Illum previous editions

illum 1 June 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/321744

Contents of this Issue

Navigation

Page 18 of 39

Il-Ħadd 01 ta' Ġunju 2014 | illum 19 mingħajr esteriżmu politiku. Qisu kollox beda jiżloq minn fuqna fejn qabel kollox kien jeħel magħna. Il-magħmul li kellu fuqu il- Partit Laburista bħal donnu sa fl-aħħar beda jispiċċa. Bħal xi ħadd fil-ħrejjef ta' Andersen li kien ilu rieqed snin twal f 'kaxxa tal-ħġieġ, il-Partit Laburista bħal donnu qam mill-ġdid. Dan il-proċess kien ta' attrazzjoni għall-eluf ta' nies li sa ftit snin ilu b' ebda mod ma riedu jassoċjaw irwieħhom ma' dan il- partit. Biex nuża l-kelma b'mod aktar kinetiku, beda jinħass moviment mhux tas-soltu. Fil-laqgħat li bdew isiru bdejna nilmħu uċuh li qatt qabel ma konna rajnihom. Sa ftit żmien qabel kull persuna fil-folla konna nkunu nafuha b'isimha u kunjomha. Ftit żmien wara ma bdejniex nagħrfu lin-nies. L-uċuħ ġodda bdew jiżdiedu. Dawk li snin qabel kienu telqu reġgħu bdew ġejjin. Sakemm il-frott li ġabet magħha l-bidla inqata' f 'żewġ elezzjonijiet konsekkuttivi. Fl-elezzjoni ġenerali f 'Marzu 2013 u dik riċenti tal-Parlament Ewropew. Biex dan kollu sar ma kienx faċli. Ridna nużaw aktar saħħa biex nikkonvinċu lill-għeruq aktar milli lil dawk li kienu ġodda. Kien riskju mhux żgħir, għaliex biex saru dawn il-bidliet, għamilna bħal dak li lagħab dak kollu li kien fadallu fuq numru wieħed fuq il-mejda tar-roulette. Iżda l-kalkoli kienu tajbin. Sensiela ta' telfiet elettorali kienu għallmuna li ma kellna xejn x'nitilfu. Jew ninbidlu jew immutu. Iżda ma kinitx bidla kosmetika. Kienet waħda reali. Tant huwa minnu li dawk li kienu ġodda u ngħaqdu mal-Partit Laburista f 'Marzu tal-2013 baqgħu ma' dan il-Partit f 'Mejju tal-2014. Nittama li l-Partiti l-oħrajn jirrealizzaw li l-bidla hija neċessarja. Qiegħed ngħid nittama għaliex għandi l-biża' li kollox ser jibqa' l-istess. Meta dan l-aħħar kont f 'dibattitu ma' Beppe Fenech Adami ħareġ ċar li t-tmexxija Nazzjonalista ma għandhiex ħsieb li tbiddel l-attitudni tagħha. Anzi fhimt li qal li l-messaġġ li ħadu mill-elettorat hu li ser iħarrxu l-attakki politiċi tagħhom kontra l-Gvern. Flok qegħdin jisimgħu lil min telaqhom jew mhux konvint minnhom semgħu x'qegħdin jgħidu dawk in-nazzjonalsiti tal-bandiera. Ser jibqgħu għaddejjin jattakkaw il-pjan ta' enerġija tal-Gvern. Ser jibqgħu għaddejjin jattakkaw l-iskema ta' investiment marbuta maċ-ċittadinanza. Ser jibqgħu jisimgħu minn dawk il-politiċi li għadhom ma fehmux xi tfisser li tkun liberali. Ser jibqgħu jħallu lill-politiċi li isimhom huwa marbut mat- telfa elettorali jiddeterminaw x'għandha tkun il-politika tal-Partit Nazzjonalista. Fi ftit kliem Simon Busuttil ma jistax, lanqas kieku jrid, imur għall- bidla. Ser ikompli għaddej fuq formuli antiki li jagħtuk riżultat antik. Kontra qalbi jkolli ngħid l-istess għall-Alternattiva