- qtugħ ta' nifs tal-Unjoni Ewropea nbidel f 'riċessjoni ekonomika qawwija, speċjalment fiż-żona ewro. Kien biss dan l-aħħar li r-riċessjoni ħfiefet. Miljuni fuq miljuni ta' ħaddiema tilfu l-impjieg tagħhom, miljuni ta' żgħażagħ lanqas setgħu jsibu l-ewwel impjieg, waqt li f 'diversi pajjiżi kien hemm tqaċċit importanti ta' servizzi u benefiċċji soċjali. Biex nilqgħu għar- riċessjoni fl-Unjoni Ewropea donnu li l-għodod li setgħu jintużaw saru biss tnaqqis fil-kundizzjonijiet soċjali u ekonomiċi ta' saffi kbar tal-popli, skont politika mlaqqma "ta' awsterità". Fl-istess ħin, ċerti saffi tas-soċjetà – fuq quddiem nett il-bankiera u aġenti finanzjarji oħra – donnhom setgħu jibqgħu għaddejja b'ħajja tajba. Biex tgħaxxaqha, ħafna jagħtu ħtija lil dawn tal-aħħar għall-kriżi li faqqgħet. Il-wasla ta' dejjem aktar immigranti "irregolari" kompliet tikkomplika l-istorja, hekk kif baqgħu jaslu nies bi stil ta' ħajja differenti minn dak li fl- imgħoddi kien predominanti fl-Ewropa – nies li ħafna ħaddiema bdew iqisu li se jikkompetu magħhom għall- impjiegi. Kemm hu minnu li l-għodod li għandha l-Unjoni Ewropea biex tikkumbatti l-qgħad u l-kriżijiet ekonomiċi huma limitati għal miżuri li jżidu l-piżijiet soċjali? Wara kollox, l-Ewropa hi magħrufa għall-mudell soċjali tagħha li bih tiggarantixxi – jew kienet – livelli xierqa ta' sigurtà u ħarsien soċjali għal kulħadd. X'inhuma t-toroq li jistgħu jittieħdu biex il-klima ekonomika u soċjali terġa' ddur għall-bnazzi? Quddiem l-inkwiet li nxtered fost il-popli, iż-żewġ partiti l-kbar Ewropej li t-tnejn jimmiraw lejn iċ- ċentru politiku – il-popolari mil-lemin u s-soċjalisti mix-xellug – fittxew li jagħtu tweġibiet tagħhom: tweġibiet li jżommuhom qrib it-twemmin politiku li jħaddnu imma b'mod li jagħti widen tal-esiġenzi ta' dawk li mhumiex sodisfatti bl-andament tal-Ewropa. Il-proposti qed jagħmluhom permezz tal-kandidati tagħhom għall-Presidenza tal-Kummissjoni Ewropea. Din hi ħaġa ġdida fl- elezzjonijiet għall-Parlament Ewropew: il-President tal-Kummissjoni jintgħazel mill-pajjiżi membri tal- Unjoni; biss għall-ewwel darba dis-sena l-gvernijiet tagħhom huma marbuta li jieħdu f 'kunsiderazzjoni r-riżultati tal-elezzjoni tal-24 ta' Mejju; anzi, li preferibbilment jaħtru lill- kandidat ta' dak il-partit li jispiċċa b'maġġoranza fil- Parlament Ewropew. L-eks Prim Ministru tal- Lussemburgu Jean-Claude Juncker hu l-kandidat tal-popolari (il-lemin); il-President tal-Parlament Ewropew Martin Schulz tas-soċjalisti. It-tnejn daru mal-pajjizi kollha tal-Unjoni, inkluża Malta, biex jippreżentaw l-ideat tagħhom. La wieħed u lanqas l-ieħor mhuma jagħmlu proposti dwar xi bidla mill-qiegħ ta' kif titmexxa l-Unjoni Ewropea. Imma qed jagħtu turijiet ftit jew wisq differenti dwar fejn iridu