Illum previous editions

illum 25 May 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/318024

Contents of this Issue

Navigation

Page 15 of 35

16 illum | Il-Ħadd 25 ta' Mejju 2014 L-ittri jridu jkunu ffirmati u mhux itwal minn 400 kelma. Indirizzaw l-ittri tagħkom: Lill-Editur Illum, MediaToday, Vjal ir-Riħan, San Ġwann jew email illum@mediatoday.com.mt Ittri L-impatt tal-LIDL f 'Għawdex Supermarkets naqqsu l-bejgħ tagħhom bi 30% JOHN BUSUTTTIL jbusuttil@mediatoday.com.mt DIN il-ġimgħa l-eks Prim Ministru Laburista u kontestant għall-elezzjoni tal-Parlament Ewropew, Dr. Alfred Sant fi Breakfast News fuq ONE għamel din l-affermazzjoni "Mad-daħla tal-LIDL f 'Għawdex is- settur tal-bejgħ bl-imnut (retail) mill-Għawdxin għall-Għawdxin ħa daqqa lura. Hawn min jgħid li l-LIDL qed jagħti għażla akbar lil konsumaturi Għawdxin, imma veru din? Għax li qed jiġri hu li l-ħaddiema fis-settur tal- imnut għal Għawdex qed ikollhom theddida għall- impjieg tagħhom. Din hi xi ħaġa ta' min jikkonsidraha. Hemm bżonn li taħt ir- regoli Ewropej Għawdex jitqies reġjun taħt kundizzjonijiet speċjali." Għal din id-dikjarazzjoni, il-gazzetta ILLUM iddeċidiet li ddur dawra ma' Għawdex u titkellem ma' proprjetarji ta' supermarkets, ħwienet tal-għodda, ħwienet tal- pjanti, fran tal-ħobż, tal- ġelati u anke ħwienet tal- bejjiegħa tal-frott u ħaxix. Dawn huma kollha setturi li huma rappreżentati f 'dan is- supermarket LIDL. Dawk li intervistajna ma xtaqux juru isimhom minħabba l-fatt li skont huma Għawdex meta titkellem dwar nuqqas jew żieda ta' bejgħ taħdem kontrik. Jidher li xahrejn ilu, eżatt fit-13 ta' Marzu meta l-LIDL fetaħ uffiċjalment bejn ix-Xewkija u r-Rabat, is-supermarkets kollha ħadu daqqa kbira. Eluf ta' Għawdxin irħewlha bi ħġarhom lejn il-LIDL jippruvaw jakkwistaw dak kollu li l-konsumaturi Maltin kienu ilhom snin jakkwistaw. Dan il-fatt ta daqqa qawwija lis-settur tas-supermarkets Għawdxin fejn wieħed minnhom qalilna li l-bejgħ naqas bi 30%. Propjetarju qalilna li hu jħossu fortunat li d-daqqa inizjali tal-LIDL beda jirkupra sew minnha u qalilna li ma neħħa l-ebda impjegat. Iżda supermarket ieħor fir-Rabat qalilna li x-xogħol naqaslu b'25 fil-mija u kellu jnaqqas xi impjegati. Staqsejna wkoll ħanut tal-pjanti jekk ħassx impatt negattiv mal-ftuħ tal-LIDL, fejn qalilna li hu baqa' sejjer tajjeb għax għandu prodotti li huma rħas minn tal- LIDL. Iżda qalilna wkoll li għalkemm mar tajjeb fil- Mother's Day jaf biċ-ċert li l-LIDL ħa ħafna u ħafna xogħol. Ħwienet oħra tal- merċa li ntlaqtu b'mod ferm negattiv huma l-ħwienet tal-għodda. Propjetarju ta' ħanut tal-għodda qalilna li fejn tidħol l-għodda ma jistax jikkompeti mal-LIDL għax l-LIDL hu l-uniku li jagħti 3 snin garanzija fuq l-għodda li normalment l-ebda ditta oħra ma tagħti. Fl-ewwel ġurnata tal-ftuħ tal-LIDL, dan għamel offerta fejn il-frott u l-ħaxix inbiegħu nofs prezz. Dan il-fatt ħalla lil ħwienet oħra tal-frott u l-ħaxix vojta. Staqsejna wkoll dwar il- ġelati u l-ħobż fejn jidher li l-ħobż baqa' għaddej kważi bl-istess ritmu minħabba li hemm minnhom li ħaduha bħala sfida u qed jaħmu tipi ġodda ta' ħobż fis-suq lokali bi prezzijiet kompettitivi. Dawk li jagħmnlu l-ġelati qed jistennew is-sajf biex ikunu jistgħu jagħmlu l-kalkoli tagħhom. Bħalma wieħed jista' jinnota li l-LIDL għamel impatt qawwi fil-gżira Għawdxija. Fejn il-konsumatur kuntent li jista' jakkwista prodotti differenti u anke b'irħas, filwaqt li l-ħwienet tal-merċa qed ibatu biex ilaħqu miegħu, anke jekk kull konsumatur li tkellimna miegħu qalilna, "Il-LIDL issib ħafna prodotti irħas u ta' kwalità, iżda ma tistax tagħmel xirja sħiħa. Ma tistax tinqeda f 'kollox mil-LIDL. Bilfors trid