Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/321744
32 illum Il-Ħadd 01 ta' Ġunju 2014 SPORTSillum Suċċess bil-muturi Enduro ILBIERAĦ l-Assoċjazzjoni Sport Muturi u Karozzi kompliet l-attivitiajiet tal- Kampjonat ASMK Pasta Poiatti 2013/14 fil-Kumpless Sportiv ta' Ta' Qali bl-aħħar attività tal-Karozzi Autocross u s-seba' attività mill-Muturi Motocross. L-attività tibda bil-Motocross fl-4pm u l-karozzi jibdew fis-7pm sa tard bil-lejl. Nhar il- Ġimgħa lejlet l-attvità saret is-sezzjoni ta' taħriġ għall- karozzi Autocross mis-6pm 'il quddiem. Fl-Autocross Melo Zammit fuq Escort kien iddikjarat rebbieħ tal-Kampjonat Nazzjonali 2013/14. Intant nhar il-Ħadd li għadda l-ASMK organizzat b'suċċess l-ewwel attività Enduro f 'San Lawrenz Għawdex b'veduta mill-isbaħ u ħadu sehem 33 kompetitur maqsuma fit-tliet klassijiet fuq korsa b'distanza ta' 3 kilometri. Fi klassi A reġa' ddomina James Zahra fuq mutur Yamaha 250cc bl-aħjar ħin ta' 3 minuti 27.33 sekonda. Dan kien segwit minn Ian Scicluna fuq mutur Honda 250cc b'ħin ta' 3 minuti 44.14- il sekonda u fit-tielet post spiċċa Joseph Scicluna fuq mutur Honda 125cc b'ħin ta' 4 minuti u 5.35 sekonda. Fil-klassi B (Over 250cc) Matthew Gauci ddomina fuq KTM 300cc b'ħin ta' 3 minuti 30.9 sekondi segwiet viċin tiegħu minn Alex Sant Fornier fuq KTM 450cc b'ħin ta' 3 minuti 49.59 sekonda. It-tielet post intrebaħ minn Victor Bajada fuq KTM 300cc b'ħin ta' 3 minuti u 53.64 sekonda. Fil-klassi Trials ħareġ rebbieħ Rowen Bonello fuq Beta 290cc b'ħin ta' 4 minuti 5.37 sekonda. Renato Mizzi mix-Xagħra Għawdex għamel l-aħjar ħin ta' 4 minuti u 16.32 sekonda fuq Beta 250cc. Il-Premju 'Overall Winner' sponsorjat minn Dunlop Tyres Malta rebħu James Zahra b'ħin ta 3 minuti 27.33 sekonda. Matthew Gauci huwa Runner-Up b'ħin ta' 3 minuti u 30.9 sekondi. Din id-differenza żgħira fl-aħjar ħin tal-ġurnata qed ikompli jagħmel l-attività iktar kompetittiva fit-tiġrija għar- rebħ tal-Kampjonat Enduro. Iżda r-rebbieħ se jiġi mħabbar fl-aħħar tiġrija skedata għal nhar is-Sibt 24 ta' Ġunju 2014. L-Assoċjazzjoni tirringrazzja lill-familja Apap, lis-sidien tal-Barriera f 'San Lawrenz ta' Muħa u Ta' Swiss fejn saret l-attività, lill-Ministeru ta' Għawdex tal-għajnuna utli u l-isponsors Pasta Poiatti, Dunlop-Malta, KTM u Thomas Smith Insurance. Fi tmiem din il-ġimgħa 3 membri tal-Motocross ikkompetew fil-Kampjonat Reġjonali tal-Federazzjoni Taljana FMI. It-tiġrija saret fil-korsa tal-Motocross Franca Villa - Valle al Cantara f 'Messina. Paul Muscat reġa' rebaħ it-tieni post fuq il-podju fil-klassi MX Masters. Clayton Camilleri avvanza l-post li rebaħ fit-tiġrija ta' qabel din. Dan rebaħ it-tielet post fuq il-Podju fil-Klassi MX2 over 21. Edward Ciantar li saq ukoll ma' Clayton kellu bidu ferm tajjeb billi żamm