Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/318024
Il-Ħadd 25 ta' Mejju 2014 | illum 23 Kummercjali LUFTHANSA fakkret it-30 anniversarju mill- ewwel titjiriet tagħha lejn Malta, b'ċeremonja speċjali din il-ġimgħa fl-ajruport Internazzjonali ta' Malta. Kien propju fl-31 ta' Marzu tal-1984 li l-ewwel titjira tal-Lufthansa minn Frankfurt waslet Malta. Dakinhar l-ajruplan kien Boeing 737-200. L-okkażjoni ta' din il-ġimgħa kienet ospitata mill-General Manager għall-Afrika ta' Fuq, is-Senegal u Malta, Mr Frank van den Steen, li laqa' lill- mistednin distinti, fosthom il-Ministru tat- Turiżmu Dr Edward Zammit Lewis, il-Kap Eżekuttiv tal-Awtorità Maltija għat-Turiżmu, is- Sur Josef Formosa Gauci, u l-Kap Eżekuttiv tal-Ajruport Internazzjonali ta' Malta, Mr Markus Klaushofer, kif ukoll diversi mistednin oħra, kemm lokali kif ukoll barranin. F'dan l-avveniment ingħatat merħba lill-"ambaxxatur" tal-Lufthansa, l-Airbus A321 b'kuluri retro, li niżel fl- ajruport Internazzjonali ta' Malta bil-kuluri tal-imgħoddi. Mal-wasla tal-ajruplan wieħed seta' jinnota l-flight attendants tal-Lufthansa bl- uniformijiet tal-kumpanija mill-ħamsinijiet, is-sittinijiet, is-sebgħinijiet u wkoll tal- ġenerazzjoni preżenti. Dawn id-disinni rrappreżentaw vjaġġ tul is-snin u l-bidu tat-titjiriet kummerċjali. Ta' min jgħid li dan l-ajruplan bil-kuluri retro u l-ekwipaġġi tiegħu għamlu dehriet simili waqt anniversarji f 'ajruporti oħra, fosthom f 'Copenhagen, Stokkolma, Helsinki, Venezja, Lisbona u Valenzja. "Din l-istorja ta' suċċess bejn Lufthansa u Malta ilha għaddejja għal tletin sena. Dan jidher biċ-ċar b'mod speċjali fis-sena li għaddiet, b'iktar minn 180,000 passiġġier li vvjaġġaw abbord l-ajruplani tagħna minn u lejn il-gżejjer tal-Kavallieri. Din hi żieda ta' iktar minn 30%, u hi l-aqwa fis-swieq tan-network tal-Lufthansa." Hekk stqarr Frank van den Steen meta kellem lill-istampa fl-ajruport. "Għall-2014 qed nikkalkolaw iktar minn 1,300 titjira, speċjalment biż-żewġ titjiriet kuljum għal Frankfurt u bit-titjiriet għal Munich. Qed inħarsu lejn żieda ta' iktar minn 10%." "Mindu bdejna t-titjiriet tagħna fit-tmenijiet għamilna żviluppi kbar u tejjibna s-servizzi tagħna. Ta' min isemmi t-twaqqif ta' Lufthansa Teknik Malta bħala kumpanija indipendenti fl-2002," qal Mr van den Steen. "Morna tajjeb ukoll bl-investimenti tagħna permezz ta' titjiriet addizzjonali. Minbarra li noffru l-iktar network qawwi fl-Ewropa u fl-Amerika ta' Fuq għall-Maltin li jużaw is-servizzi tagħna, it-traffiku lejn Malta hu mfittex ħafna, għax il-Ġermaniżi japprezzaw l-ambjent perfett, il-paċi u s-serenità li jsibu f 'Malta, u naturalment l-ospitalità ġenwina tal-poplu Malti. Dawn kollha fatturi li jagħmlu din id-destinazzjoni waħda popolari, u dan mhux biss fix- xhur tas-sajf." Temm jgħid Mr van den Steen. Offerta speċjali