tmur f 'supermarket ieħor biex tixtri dak kollu li jkollok bżonn." Biex tirbaħ gwerra trid tmur bis-suldati tiegħek Jidher li fit-13 ta' Marzu meta l-LIDL fetaħ uffiċjalment is-supermarkets kollha ħadu daqqa kbira CARMELO BUGE JA REGEN VIĊI SINDKU MARSAXLOKK DAN l-aħħar erġajna smajna l-idjoma antika tal- Perit Mintoff; is-suldati tal- azzar. Fi żmien is-sittinijiet, fejn kien jiddomina l-Partit Nazzjonalista kellhom l-alleanzi tal-Knisja u tal-Ingliżi. Barra minn hekk kien hawn kampanja qawwija biex jibgħatu ċ-ċittadini Maltin li ma ridux mas-saqajn lejn l-Awstralja u l-Kanada; li kienu jammontaw mad- disat elef fis-sena. Fl-1971 bil-ħniena tela' fil-Gvern il-Partit Laburista bl- għajta ta' Malta l-Ewwel u qabel kollox. Meta qabad jiggverna sab xkiel kbir. Però Mintoff; ta' moħħ kbir li kien, induna li biex jirbaħ il-gwerra kellu juża s-suldati tiegħu. Dan beda jpoġġi nies li kienu leali lejh u tal-fiduċja tiegħu f 'postijiet strateġiċi. Ħoloq il-korpijiet, biex iħaddem il-ħafna nies qiegħda li kien hawn, li l-biċċa l-kbira tagħhom kienu Laburisti, u beda jimxi 'l quddiem, għax minn kien qed ifixkel ma kellux bżonn aktar is- servizzi tiegħu. Beda jirbaħ il-gwerer kollha. Iżda n-Nazzjonalisti ma qagħdux kwieti u ma felħux għal dan il-ġid kollu li kien qed jagħmel il-Gvern ta' Mintoff. Osservaw kif kien qed jaħdem Mintoff biex jirbaħ il-gwerer u ħolqu l-armata tagħhom, li kienu jsejħulha tal- gakketta l-blu. Ma' dawn ħolqu ħafna suldati oħra fid-dipartimenti, f 'postijiet strateġiċi u ministeri, ippreparati għal meta jiġi l-waqt. Beda jsir ħafna tixwix kontra Malta ma' pajjiżi oħra, u hawn Malta reġgħet bdiet tikkumbatti l-Knisja wkoll. Waslet l-elezzjoni tal-1987, u l-Partit Nazzjonalista kellu s-suldati kollha lesti, u kif kien hemm l-iċken indikazzjoni li l-elezzjoni ser tintrebaħ minnhom, mill-ewwel ħarġu s-suldati tagħhom, li okkupaw id- dipartimenti kollha fosthom id-depot tal-Pulizija u l-armata, u Kastilja u keċċew lil kulħadd 'il barra, u ma ħallew lil ħadd imiss xejn. Minn dakinhar 'l hawn, huma mlew id-dipartimenti u l-ministeri bin-nies leali lejhom li ħafna minnhom għadhom hemm sal-lum. Fil-1996 reġa' tela' fil- Gvern il-Partit Laburista, din id-darba kien immexxi minn Dr Alfred Sant. Però dan ma kienx jaqbel sa l-aħħar mat-tmexxija tal- Gvernijiet preċedenti, u ħalla kollox u lil kulħadd kif kien, għax kien jemmen li jista' jmexxi bis-suldati li kien hemm. Iżda għarralu, għax is-suldati li kien hemm ma kinux tiegħu u ma kinux leali lejh. Irriżulta li dawn is-suldati kienu qed jimminawh, u allura meta ġie biex jiġġieled il-gwerer beda jitlifhom, għax is- suldati ma bdewx jaqduh. Għalhekk tilef kollox. Fl- 1998 il-Partit Nazzjonalista ma kellux bżonn jibni armata bħal m'għamel qabel, għax is-suldati tiegħu kienu ġa f 'posthom u għalhekk rebaħ il-gwerer kollha. Dan baqa' jirbaħhom sa l-aħħar, sakemm sab kappel jiġih, għax f 'Marzu tal-2013 il-Partit Laburista rebaħ l-akbar gwerra li qatt ġiet miġġielda f 'Malta. Iżda l-periklu hawn qiegħed, u jekk min qed imexxina jiġi aljenat jista' jiġi l-mument li dak li rebaħ jerġa' jitilfu. Kulħadd jaf li n-Nazzjonalisti m'għandhomx kwiet, u jiġġennu meta ma jkunux fil-gvern huma. Għalhekk wieħed dejjem irid ikun attent u għal lest għal dak kollu li jaslu għalih in- Nazzjonalisti. Kulħadd jinduna li kuljum dawn joħorġu b'xi ħaġa ġdida, li x'aktarx ikunu tawhielhom is-suldati tagħhom li għad hemm fid-dipartimenti. Għalhekk il-gwerra jkunu qed jiġġilduha dejjem, u għal din ir-raġuni li l-partit Laburista fil-Gvern għandu dejjem iżomm is-suldati tiegħu fejn suppost u dejjem għal lest.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 25 May 2014