Illum previous editions

illum 1 June 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/321744

Contents of this Issue

Navigation

Page 16 of 39

Il-Ħadd 01 ta' Ġunju 2014 | illum 17 ma' Sergio Mallia Sergio Mallia - ġurnalist u qarrej tal-aħbarijiet fuq TVM. Imwieled u mrobbi Ħal Qormi u l-fustani fost erba' aħwa. Studja l-komunikazzjoni u s-soċjoloġija, u l-Istudji Ewropej l-livell ta' Masters. Ilu jaħdem l-qasam tal-ġurnalizmu mxandar u l-komunikazzjoni mill-2004. FREDERICK ATTARD fattard@mediatoday.com.mt Taħt liema stilla twelidt u f 'liema sena? Twelidt fi Frar tal-1983, allura jien 'Aquarius' Temmen fl-oroskopju? Ma nemminx iżda jqabbadni kurżità X'tiftakar minn żmien l-iskola? Attendejt skejjel tal-Knisja. Fil-primarja kont imqarqaċ. Niftakar ir-rotta lejn l-iskola minn Ħal Qormi sa Bormla. Niftakar fiha kull meta nsuq minn dawk l-inħawi. Sfortunatament l-iskola qatt ma dħalt iktar wara li spiċċajt. Is-sekondarja kien żmien sabiħ, għamilt ħafna ħbieb, u kont nipparteċipa fi kważi kollox, partikolarment l-isport. Fi żmien xtaqt insir bankier, iżda qatt ma brillajt fil-matematika u allura għażilt il-lingwi fil-post- sekondarja. Biss għadni nħobb naqra u nsegwi aħbarijiet dwar l-ekonomija, partikolarment l-iżviluppi bla nifs fiż-żona ewro. Kont tilgħab il-futbol ma' Sliema Wanderers, kif tiddeskrivi dak iż-żmien? Żmien ta' formazzjoni mill-aqwa. Lgħabt u rbaħna ħafna minn U-14 sa U-21. Niftakar iżda kowċ li kien jgħidilna, "kieku player isir tajjeb skont x'żarbun tad- ditta jilbes, kieku nixtrilkom gwardarobba żraben". Għadni nżomm dak il-kliem illum għax mhux ix-xinxilli li jagħmluk nies. Għalkemm kont tilgħab ma' Tas-Sliema però int Qormi Għażilt lil Tas-Sliema għax kienu tim tal-Premiere. Ħal Qormi iżda kbir fi tradizzjonijiet oħra bħall-festi eċċ. Nammira l-entużjażmu tal-Qriema f 'dan l-aspett. Preżentement single u tgħix mal-ġenituri, ħames snin oħra kif tippjana li tkun? Għadni d-dar b'għażla. Biss naf inkun indipendenti grazzi għal ommi u missieri. Jien kuntent kif jien illum iżda 5 snin oħra nipprova nkun aħjar. Tinqala biex tagħmel xogħol tad-dar bħal tisjir, ħasil u mogħdija? Insajjar u ngħaddi żgur. Il- kumplament għadni lura. Kif dħalt fil-karriera ġurnalistika? Minn dejjem nafni naqra l-ġurnali. Inħobb ħafna il- politika iżda l-ġurnaliżmu għallimni iktar, għalkemm baqa' ħafna x'naqdfu biex il- professjoni jkollha l-istima li jixraqilha. Fuq it-televiżjoni tidher dejjem kalm u preżenza perfetta, kemm int konxju mid-dehra tiegħek? 'L-għajta nofs il-bejgħ'... konxju ħafna, iżda nammetti li missni mmur il-gym iktar. Apparti hekk inħabbel moħħi iktar fuq kemm se nfiehem l-aħbarijiet tajjeb milli kif nidher. X'inhu dak li jagħmel aħbar interessanti għat- telespettaturi? Bl-Ingliż insejħulu 'writing to pictures'. Fil-fehma tiegħi, l-aħbar tkun interessanti jekk il-kummentarju jikkumplimenta l-viżwal u l-ħoss u mhux bil-maqlub. Kellek xi esperjenza ta' rapurtaġġ li baqgħet stampata f 'moħħok għal xi raġuni partikolari? L-ewwel rappurtaġġ importanti