jpoġġu l-prioritajiet. Juncker jagħfas aktar fuq il-ħtieġa li l-Unjoni Ewropea ttejjeb l-andament ekonomiku u finanzjarju tagħha. Schulz jenfasizza aktar il-ħtieġa li l-qagħda soċjali tiġi indirizzata, akkost xi kultant li jagħtik x'tifhem kif ċerti regoli Ewropej stabbiliti jistgħu jinbidlu jew jitwarrbu. F'din l-għażla, jekk tagħti aktar importanza lill- problemi soċjali fosthom tal-qgħad, Juncker jibda bl-iżvantaġġ li kien imexxi l-Ewrogrupp, kumitat ta' ministri tal-finanzi li fl- aħħar snin baqa' jinsisti fuq politika sħiħa ta' awsterità – l-ewwel u fuq kollox, għalihom kien jiġi l-bżonn li l-baġits tal-pajjiżi membri jinġabu f 'bilanċ. Għal dawk li jirrekjedu linja ta' tmexxija prudenti fil-qasam tal-finanzi, Schulz jibda bl-iżvantaġġ li mill- Parlament kien insista għal baġits dejjem akbar għall- Unjoni Ewropea, akkost li din tispiċċa b'defiċit. Ma nafx kemm il-votanti Ewropej se jkunu konxji ta' dawn id-differenzi, li huma aktar magħrufa mill- esperti milli minn ċittadini "komuni". Jien wieħed minn dawk li jistqarru li Schulz u l-"programm" tiegħu huma l-aħjar għażla. Anzi jien wieħed minn dawk ukoll li nemmen li ma jkunx ħażin jekk il-proposti tas-soċjalisti eventwalment isiru aktar radikali ħalli nindirizzaw aħjar l-isfidi tal-qgħad u tat- taħsir soċjali. Ma neskludix li hekk se jiġri fil-ġimgħat u x-xhur ta' wara l-elezzjoni tal-24 ta' Mejju. Alfred Sant hu kandidat għall-elezzjoni tal-Parlament Ewropew f 'isem il-Partit Laburista YOUR FIRST CLICK OF THE DAY www.maltatoday.com.mt - Procurement of Two Storage Arrays Including Seven Years Maintenance and Support Services – T019/14 Data ta' ħruġ: 13 ta' Mejju 2014 / Data ta' għeluq: 23 ta' Ġunju 2014 Operaturi Ekonomiċi li huma interessati sabiex jipparteċipaw f 'dawn is-sejħiet għall-offerti huma mħeġġa jieħdu nota għall-workshops organizzati mid-Dipartiment tal-Kuntratti fis-Centre for Development Research and Training (CDRT ), It-Telgħa ta' Sa Maison, Il-Furjana. F'dawn il-workshops, Operaturi Ekonomiċi jkollhom l-opportunità li jsiru jafu aħjar kif għandhom jikkompilaw u jissottomettu l-offerti tagħhom online. Iktar informazzjoni tinsab fid-dokument tal-offerta. 2123 4710 www.mita.gov.mt Sejħa għall- OFFERTI ILMITA TIXTIEQ TAVŻA LI QEGĦDIN JINTLAQGĦU OFFERTI GĦAL: Għal aktar informazzjoni, kkuntattja lill-Contracts Management Department Dawn is-sejħiet għall-oerti jistgħu jinkisbu mis-Sistema Elettronika għas-Sejħiet Pubbliċi (www.etenders.gov.mt) ALFRED SANT Bejn Schulz u Juncker "L-Unjoni Ewropea fl-aħħar għaxar snin jekk mhux aktar, bdiet taqta' nifisha ekonomikament" "La wieħed u lanqas l-ieħor mhuma jagħmlu proposti dwar xi bidla mill-qiegħ ta' kif titmexxa l-Unjoni Ewropea"

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 18 may 2014