Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/318024
Il-Ħadd 25 ta' Mejju 2014 | illum 21 Editorjal ILLUM, MEDIATODAY LTD, VJAL IRRIĦAN, SAN ĠWANN SGN 9016 Tel: (356) 21 382741-3, 21 382745-6 • Fax: (356) 21 385075 Sit: www.illum.com.mt • Email: illum@mediatoday.com.mt I lbieraħ ġiet tmiemha l-kampanja elettorali għall- elezzjoni tal-Parlament Ewropew u llum inkunu nafu dak li diġà nafu, jiġieri li ż-żewġ partiti se jkantaw vittorja wara ħames ġimgħat ta' bumbardament politiku kontra xulxin. Kampanja li kienet ikkaraterizzata fuq kollox barra temi relatati mal- Ewropa u l-Politika Ewropea. Smajna wegħdi fuq wegħdi u kritika fuq kritika. It-triq tan-nofs ma ssemmiet qatt. Għada l-poplu jirritorna lura fuq xogħlu u dlonk ser jintebah li ftit li xejn inbidel, forsi li nbidel għal sitt membri parlamentari Ewropej li ġew eletti. Għada filgħodu int ser terġa' ssib ruħek sejjer għax-xogħol f'toroq li huma miżgħuda bit-traffiku. Servizz ta' transport pubbliku li għadu ferm lura milli jilħaq il-kwalità ta' servizz li wieħed jistenna fis-sena 2014. Trasport pubbliku li ma jagħtik l-ebda inċentiv biex tħalli l-vettura wara biebek għax jekk trid tasal għax- xogħol fil-ħin, trid tmur bil-karozza tiegħek u trid taħsiblu kmieni. Li tuża l-vettura tiegħek ukoll għandu l-iżvantaġġi. Biex tasal fid- destinazzjoni li hemm bżonn se ssib toroq iġġamjati bit-traffiku f'bosta lokalitajiet li jieħdulek ħin twil. Se ssib nuqqas ta' spazju ta' parkeġġ. Se tiltaqa' mat-tfal li jridu jaslu l-iskola fil-ħin b'vannijiet u jew mal-istess ġenituri f'ġirja sfrenata biex iwasslu l-uliedhom qabel ma huma stess jaslu fuq xogħolhom. Se tiltaqa ma' trakkijiet u vetturi kbar li jridu jwasslu t-tagħbija tagħhom sabiex l-operat ta' numru t'azjendi jkun jista' jibda fil-ħin hekk kif il-ħaddiema jidħlu fuq xogħolhom. Se tħabbat wiċċek ma' gwardjani moħbija lesti biex jaqbduk b'xi nuqqas tar-regolamenti u jwaħħlulek multa minflok ma jiffukaw l-attenzjoni biex jidderieġu t-traffiku jimxi aħjar. Se ssib devjazzjonijiet ta' traffiku minħabba għeluq ta' toroq kaġun ta' krejnijiet u vetturi oħra kbar ta' kostruzzjoni. Devjazzjonijiet minħabba xogħlijiet ta' proġetti pubbliċi li ma jitlestew qatt. Dewmien minħabba dwal tat-traffiku li qed jinbtu ma' kull rokna u kantuniera. Kolletturi tal-iskart li jirrikjedu li t-trakk jimxi bil-mod sakemm il-ħaddiema jiġbru l-boroż li nħallu barra aħna stess. Bejjiegħa tal-ħaxix, tal-ħobż, tal-gass, tad-donuts, il- lista ma tispiċċa qatt. U dan kollu f'ġurnata normali għax jekk tkun għamlet xi ħalba xita ħoll xagħrek u ġib iż-żejt. It-traffiku sar il-ħolma kerha ta' kull sewwieq, ikun x'ħin ikun il-ħin matul il-ġurnata. It-tempra titla' aktar ma ddum tagħfas il-gass, klaċċ u brejk tal-vettura filwaqt li tkun miexi b'veloċità ta' pass ta' nemla. Issa li s-sħana se tibda tgħanni, tħoss soffokazzjoni jekk ma jkollokx ftit arja kundizzjonata fil-karozza. Din is-sitwazzjoni tat-traffiku f'pajjiżna saret waħda allarmanti li l-gvern ma jistax jibqa' jinjora. It-telqa u żdingar ta' ċerta toroq hemm bżonn li jkunu indirizzati immedjatament. Hija inaċċettabli li sewwieqa jridu jiffukaw fuq is- sewqan kif ukoll fuq kif se jiskapulaw il-bosta ħofor fit-toroq. Hemm bżonn ta' preżenza u kontroll aħjar fit-toroq mill-Pulizija tat- Traffiku kif ukoll studju dwar il-ħafna installazzjonijiet tad-dwal tat-traffiku u speed cameras. Wasal iż-żmien li ċerta vetturi, inkluż karozzini u żwiemel bis-serkin, jkollhom ċirkolazzjoni kkontrollata f'ċerta żoni u ħinijiet. Hemm bżonn ta' studju serju li għandu jwassal biex finalment tittaffa, u eventwalment tissolva, din is-sitwazzjoni ta' staġnar fit-toroq tagħna. U ħtieġa li t-trasport pubbliku jitjieb b'mod sostanzjali. Saret drawwa wkoll li fi tmiem il- ġimgħa, qed ikun hemm diversi toroq prinċipali magħluqa biex fihom isiru avvenimenti sportivi bħal tlielaq taż- żwiemel, atletika, ċikliżmu u oħrajn. Toroq magħluqa fiċ-ċentri ta' rħula biex fihom isiru diversi attivitajiet mill-kunsilli lokali u festi reliġjużi, il-lista ma' tispiċċa qatt. Wasal għalhekk iż-żmien li joħorġu linji gwida serji dwar l-għeluq ta' toroq biex isiru avvenimenti pubbliċi fihom. L-ebda triq m'għandha tingħalaq mingħajr il-permess tal- Pulizija u jekk toroq alternattivi għas- sewwieqa ma jkunux identifikati. Il-kriżi fit-traffiku għandu effett dirett fuq l-ekonomija, il-ħajja tagħna u l-kwalità tal-ambjent ta' madwarna. Traffiku bla rażan fit-toroq