Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/318024
Il-Ħadd 25 ta' Mejju 2014 | illum 17 ma' Bjorn Demicoli Bjorn Demicoli - għandu 22 sena u għadu kif rebaħ Mr World Malta 2014. Studja t-Teknoloġija tal-Informatika iżda beħsiebu jkompli jistudja mis-sena d-dieħla. Din id-darba se jibdel totalment ir-rotta u se jsegwi kors ta' nutrizzjonista u tness instructor. Iqis lilu nnifsu bħala bniedem dixxiplinat ħafna u ma jiddejjaqx jesprimi l-emozzjonijiet tiegħu pubblikament. FREDERICK ATTARD fattard@mediatoday.com.mt Data tat-twelid? Twelidt fit-28 ta' Settembru 1991. X'memorji għandek ta' żmien l-iskola? Għandi memorji sbieħ ħafna ta' żmien tfuliti, żmien fejn il-ħajja kienet ferm aktar sempliċi. Kont nattendi l-Liċeo tal-Ħamrun u kull sena kont nieħu sehem fil- maratona tar-roti fejn konna niġbru fondi b'risq nies inqas ixxurtjati minnha. Kien żmien sabiħ ħafna li mhux faċli tinsieh. Kemm il-lingwa taf titkellem? Naf nitkellem sew bil-Malti, il-lingwa sabiħa tagħna imma naf nitkellem ukoll bl-Ingliż u t-Taljan. Il-lingwi jgħoġbuni ferm u għalhekk kont għamilt ukoll perjodu ta' żmien nistudja l-lingwa Ġermaniza. Il-ħasra hi li peress li għamilt żmien wieqaf milli nitkellmu nsejt kważi kollox. X'taf tagħmel b'għajnejk magħluqa? L-isbaħ ħaġa li naf nagħmel b'għajnejja magħluqa ġeneralment nagħmilha lejn l-aħħar tal-ġurnata. Meta nkun għajjien, is-sodda nsibha b'għajnejja magħluqa u malli mmiss mal-imħadda ibqa' ċert li norqod raqda fonda tant li qas jekk tisplodi bomba ma nqum. Jekk tara muntanja quddiemek x'tagħmel? Kieku nara muntanja quddiemi moħħi jibda jhewden biex nara kif se nagħmel minn kollox biex nitlagħha. Kull ostaklu li nsib quddiemi jien nidħollu u moħħi dejjem jaħdem dwar kif se negħleb kwalunkwe problema li nsib quddiem wiċċi. Minn xiex tibża'? Bħala annimali nibża' u nitwerwer mill-ġurati. Kif nara wieħed intir niġri iktar mill-ġurat innifsu. Però l-ikbar biża' ta' ħajti hi l-istess bħal ħafna nies oħra, dik li nitlef l-għeżież tiegħi u li tant inħobb f 'ħajti. Xi tfisser il-familja għalik? Il-familja għalija tfisser kollox. Familja magħquda fejn persuna tieħu l-imħabba li jistħoqqila mingħand l-omm u l-missier. Familja fejn ikun hemm relazzjoni soda bejniethom hi importanti ħafna. Nemmen ukoll li kull persuna għandha jkollha familja fejn tista' tiftaħ qalbha fuq dak kollu li jkun ta' interess. Ħadd ma jista' jgħinek aħjar mill- familjari tiegħek stess. Il-post favorit tad- divertiment tiegħek? M'hemmx xi post partikolari għax jien nemmen li kwalunkwe post jista' jinbidel f 'post ta' divertiment jekk inkun ma' sħabi u ma' dawk kollha li jirrispettawni. Torqod kmieni jew tibqa' mqajjem tard? Jien nibqa' mqajjem tard ħafna u l-agħar ħames minuti tiegħi waqt raqda tajba jkunu bejn is-6am u s-6.05am meta jdoqq l-iżveljarin! Kemm tqatta' ħin fuq Facebook? Ikolli nammetti li matul il- ġurnata l-mobile ma jinqalax minn idejja kemm biex niċċekkja x-xogħol u kemm biex niċċekja Facebook. X'tagħmel fil-ħajja? Preżentament jien naħdem għal rasi fil-qasam tat- turiżmu. Kemm ilek tagħmel dan ix-xogħol u x'sodisfazzjon jagħtik? Ili għaddej mhux ħażin f 'dan il-qasam u s-sodisfazzjon li nieħu minn dan ix-xogħol hu li niltaqa' ma' persuni differenti minn kull kantuniera tad-dinja. Il-ħaġa li nurihom is-sbuħija ta' Malta hu ta' unur kbir għalija. Kemm hi importanti għalik id-dehra fiżika tiegħek? Minn xħin nistenbaħ sa xħin nitfa rasi fuq l-imħadda, moħħi dejjem jaħseb x'workout se nagħmel fil-ġurnata u nippjana kif se nqassam id-dieta tal-ġurnata. Tmur il-gym kuljum? Kważi! Immur żgur mit- Tnejn sal-Ġimgħa u ġieli mmur anke s-Sibt. Għadek kemm irbaħt it- titlu ta' Mr World Malta, x'ifisser għalik dan? Iva, huwa unur kbir għalija li se nirrapreżenta lill-pajjiżi fl-Ingilterra fil-konkors Mr World. Huwa wkoll privileġġ li se jkolli l-opportunità li nirreklama s-sbuħija ta' Malta tagħna mal- kontestanti l-oħra kollha kif ukoll inxejjer il-bandiera ta' pajjiżna. X'inhu l-pass li jmiss f 'din is-sena tiegħek bħala Mr World Malta? Il-15 ta' Ġunju se tkun il-ġurnata finali fejn ser jintgħażel Mr World 2014. Jien se nkun qalb is-70 kontestanti l-oħra minn diversi pajjiżi madwar id- dinja kollha. X'messaġġ se twassal dwar pajjiżna meta tkun qiegħed tirrappreżenta lil Malta fl- Ingilterra? Se nwassal il-messaġġ li jekk iżuru Malta se jaraw il-kultura u s-sbuħija ta' dan il-pajjiż ċkejken imma b'qalb kbira. Gżira mimlija storja u tempji preistoriċi mdawra bil-baħar blu tal-Mediterran. Poplu ospitabbli ħafna. Mr World Malta single jew għarus? Bħalissa għandi namrata! Ħames Minuti