Demokratika. Meta 25 sena ilu jiena u oħrajn waqqafna dan il-Paritit, l-ideat li kellna mhux biss kienu innovattivi iżda kienu wisq avangardisti. Temi bħad- divorzju, l-indafa fil-politika , l-ambjent, id-drittijiet ċivili u riforma elettorali kollha kienu tal-Alternattiva Demokratika. Bir-raġun igergru li dawn huma kollha temi li kienu tagħhom u ħaduhom il-partiti kbar. Iżda f 'ċertu sens, anke L-Alternattiva Demokratika ma fhemitx li hi trid tindibel. L-argumenti, ilmenti u protesti li jagħmlu għadhom l-istess bħal dawk ta' 25 sena ilu. Dak li kien frisk 25 sena ilu issa qdiem. L-akkużi li ż-żewġ partiti l-kbar huma l-istess jew li għandhom l-istituzzjonijiet f 'idejhom, issa saru temi antiki u li ftit li xejn jinfluwenzaw l-opinjoni pubblika. Għandhom niċċa ta' massimu ħamest elef vot u jibqgħu hemm. Qisu l-ispeed-o- metre politiku tagħhom weħel fuq in-numru 5 u ma jridx jiċċaqlaq. Għadhom ma fehmux li jridu jsibu formuli ġodda mingħajr ma jabbandunaw il- prinċipji tagħhom. Fl-aħħar riżultat elettorali ġabu ftit voti aktar minn kemm kienet ġabet l-Alternattiva Demokratika fl-1992! Anzi naħseb li naqsu, għaliex illum l-popolazzjoni elettorali kibret. Billi jipprovaw jidhru sbieħ mal-elettorat għaliex jattakaw kontinwament liż-żewġ Partiti bil-famuża nisġa ta' MLPN mhumiex ser jirfdu ebda elezzjoni. Iridu fil-fehma tiegħi jibdlu bħal meta darba kienu l-mutur tal-bidla. Li takkuża lil ħaddieħor li seraqlek l-ideat jew li tilmenta li s-sistema mhix ġusta, mhux biżżejjed. Iridu jsibu dik ix-xi ħaġa biex ma jibqgħux assoċjati biss ma' qrid u akkuzi. Iridu jsiru anqas immakulati u jifhmu li jkunu aktar prammatiċi. Li tkun prammatiku ma jfissirx li qiegħed tagħmel il- kompromessi. Billi kull xahar jagħmlu gwerra qaddisa kontra l-kaċċaturi mhux ser jirbħu. Referendum kontra l-kaċċa jista' jintrebaħ iżda huma ser dejjem ikomplu jitilfu. Biex tkun favur l-ambjent ma tistax tkun kontra kull xorta ta' żvillupp. Proġett jistgħu jwaqqfuh, iżda ser ikomplu jitilfu. F'għajnejn in-nies saru l-partit ta' kontra kollox. In-nies isibuhom għal xi protesta kontra xi ħadd jew xi ħaġa għaliex ikun hemm interess settorjali, meta jiġu għall-vot jinsuhom! Dan qiegħed ngħidu b' għafsa ta' qalb. Mhux faċli tibdel. Mhux faċli terħi warajk it-tradizzjoni u l-preċedenti tal-istorja. Iżda dak li finalment jagħmel id-differenza kollha. Dak li jiddistingwi partit minn ieħor. Is-sogru taż-żminijiet . L-Ingliż jgħid "Who dares wins!" straordinarju illi minħabba bosta fatturi, fosthom żbalji strateġiċi bħall-oppożizzjoni qawwija għad-dħul ta' Malta fl- U.E., illi qatta' ħamsa u għoxrin sena fl-oppożizzjoni ħlief għat- tnejn u għoxrin xahar tal-gvern ta' Sant. Meta wieħed iqabbel il-figuri, wieħed jara kif iż-żewġ partiti l-kbar ġabu l-istess numru ta' voti f 'din l-elezzjoni bħalma kellhom fl-elezzjoni tal-2009 u dan minkejja li l-perċentwal ta' votanti naqas minn 78.79% għal 