Illum previous editions

illum 25 May 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/318024

Contents of this Issue

Navigation

Page 12 of 35

Il-Ħadd 25 ta' Mejju 2014 | illum 13 Għawdex: Int djamant Jitwaqqaf Kumitat tal-Milied f 'Għawdex Jitwaqqaf il-Kunsill Reġjonali taż-Żgħażagħ FI tmiem il-ġimgħa li għaddiet twaqqaf Kumitat tal-Milied f 'Għawdex immexxi mill-Avukat Joe Mifsud u taħt l-awspiċi tal- Ministeru għal Għawdex. Dan il-kumitat inħatar biex Għawdex għal festi tal-Milied li ġej jinbidel f 'destinazzjoni Natalizja. Dan billi l-kumitat jaħdem ma' kull kunsill lokali u kull parroċċa biex Għawdex kollu jsir speċi ta' villaġġ sħiħ tal-Milied. U dan jista' jwassal biex aktar turisti Maltin jaraw Għawdex bħala d-destinazzjoni tagħhom għax-xahar ta' Diċembru. Bla dubju li 'Betlehem f 'Għajnsielem' tibqa' l-attrazzjoni prinċipali, iżda dan il-kumitat se jaħdem biex ikun hemm aktar attrazzjonijiet sew dawk tradizzjonali u oħrajn ġodda madwar Għawdex. Dan il-kumitat hu ffurmat mid-dipartiment tal-Kultura f 'Għawdex, mill-GTA, minn membru tal-komunità tan- negozju, mill-Eko-Għawdex u minn membri oħra li għandhom ideat x'joffru għal din l-inizjattiva ġdida f 'Għawdex. l-Għawdxin minħabba l-insularità doppja "Għawdex għandu bżonnijiet speċjali u allura għandna bżonn trattament speċjali. Irridu nkunu aħna li nkunu pro-attivi u ninsġu politika li verament tkun tinkwadra l-bżonnijiet tagħna." 25 għaqda rreġistraw l-interess tagħhom biex jingħaqdu fil-Kunsill Reġjonali taż-Żgħażagħ Għawdxin. Anton Refalo ħeġġeġ biex jibqgħu jiġu inkoraġġati għaqdiet oħra biex jissieħbu f 'dan il- Kunsill matul il-kors tal- ħidma tiegħu. Saret ħafna ħidma u konsultazzjoni mar-rappreżentanti taż- żgħażagħ biex jiġi fformulat statut għal dan il-kunsill. L-adozzjoni ta' dan l-istatut saret proprju llum u hekk ser ikun qed jiġi mwaqqaf dan il-Kunsill. Il-Ministru għal Għawdex jemmen bis-sħiħ li ż-żgħażagħ għandhom ikunu fuq il-mejda tal- konsultazzjoni u jħares 'il quddiem biex il-Ministru jiddiskuti magħhom każijiet pertinenti kontemporanji li huma ta' interess għall- iżvilupp soċjo-ekonomiku ta' Għawdex. "Illum qegħdin nattwaw wegħda oħra biex nagħtu vuċi lil dawn iż-żgħażagħ" – Anton Refalo Minn kull fejn tgħaddi tara persuni jnaddfu u jirranġaw li hemm bżonn Jekk tara xi ħaġa interessanti ibgħatuhieli. Jekk tara lil xi ħadd interessanti ibgħatli ritratt bil-mowbajl. Ibgħat lil poodle@mediatoday.com.mt Il-poodle isejjaħ … O x'waħda ġratli! O, x'waħda ġratli! Il-ġimgħa l-oħra għidtilkom bi storja dwar il-mara ta' Konrad Mizzi. Ommi ma, kont żbaljat. Jiena ma kontx naf dik mhux vera l-karozza tal-mara ta' Mizzi. Sirt naf bl-iżball għax kif kont hemm biex nerġa' npixxi fuq ir-rota tal-karozza, sibt kelb tal-wolf li rranġani għall-frisk. Qalli li jekk ma niblax ilsieni jaqtagħli 'dawk' barra! Tal-Broadcasting pastizzi Mela biex tiskonġra trid tkun pur. Imma l-Ġimgħa, dik il-ġurnata li suppost kulħadd ikun kwiet u ma jgħid xejn, tal-Broadcasting, bi żball, ħarġu videos fuq Youtube bir- riklamar tal-partiti ż-żgħar. X'waqgħa għan- nejk. Li naf biss li tal-Broadcasting ilhom jagħmlu żbalji. L-aħħar waħda kienet ta' meta ħallew ir-riklam tal-Imperium Ewropa. Riklam tal-mistħija. Skola li sservi ta' paraventu Mela Alla jbierek kont qed nara kemm joħorġu visas għal-Libjani li suppost jiġu biex jistudjaw l-Ingliż. Kont ser ngħidlek x'jistudjaw! Mhu veru xejn, jistudjaw biex iġibu l-familji tagħhom u mbagħad lanqas jersqu lejn l-iskola. U din mhux bħall-istorja ta' Konrad Mizzi, din ċert minnha. It-Tranter qisu mhux hu Eħħ, it-Tranter dak li kien ċermen tal- Enemalta qisu mhux hu. Wara li ħarġet storja ta' kemm kien jonfoq flus meta kien ċermen tal-EneMalta, ara taħseb li beda jinkwieta. Xejn affattu. Infatti dawn in-nies jaħsbu li kellhom id-dritt divin li jinjoraw kull kunflitt ta' interess. Li naf hu li apparti l-kunflitt ta' interess kien hemm l-ardir tiegħu li jonfoq bl-addoċċ. Biex tirremetti Mela qabel meta kien ikolli l-istonku ħażin kont nintefa' niekol ftit ħaxix u mbagħad nirremetti, imma issa sibt soluzzjoni faċli. Nara lil Kevin Schembri Orland jitkellem bl-Ingliż fuq l-Independent Online u qed ngħidlek jitlagħli l-istonku kollu. Jien ma nafx imma jew ħadd ma nduna, jew inkella vera morna l-baħar biex xi ħadd jistaqsi bl-Ingliż u jagħmilha tal-Malti. Shaw, what a show Jien meta kont smajt li Jonathan Shaw kien ħiereġ bħal kandidat, qabadni daħk kbir u kelli bżonn nipporga. Meta smajt li ħiereġ mal-PN qabduni dwejjaq kbar u bdejt nibki. Imma meta rajt x'kiteb fuq il-white board, ħassejt li kelli bilfors inħoss moħħi. Ommima, kemm hawn nies li jafux il-limitazzjonijiet tagħhom.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 25 May 2014