Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/321744
30 illum Il-Ħadd 01 ta' Ġunju 2014 SPORTSillum SPORTSillum "Kienet aħbar li ma kontx qed nistenna" – Gilbert Agius HEKK kif ftit tal-jiem ilu l-benjamin tal-partitaji ta' Valletta Gilbert Agius sar kowċ ta' Valletta, dan il-ġurnal għamel kuntatt ma' dan il-kowċ li rebaħ kull unur li għandu x'joffri l-futbol Malti bħala plejer. Nistgħu ngħidu bla tlaqliq li tabilħaqq huwa wieħed mill-aqwa plejers li pproduċa l-futbol Malti f 'kull żmien. Staqsejna lil Gilbert Agius kif ħa din l-aħbar u kif qed iħares lejn din il-kariga ġdida ta' kowċ li ġġorr magħha responsabbiltà kbira. Huwa kien pront wieġeb li: "Kienet aħbar li ma kontx qed nistenna. Andre Paus kien diġà qalli li jekk jibqa' kien se jżommni bħala assistent tiegħu. Il-fatt li għadni pjuttost żgħir fl-età u anki fl-esperjenza fil- kowċing qatt ma bsart li kien hemm unanimità assoluta mill-kumitat fuq l-għażla tiegħi. Dan jimlini bil-kuraġġ u huwa ta' stimolu akbar biex naħdem aktar. Hija sfida kbira li ġġorr magħha ħafna responsabiltà. Ma kienx faċli biex jikkonvinċuni naċċetta għall-fatt li se nibda din l-avventura mill-aħħar skaluna tas-sellum fil- kowċing. L-istess ġrali fil- karriera tiegħi bħala plejer u nirringrazzja lill-Mulej li kienet waħda ta' suċċess. Jien se naħdem u nafda fil-Mulej biex jgħinni għal darb'oħra." Gilbert Agius t-tmun ta' Valletta FC Meta plejer Malti spiċċa mal-aqwa 10 fit-Tournament tal-UEFA ta' taħt is-17–il sena HEKK kif ftit tal-jiem ilu ġie fi tmiemu t-tournament internazzjonali tal-UEFA ta' taħt is-17–il sena li ntrebaħ mill-Ingilterra, Aidan Jake Friggieri – plejer li li għadu jagħlaq is-16–il sena fit-28 ta' April li għadda u li jilgħab mal-youths ta' Sliema Wanderers ġie vvutat fil- lista tal-aqwa 10 plejers f 'dan it-tournamnet li fih kien hemm involuti pajjiżi kbar u kkwotati ferm iktar minn Malta fosthom l-Ingilterra, il-Ġermanja, it-Turkija, l-Olanda, il-Portugall, l-Iżvizzera u l-iSkozja. Friggieri kellu tournament mill-aqwa u rnexxielu jsib ix-xibka fit-telfa ta' 5-2 kontra l-Olanda liema logħba ntlagħbet fil-Gozo Stadium u m'hemmx dubju li dan il-plejer għandu futur mill-isbaħ quddiemu b'bosta saħansitra jikkunsidrawh bħala plejer li jista' jagħmel il-grad barra minn Malta. Dan il-ġurnal għamel kuntatt ma' dan il-plejer ferm żagħżugħ u talbu l-kummenti rigward l-esperjenza tiegħu f 'dan it-tournament kif ukoll x'fisser għalih il-fatt li ġie magħżul mal-aqwa 10 plejers tal-istess tournament ferm prestiġjuż u importanti fil-kalendarju tal-UEFA. Tajjeb ngħidu li kien l-iktar tournament importanti li qatt ġie organizzat f 'pajjiżna b'organizzazzjoni perfetta mill-MFA. Friggieri saħaq li: "Il-prestazzjoni tagħna logħba għal-logħba dejjem kienet għall-aħjar. Fl-ewwel logħba ħassejna naqra tensjoni wkoll.Bdejna nippruvaw ma naqilgħux dawk il-gowls kmieni imma fl-ewwel żewġ logħbiet ma rnexxilniex. It-timijiet kienu b'saħħithom u tajbin ħafna u fil-fatt żewġ timijiet li kienu fil-grupp tagħna spiċċaw telgħu fil-finali. Mal-Olanda kieku qgħadna iżjed attenti kien ikollna riżultat aħjar imma dak huwa l-futbol! Fl-aħħar logħba kontra t-Turkija konna tajbin ħafna imma fit-tieni taqsima batejna ftit u qlajna dak il-gowl mal-ewwel 5 minuti. Jien ngħid li kull plejer seta' jagħti iktar mit-tim tagħna imma overall konna tajjeb wara dawk is-sagrifiċċji li għamilna u ftit minna, inkluż jien kellna wkoll l-O' Levels! Il-fatt li ġejt ivvutat mal-aqwa għaxra tat-tournament mill-UEFA, ninsab kuntent ħafna! Rajtni li ħdimt f 'dan it-tournament imma xorta stajt nagħti dik ix-xi ħaġa iżjed! Ma kontx qed nippretendi li niġi mal-ewwel 10! It-triq quddiemi hija waħda twila u għadni fil-bidu tagħha. Nispera li nibqa' naħdem kif qiegħed nagħmel u nasal fejn nixtieq!" Aidan Jake Friggieri -azzjoni kontra t-Turkija

