Illum previous editions

illum 1 June 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/321744

Contents of this Issue

Navigation

Page 30 of 39

Il-Ħadd 01 ta' Ġunju 2014 | illum 31 SPORTSillum Staġun ta' tlugħ u nżul jintemm bil-kbir għal Napoli FILBIDU ta' dan l-istaġun kien hemm aspettattiva kbira għal Napoli li dawn kienu se jkunu fl-ogħla postijiet kemm tal-futbol Taljan kif ukoll tal-futbol Ewropew. Iżda għalkemm huma kellhom bidu tajjeb fl-istaġun fejn kisbu rebħiet importanti kulma jmur dan it-tim beda jiddiżappunta, għalkemm għalaq l-istaġun bil-kbir meta rebaħ il-Coppa Italia b'rebħa ta' 3-1 fuq Fiorentina bil-gowls għalihom jaslu minn doppjetta ta' Insigne u gowl ta' Mertens, waqt li temm fit-tielet post fil- Kampjonat Taljan Serie A TIM. Ħafna segwaċi tal- futbol mondjali stennew li l-attakkant prolifiku Arġentin Higuain kien se jkun l-aqwa akkwist ta' Napoli matul dan l-istaġun iżda minn dak li rajna m'hemmx dubju li l-iktar plejer ta' Napoli li impressjona kien il- plejer żagħżugħ Spanjol, Callejon li ngħaqad mal- Partenopei mingħand Real Madrid, fis-sajf li għadda. M'hemmx dubju li matul dan l-istaġun Napoli ħassew in-nuqqas ta' plejers ta' fama u klassi mondjali bħal mhuma l-goalkeper De Sanctis li iżda ġie sostitwit minn goalkeeper tal-ogħla livell bl-isem ta' Reina, u speċjalment ta' Cavani li kif ilkoll nafu ngħaqad mal-ġganti Franċiżi, Paris St Germain. Ukoll Napoli tilfu s-servizz tal-kowċ Taljan Walter Mazzarri li ngħaqad mar-rivali Inter u li ġie mibdul mill-eks kowċ ta' Liverpool u Chelsea, Rafa Benitez li lkoll nafu x'kurrikulu jippossjedi speċjalment fir-rebħ ta' diversi kompetizzjonijiet Ewropej importanti fosthom il-UEFA Champions League ma' Liverpool u l-UEFA Europa League ma' Chelsea f 'Mejju li għadda. L-istaġun 2013-2014 għat-tim ta' Napoli beda b'punt interoggativ – kif kienu se jirreaġixxu għat-tluq ta' żewġ pedini importanti bħal ma kienu il-kowċ Walter Mazzarri u l-attakkant profiliku Edison Cavani. L-istrateġija ta' Napoli hija waħda tixxiebah għal dik tal-Inter meta dawn tal-aħħar tilfu lil Zlatan Ibrahimovic, jiġifieri tbiegħ plejer għal somma konsiderevoli u ta' dan il-plejer ġġib xi erba' jew ħames pleyers li bihom tista' tagħti l-qabża ta' kwalita' fit-tim. Fil-fatt Napoli barra il- kowċ Benitez akkwistaw plejers ta' esperjenza internazzjonali bħalma huma l-goalkeeper Reina (mingħand Liverpool), id- difensur Albiol (mingħand Real Madrid), il-plejers ta' nofs il-grawnd Callejon u Mertens (mingħand Real Madrid u PSV Eindhoven rispettivament) u fl- aħħar u mhux l-inqas lil Higuain (mingħand Real Madrid). Wieħed ma jridx jinsa wkoll lill-goalkeeper Brażiljan Rafael li mistenni jkun hu l-goalkeeper tal- futur tat-tim ta' Napoli. Madankollu, il-bilanċ ta' dan l-istaġun għal Napoli huwa wieħed pożittiv, fejn barra r-rebħ tal-Coppa Italia fi tmiem l-istaġun, kien hemm ukoll numru ta' rebħiet fil-Kampjonat Taljan tas-Serie A kif ukoll fil-UEFA Champions League. Il-kowċ Spanjol Benitez daħħal mentalità li hija xi ftit differenti milli kienet dik ta' Mazzarri. Dan il-kowċ daħħal ċerta mentalità li turi li t-tim Naplitan huwa mistenni li jibda l-favorit f 'kull