74.8%. Komparat mal- elezzjoni ġenerali tas-sena l-oħra, iż-żewġ partiti l-kbar it-tnejn naqsu 32,000/33,000 votant. Dan ifisser illi l-PN kellu emoraġġija aktar qawwija ta' votanti li ma ħarġux jivvutaw peress li għandu bażi elettorali iżgħar minn dik tal-PL. Dan kien kontra l-istennija ġenerali illi l-PN jirnexxielu jnaqqas id-defiċit qawwi rreġistrat fl-elezzjoni tal-2013 għall-ewwel darba mill-1981 'l hawn ħlief għall-eċċezzjoni solitarja tal-1996. Jidher illi l-PN naqas illi jimmobilizza l-bażi elettorali tiegħu bl-istess mod illi rnexxielu jagħmel il-PL. Bosta kienu dawk illi ppruvaw jispjegaw dan il-fatt u kien hemm min anke poġġa f 'dubju it-tmexxija ta' Simon Busuttil. Mhux faċli tispjega għala żviluppa distakk daqshekk kbir bejn iż-żewġ partiti fl-aħħar tlett elezzjonjiet. Wieħed irid isaqsi wkoll jekk il-PL ta' Muscat issa stabilixxiex pożizzjoni eġemonika fil-pajjiż u bil-mod kif qed jindirizza l-ħtiġijiet ta' kostitwenzi individwali huwiex iddestinat illi jkompli jmexxi għal bosta leġislaturi oħra. Ċertament, l-awspiċi mhumiex tajbin għall-PN illi jirkupra fi żmien qasir il-pożizzjoni ta' primat illi kellu għal prattikament kwart ta' seklu. L-ebda partit m' għandu jippretendi illi għandu xi monopolju fuq il-poter jew li hu etern. Rajna kif f 'pajjiżi oħra partiti li ddominaw il- poter għal żmien twil spiċċaw fix-xejn. U m'hemm l-ebda garanzija illi din ix-xorti ma tmissx lill-PN f 'xi żmien jew ieħor. Imma meta wieħed jara kif il-PL irpilja minn bosta telfiet elettorali suċċessivi, xejn ma jeskludi illi anke l-PN għad jirpilja mill-qagħda kritika illi jinsab fiha. Il-PN ċertament ser ikollu t-tentazzjoni jikkopja l-istrateġija rebbieħa ta' Muscat sabiex jerġa' jakkwista r-riedni tal-poter. Qegħdin ngħixu fi żminijiet fejn id-differenzi ideoloġiċi bejn il-partiti huma ferm iżgħar milli kienu fil- passat u l-partiti jiddistingwu ruħhom fl-implimentazzjoni tal-politika tagħhom. Wieħed tajjeb jifli l-ingredjenti tas- suċċess elettorali ta' Muscat. Ingredjent prinċipali tas- suċċess huwa l-flessibilità enormi fl-akkomodazzjoni tal-aspettattivi tal-elettorat. Tisma' ħafna stejjer fejn dak illi qabel ma kienx possibbli issa m'għadhux hekk u jidher illi anke fil-kampanja għall- elezzjoni tal-Parlament Ewropew saru attentati ċari sabiex jinfluwenzaw l-elettorat. Ħadd ma jista' jgħid illi s-suċċess elettorali tal-PL ġie mix-xejn għaliex saru bosta mossi biex min kien għadu mhux konvint jikkonvinċi ruħu. Biex inkunu ġusti din mhix xi ħaġa li fuqha l-PL għandu monopolju u ħadd ma jista' jgħid illi l-PN kien verġni. Anke l-PN kien jipprattika politika klijentari għalkemm l-impressjoni ġenerali hi illi mhux fl-istess livell tal-gvern preżenti. Tista' tkun impressjoni żbaljata imma jidher illi dan l-gvern huwa aktar mehdi fl-arti hekk imsejħa "tal- pjaċiri" u qed jiddedika anqas ħin u enerġija għat-tmexxija ħolisitika tal-pajjiż. Politika