Illum previous editions

illum 25 May 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/318024

Contents of this Issue

Navigation

Page 13 of 35

14 illum | Il-Ħadd 25 ta' Mejju 2014 Mons Mikiel Azzopardi waqqaf id-Dar tal-Providenza disa' u erbgħin sena ilu biex tilqa' fiha persuni b'diżabbiltà. Kif żviluppat din id-dar matul dawn is-snin? Kif jaf kulħadd, 50 sena ilu persuni b'diżabbiltà ma kinux fil-qalba tas-soċjetà. Anzi dawn kienu jinżammu moħbija u mhux stmati ndaqs bħal ħaddieħor. Dun Mikiel kien konxju ta' din is-sitwazzjoni inġusta u xtaq li jibni din id-dar biex persuni b'diżabbiltà jkollhom rispett u opportunitajiet kif inhu xieraq. Kien bniedem dinamiku u attiv u ħadem ma' kull kategorija ta' nies. Kellu attività pastorali miftuħa għal kulħadd u għalhekk inkluda anke persuni b'diżabbiltà. Il-ħolqien ta' din id-dar offra residenza għal dawn il-persuni li sa dak iż-żmien, jekk għal xi raġuni l-ġenituri ma kinux iżommuhom magħhom, kien jispiċċaw ġo xi sptar tal-anzjani jew sptar mentali. Dun Mikiel, apparti li welled din id-dar, welled ukoll kultura t'għarfien u rispett lejn dawn il-persuni. Kien ipprepara ruħu sew tant li anke mar iżur postijiet oħra barra minn Malta sabiex ikollu idea ċara ta' kif se jwaqqaf u jmexxi din id-dar fuq standards li kienu qed jużaw pajjiżi oħra. Qegħdin tippjanaw xi attivitajiet speċjali biex tfakkru l-ħamsin sena? Iva ser nagħmlu quddiesa fit-12 ta' Settembru tas-sena d-dieħla fil-Kon Katidral ta' San Ġwann li se titmexxa mill-Isqfijiet Maltin. Din id-data timmarka l-jum li fih, għalkemm Dun Mikiel kellu diġà l-pjanti f 'idejh, ma kellux flus. Kien it-12 ta' Settembru meta mar fuq ir-rediffusion u ħabbar il-proġett li kellu f 'moħħu u minn hemm irċieva l-ewwel donazzjoni ta' mitt lira Maltija, madwar €230. Mill-għada, Dun Mikiel sejjaħ il-periti u bdiet il-ħidma bla heda biex il-proġett, minn fuq karta sar realtà. Ippreparajna anke logo ġdid L-imħabba tfisser li persuna ntuha d-drittijiet u l-potenzjal li tiżviluppa Frederick Attard fattard@mediatoday.com.mt Dun Martin Micallef Dun Martin Micallef twieled fl-10 ta' Novembru 1967. Beda l-istudji tiegħu fl-iskola Primarja ta' Ħal Luqa, is-Seminarju Minuri u l-Liċeo l-Ġdid. Daħal fis-Seminarju Maġġuri tal-Arċisqof biex iħejji ruħu għas- saċerdozju. Kiseb grad fil-livell ta' Baċellerat mill-Università ta' Malta fil-Filosofija u t-Teoloġija u l-liċenzjat fit-Teoloġija Pastorali. Dun Martin kien ordnat djaknu f 'Novembru 1994 fil-Parroċċa ta' Ħal Luqa u ordnat qassis fil-5 ta' Lulju 1996. Hu serva fil-parroċċa tal- Ibraġġ u aktar tard kappillan ta' Ħal Għaxaq (2000-2005) u Marsaskala (2005-2008). Dun Martin inħatar Direttur tad-Dar tal-Providenza fl-1 t'Ottubru 2008 wara Mons. Lawrence Gatt. Dun Martin Micallef hu bniedem bħall- oħrajn li però l-ħajja għaraf li l-Mulej kien qed isejjaħlu għas- saċerdozju. Permezz ta' din is-sejħa għażel it-triq li jkun qassis tan-nies. Hu bniedem soċjevoli, kalm u artistiku b'interess lejn l-arti u l-fotograja. Ritratt: Ray Attard

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 25 May 2014