logħba waqt li l-kalma tiegħu rriflettiet b'mod pożittiv fuq il-plejers Naplitani. Mingħajr ma wieħed ineħħi xejn mill-mertu ta' Mazzarri, bosta partitarji ta' Napoli jsostnu li Benitez għandu dik ix-xi ħaga aħjar f 'dak li għandu x'jaqsam ma' esperjenza u għarfien tat-teknika tal-logħba. M'hemmx dubju li l-plejer li l-aktar li spikka għal Napoli matul dan l-istaġun kien Callejon. Fis-sajf kienu ħafna dawk li kienu xettiċi minn dan il-plejer però llum il-ġurnata qed juri li huwa plejer fin kif ukoll qed isib ix-xibka b'mod regolari. Wieħed ma jridx jinsa li anki kowċ bħal Josè Mourinho kellu fiduċja f 'dan il-plejer. Ovvjament wieħed isemmi wkoll lil Higuain u lil Reina li kienu determinanti f 'ċertu logħbiet. Tajjeb ukoll li jingħata kreditu lill-vecchia guardia bħalma huma Hamsik u Behrami fejn nemmen ukoll li huma plejers ta' ċerta statura. Ovvjament mhux kollox kien pożittiv. It-telfiet ma' Arsenal, Roma u Juventus barra mis-San Paolo fost oħrajn iktar kmieni matul dan l-istaġun urew biċ- ċar li t-tim ta' Napoli kien jonqsu dak il-ħażen u dak it-talent biex ikun tim hekk msejjaħ elite. Madankollu, kollox jindika li l-president kontroversjali imma ta' suċċess Aurelio De Laurentis se jkompli jsaħħaħ u jtejjeb l-iskwadra b'kull rispett lejn il-fair play finanzjarju. Fl-aħħar u mhux l-anqas ma jeżisti l-ebda dubju li l-partitarji ta' Napoli għandhom dik il-passjoni li l-ebda sapport fl-Italja m'għandu. Fil-fatt iktar kmieni matul dan l-istaġun Benitez saħaq li t-tim ta' Napoli ifisser għall- partitarji, qawmien soċjali li jħallihom fiduċjużi li jistgħu jisfidaw lit-timijiet ta' Milan u ta' Turin. Intant, ftit tax-xhur ilu, il-partitarji ta' Napoli f 'pajjiżna rnexxielhom iwettqu l-ħolma tagħhom li jkollhom il-post tagħhom ġewwa 4, Triq il-Fortizza, Mosta. Però dan il-pass sewa spejjeż kbar lill- klabb u għalhekk huwa importanti li l-partitarji Naplitani Maltin jattendu bi ħġarhom u jħallsu dik ix-xi ħaġa żgħira bħala tessera biex jgħinu lil dan il-klabb. Min hu interessat li jagħmel dan, jista' jikkuntajta lis-Sur Mark Haber fuq in-numru 79016573. Plejers u uċjali ta' Napoli jiċċelebraw bil-kbir wara r-rebħ tal-Coppa Italia BSL Britannia Tours … your holiday starts here! Valletta - Head Office - Tel: 2123 8039, 2124 5418, 2124 1904 Paola Branch - Tel: 2180 9930 Mosta Branch - Tel: 2141 3030 Gozo Branch - Rabat Tel: 2156 5620 All prices are based on Triple Sharing and include Flights, Hotel, Transfers, services of Tour Leader and all Taxes (Conditions Apply). 18-25 July, 25 July - 1 August, 1-8 August, 8-15 August, 15-22 August, 22-29 August, 29 August - 5 September, 5-12 September, 12-19 September, 19-26 September BSL Britannia Tours Britannia Tours Britannia Tours Britannia Tours Britannia Tours Britannia Tours Britannia Tours Britannia Tours Britannia Tours Britannia Tours Britannia Tours … your holiday starts here! … your holiday starts here! All prices are based on Triple Sharing and include Flights, Hotel, Transfers, services of Tour Leader and all Taxes (Conditions Apply). ¢299 FROM Corfu - the island of endless natural beauty

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 1 June 2014