aktar mikro u anqas makro. Iż-żewġ partiti l-kbar misshom ilhom li tgħallmu l-lezzjoni li l-lealtà ta' min jiġri warajhom għall-pjaċiri hija ferm zoppa. Bosta huma dawk li ħadu pjaċiri sostanzjali taħt in-Nazzjonalisti imma li llum emigraw fil-kamp laburista. Forsi l-gvern preżenti qed jilludi ruħu dwar min qed iwettaqlu xi pjaċir bħalma hu xi mpjieg mal-gvern ser ikun aktar leali lejh. Jista' jkun dan huwa l-każ imma l-ispiża ekonomika ta' dan il-mod kif tkabbar l-appoġġ elettorali ma tistax tiġi sottovalutata. Jekk din l-ispiża ssir insostenibbli u l-finanzi pubbliċi jiġu mhedda u l-ekonomija ssoffri, il-prospetti elettorali tal-gvern illi tant jidhru brillanti llum jittapnu serjament. Għaldaqstant m'hemm xejn determinanti minn dan ir-riżultat elettorali ħlief illi l-PL irid jagħraf jibni l-politika tiegħu b'indirizz anqas klijentari mentri l-Partit Nazzjonalista għandu jipprova jpoġġi ruħu f 'pożizzjoni ta' gvern alternattiva mingħajr ma jsir clone tal-PL. Anzi jrid jagħmel minn kollox biex jiddistingwi ruħu mill-PL u jasserixxi ruħu bħala partit b'ideat ċari u progrediti sabiex jindirizzaw il-ħtiġijiet ta' pajjiżna. Jekk iż-żewġ partiti l-kbar ser jikkonkludu illi l-unika mod kif wieħed jakkwista u jikkonsolida l-poter huwa billi wieħed ikun kollox għal kulħadd u illi l-funzjoni tal-politika hi l-qadi tal-aspirazzjonijiet tal-elettorat irrispettivament mill-ispiża ekonomika , allura pajjiżna verament daħal fi sqaq, sqaq illi jista' jkollu konsegwenzi ferm serji. Jeħtieġ politika ta' responsabilità u għalkemm il-politika ta' Muscat qed tagħti frott immedjat, wieħed għandu dubji serji kemm hi sostenibbli fit-tul. Muscat probabilment ser jibqa' jimmira li jżomm il-poter billi jakkomoda l-aspirazzjonijiet tas-segwaċi tiegħu u anke tan-Nazzjonalisti illi jipprova jħajjarhom jivvutawlu. Imma wieħed jittama illi n-Nazzjonalisti jifhmu l-limitazzjonijiet ta' din il-politika u minkejja s-sens akut ta' disperazzjoni misjuba fiha ma jikkupjawhiex imma jkomplu jfittxu sabiex jibnu oppożizzjoni kredibbli lesta tieħu r-riedni tal-pajjiż f 'idejha fi kwalunkwe mument. Partit qatt m'għandu jinsa li l-iskop eżistenti tiegħu hu li jservi l-pajjiż u mhux lilu nnifsu jew lill-funzjonarji tiegħu. Jekk wieħed jeħtieġ żmien twil fl-oppożizzjoni sakemm wieħed jirrifonda ruħu sabiex jerġa' jkun utli għan-nazzjon, m' għandhiex tkun problema. Aħjar wieħed jieħu l-eżempju tal-Labour Ingliż fejn għamel żmien twil fl-oppożizzjoni fi żmien Thatcher u Major u anke tal-Konservattivi meta tilfu tliet elezzjonijiet infila milli dak tal-Pasok fejn illum kważi sparixxew mill-panorama elettorali Griega minħabba t-tberbiq u l-korruzzjoni taħt it-tmexxija tagħhom. Partit irid jaspira għall-poter, dan huwa l-element essenzjali tal-politika, imma mhux akkost ta' kollox. @ellisjoseph Mhux akkost ta' kollox

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 1 June 2014