mill-Atlas u emCare ATLAS Insurance, flimkien ma' emCare qed joffru s-servizz tal-eCare, sistema tat-telecare innovattiva. Din qed tiġi offruta lill-klijenti tal-assigurazzjoni tad-dar. Is-sistema taħdem ma' kwalunkwe linja tat-telefon. eCare tinkludi diversi funzjonijiet, bħall-'panic button' f 'każ ta' emerġenza, l-'I'm OK button', u r-'reminder button', li ġeneralment tintuża minħabba xi mediċini li jridu jittieħdu kuljum. "Permezz ta' din il- kollaborazzjoni mal-emCare, Atlas qed toffri servizz ġdid lill-klijenti tal-assigurazzjoni tad-dar," qalet Marisa Polidano, Maniġer tal- Assigurazzjoni Personali. "Wara l-introduzzjoni ta' Atlas HomeHelp, servizz ta' emerġenza fid-dar, l-iskop ta' dan is-servizz ġdid hu li noffru iktar serħan il-moħħ lill-klijenti u lill-familji tagħhom, kif ukoll kwalità ta' ħajja aħjar. Żied jgħid Roland Cachia, Maniġer ta' emCare Group Malta: "Ninsabu sodisfatti ħafna li qed nagħtu din l-offerta flimkien ma' Atlas Insurance. Jiena ċert li l-klijenti ta' Atlas se japprezzaw l-benefiċċji tas- servizz eCare mal-ewwel. Dan is-servizz se jipprovdilhom iktar sigurtà u serħan il-moħħ ġewwa darhom." "Barra s-servizz bażiku, l-klijienti jistgħu jżidu diversi strumenti mas-sistema bħal detectors tan-nar u tal-gass, u anki fil-każ li persuna taqa', allarm fil-każ li jidħol ħalliel fid- dar, u numru ta' strumenti oħra, skont il-bżonnijiet tal-klijent." Il-klijenti tal-Atlas jistgħu wkoll jakkwistaw din is-sistema għall-ġenituri jew in-nanniet tagħhom. Il-klijenti tal- assigurazzjoni tad-dar jistgħu jiġbru s-sistema mill-Uffiċċju Prinċipali ta' Atlas f 'Ta' Xbiex, kif ukoll mid-diversi fergħat tal-kumpanija. Għal iktar informazzjoni, ċempel lil Atlas fuq 80073434. - Provision of Network Infrastructure and Support Services T025/14 Data ta' ħruġ: 19 ta' Mejju 2014 / Data ta' għeluq: 16 ta' Ġunju 2014 Operaturi Ekonomiċi li huma interessati sabiex jipparteċipaw f 'dawn is-sejħiet għall-offerti huma mħeġġa jieħdu nota għall-workshops organizzati mid-Dipartiment tal-Kuntratti fis-Centre for Development Research and Training (CDRT ), It-Telgħa ta' Sa Maison, Il-Furjana. F'dawn il-workshops, Operaturi Ekonomiċi jkollhom l-opportunità li jsiru jafu aħjar kif għandhom jikkompilaw u jissottomettu l-offerti tagħhom online. Iktar informazzjoni tinsab fid-dokument tal-offerta. 2123 4710 www.mita.gov.mt Sejħa għall- OFFERTI ILMITA TIXTIEQ TAVŻA LI QEGĦDIN JINTLAQGĦU OFFERTI GĦAL: Għal aktar informazzjoni, kkuntattja lill-Contracts Management Department Dawn is-sejħiet għall-oerti jistgħu jinkisbu mis-Sistema Elettronika għas-Sejħiet Pubbliċi (www.etenders.gov.mt) L-eCare toffri sistema ta' allarm f 'każ ta' nar, serq, jew inċidenti oħra Lufthansa: 30 sena ta' suċċessi f 'Malta L-uniformijiet tal-kumpanija mill-ħamsinijiet, is-sittinijiet, is-sebgħinijiet u tal-ġenerazzjoni preżenti