fit-tieni post għal seba' laps iżda kellu jirtira mit-tiġrija minħabba panċer fit-tyre ta' quddiem li kkaġunalu wkoll xi ħsara fil-mutur. Dan it-tim Malti tal-Motocross tal-ASMK Shawn Buttigieg fuq Suzuki Hayabuza 1300cc L-MFA tilqa' lil Javier Zanetti JAVIER Zanetti, il- leġġenda tal-futbol sinonimu l-aktar mat-tim nazzjonali tal-Arġentina u ta' Inter FC fl-Italja, aċċetta stedina li saritlu mill-Malta Football Association u l-Ġimgħa filgħodu sab il-ħin biex iżur l-uffiċini u jiltaqa' ma' uffiċjali mill-amministrazzjoni mmexxija minn Bjorn Vassallo, il-Kap Eżekuttiv u Dr. Chris Bonett u Alex Manfre, Viċi Presidenti tal- Assoċjazzjoni. "Ninsabu onorati li tinsab hawnhekk fostna. Onorati għax minbarra li nafu li qiegħed tibni proġett b' għan benefikarju, għandna quddiemna ġgant tal- integrità u l-onestà tal- futbol mondjali. Għadek kif temmejt karriera importanti u brillanti u ta' dan ħaqqek kull tifħir. Qisna parti minnek u kull għajnuna li tista' tiġi bżonn minn Malta, aħna se nkunu qegħdin nappoġġjawk," qal Vassallo meta fetaħ laqgħa qasira li nżammet fil-kamra tal- Eżekuttiv tal-MFA. Zanetti jinsab f 'Malta biex ikompli jkabbar il-proġett għall-fondazzjoni tiegħu bl-isem ta' PUPI, li tgħin lil dawk it-tfal foqra fl- Arġentina li ma jkollhomx saqaf fuq rashom. Hu ġie f 'pajjiżna bis-saħħa ta' Paul Fenech, ħabib personali tiegħu, mgħejjun minn Sergio Soldano, kowċ fiċ- Ċentru Tekniku tal-MFA u eks-kowċ fl-akkademja ta' Inter FC u ħabib antik tal-istess Zanetti. L-Awtorità tat-Turiżmu ta' Malta wkoll tat is-sehem tagħha biex Zanetti seta' jkompli jkabbar il-proġett tiegħu f 'pajjiżna u permezz tal-immaġini tiegħu jkompli jikber ir- reklam lejn pajjiżna. Zanetti qal kelmtejn tal- okkażjoni fejn irringrazzja lill-MFA u lil Vassallo talli se jsibhom ta' għajnuna fis-snin li ġejjin. "Irrid nirringrazzjak personalment u nirringrazzja wkoll lin-nies kollha tal-Assoċjazzjoni Maltija tal-Futbol. Malta diġà saret parti importanti minn ħajti u m'hemmx dubju li l-mod ta' kif ilqajtuni intom il-Maltin, għamiltuni ferm aktar kburi biex inkompli naħdem għal min hu l-aktar fil-bżonn. Għandi proġett fit-tul għal Malta." Tkellmu wkoll Sergio Soldano u Dr. Chris Bonett li min-naħa tagħhom kellhom biss kliem ta' tifħir għall- eks-captain tal-Arġentina u tal-Inter. "Il-proġett PUPI jidher li miexi sew. Beda minn pajjiżi oħra u se nagħmlu minn kollox biex ngħinu lil Javier ikabbru f 'Malta. Li għandu l-appoġġ tal-MFA hu ta' aktar kuraġġ għal kulħadd." Dr. Bonett min-naħa tiegħu prefera jiddedika d-diskors għall-passjoni li għandu hu wkoll għat-tim ta' Inter FC. Hu rringrazzja lil Mark Attard, uffiċjal tax-xandir Javier Zanetti imkien ma' uħud mill-membri tal-amministrazzjoni tal-MFA, Paul Fenech u Sergio Soldano Ritratt: Domenic Aquilina