ma' TVM kienet traġedja sfortunata ħafna. Dik tal-isplużżjoni tan- Naxxar fl-2008. Rajtu kemm- il darba l-filmat u s-servizz. Kieku llum nħejji s-servizz kompletament differenti. L-iktar rapportaġġ li baqa' fuq fomm in-nies naħseb li kien il-famuż 'ċertifikat tal- form 2' ta' Franco Debono... għadna niċċajtaw dwaru sal-lum X'kummenti jgħaddulek in- nies meta jarawk fit-triq? L-iktar li nisma' hi 'kont naħsbek itwal'...ma ttihomx tort, iżda l-kollegi diretturi, meta naqra l-aħbarijiet ipoġġu l-cameras minn taħt ħalli 'nidher twil' flok noqgħod inpoġġi l-karta strazza... Kif ikun Sergio meta mhux fuq it-televiżjoni? Nittama li l-istess. Iżda ngħix ħajja normali bit-tlajja' u l-inżul bħal kulħadd. Tippreferi tirrilassa ma' ktieb tajjeb jew tazza nbid? Kollox f 'ħinu u f 'waqtu. Filwaqt li nħobb it-tnejn, nirrikkmanda l-ktieb iktar milli l-inbid. Issa li riesaq is-sajf, malja u xugaman? Inħobb ngħum iżda mhux ix-xemx. Dis-sena nipprova ngawdih iktar mis-sena l-oħra għax kelli teżi x'nagħmel u issa lest. Tinteressak il-mużika? Tinteressani iżda min jafni jaf li mhux il-forte tiegħi. Inħobb il-lirika Maltija u meta togħġobni diska nismagħha elf darba, imma rari nitgħallem il-kliem kollu. Int tħobb issiefer u tesplora pajjiżi oħra – qatt ikkunsidrajt xi vaganza avventuruża mdawwar bin- natura? Diġà mort, iżda qatt mhu biżżejjed. Fl-Ewropa togħgobni l-Iżvizzera, il-parti Ġermaniża qalb il-muntanji iżda ħadt gost ħafna San Francisco, l-Istati Uniti. L-aħħar agri-turizmu li mort kien ftit 'il barra minn Firenze. L-Italja dejjem 'safe'...ikel, kultura, xenarju, it-Toskana hemm inbid ta' vera! Il-ħolma ta' ħajtek? La sseħħ ngħidlek ... haha grazzi. Ħames Minuti L-ittri jridu jkunu ffirmati u mhux itwal minn 400 kelma. Indirizzaw l-ittri tagħkom: Lill-Editur Illum, MediaToday, Vjal ir-Riħan, San Ġwann jew email illum@mediatoday.com.mt Ittri Talba għall-għajnuna SR. M. ANTOINET TE AGIUS IŻRAEL WARA ħafna snin li jien għaddejt f 'dan il- kunvent tal-Karmelitani ta' Nażżaret (Iżrael), dawn l-aħħar snin ġara li kelli nagħmel kif nista' biex insib għajnuna lil xi familji foqra ta' Nażżaret, fl-Art Imqaddsa. Il-gwaj kbir tagħhom dawn in-nies Insara ġej mis-sitwazzjoni iebsa li jinsabu fiha. Dan nagħmlu mingħajr ma nħalli l-kunvent. Biex inwettaq din il-ħidma ta' karità urġenti, jien kelli nibda biex infittex u nitlob din l-għajnuna ta' nies oħra, xi benefatturi. Għal dan il-għan jien nitlob minnkom li tiġbru bolol u telecards li jkunu servew u anke xi donazzjonijiet u tibagħtuhom lill-Mission Fund. Bihom huma jgħinu lill-missjunarji Maltin tal- pajjiżi foqra tat-tielet dinja. Issibu aktar tagħrif fuq www. missionfund.org.mt Minn jibgħat donazzjonijiet jista' jibgħat "online" jew bi transfer dirett lil wieħed minn dawn il-Banek: HSBC (Account No. 061197 448 050) BOV (Account No: 163 007 980 10), APS (Account No. 200 008207 62) jew BANIF (Account No. 000879 631 01). Grazzi. Minn qalbi nitlob għalikom il-Barka t'Alla.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 1 June 2014