Illum previous editions

illum 1 June 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/321744

Contents of this Issue

Navigation

Page 38 of 39

Il-Ħadd 01 ta' Ġunju 2014 | illum 39 SPORTSillum Ritratt: Ray Attard Il-mara li tiddomina għal kollox ix-x ena tal-badminton femminili f 'Malta li wara xhur ta' taħriġ intensiv tħossok diżappuntata meta tisma' aħbar bħal din. Madankollu ma ħallejtx din id- disfatta twaqqagħli d-determinazzjoni u l-motivazzjoni. Irbaħt it-titli nazzjonali fis-Singles għat-tieni darba u l-mixed għas-sitt sena konsekuttiva. Fis-sajf tas-sena l-oħra mort Pressbaum fl-Awstrija fejn hemmhekk ħadt sehem fi training camp. Tina iktar dettalji. Iva, iddeċidejt li nagħmel hekk sabiex intejjeb iktar il-livell tal-logħba tiegħi. Hemmhekk flimkien ma' kowċis internazzjonali u plejers nazzjonali tal-Awstrija tħarriġt fiżikament, teknikament u tattikament. It-taħriġ kien ikun intensiv mid-9am sa nofsinhar, mit-3pm sal-5pm u mis-7pm sad-9pm. Kif kompliet ħajtek fil-badminton wara dan it-training camp fl-Awstrija? Beda Settembru u bdejna staġun ieħor ta' taħriġ fuq livell nazzjonali u komplejna fejn ħallejna f 'Ġunju. Fil-fatt f 'dan l-aħħar staġun kważi kuljum kien ikolli t-taħriġ tiegħi, dejjem b'ħafna sagrifiċċji kbar. Erġajna morna ranking tournaments fl-Irlanda kif ukoll f 'Ruma fejn kelli prestazzjoni tajba ħafna u spiċċajt kont fit-tmun tat-tieni set 15-13 kontra Sarina Kohlfurst fejn rajna livell ta' plejers għoli ħafna b'punti għoljin ħafna. L-ikbar sorpriża waslet waqt it-tournament li kellna fil-Portugall fejn ġie mħabbar lili u lil Samuel Cali, li kien iċ-champion nazzjonali tal-Badminton tal-2013, li grazzi għar-ranking mondjali kkwalifikajna fis-singles u fil-mixed għall-Kampjonati Ewropej li kienu se jsiru f 'Kazan fir-Russja. Dan it-tournament jistgħu jieħdu sehem fih plejers li jkunu għamlu ranking tournaments u akkumulaw il-punti mil- logħbiet li jkunu ntlagħbu. Għal dan it- tournament jieħdu sehem l-aqwa plejers Ewpropej tal-badminton fosthom Jan Jorgensen (it-3 fid-dinja) u Carolina Marin (l-1 f l-Ewropa). Li nikkwalifika għal tournament ta' livell bħal dan kienet ħolma. Ħolma li seħħet grazzi għall-għajnuna ta' ħafna nies u għaqdiet. Kien ta' unur kbir li ngħollu l-bandiera Maltija waqt iċ-ċerimonja qalb pajjiżi kbar bħal Franza, id-Danimarka, l-Ingilterra, l-Olanda, ir-Russja, l-Italja u oħrajn. Eżattament wara dawn il-Kampjonati Ewropej kellek tirritorna għall-finali tal-Kampjonati Nazzjonali ta' Malta, fejn għall-ewwel darba rnexxielek tirbaħ l-unur tat-triple crown, jiġifieri, ir-rebħ tat-tliet titli (Singles, Mixed u Doubles). X'emozzjoni ħassejt wara li rbaħt dan it-titlu prestiġjuż? Kien mument fejn ħassejtni kuntenta ħafna bil-karriera tiegħi f 'dan l-isport però żgur mhuwiex id-destinazzjoni finali. Kif inbidlet ħajtek f 'dawn l-aħħar sentejn u kif qed tħares lejn il-futur tiegħek fl-isport li tant tħobb – il- badminton? F'dawn l-aħħar sentejn ħajti nqalbet ta' taħt fuq. Il-prijorità bħalissa hija l-karriera tal-badminton. Wara kull telfa titgħallem, wara kull logħba titgħallem u jien dejjem nisħaq fuq dan il-kliem "Champion huwa dak il-plejer li rrifjuta li jaqta' qalbu". Titlef meta taqta' qalbek mill-ostaklu li għandek quddiemek. Fil-proġetti għall-futur hemm ir-rebħ tat-titlu mal-klabb tiegħi Birkirkara Smart Office Supplies, għandi iktar tournaments internazzjonali fl-istaġun li ġej 2014-2015 sabiex inżid ir-ranking tiegħi fil-BWF ranking list, u forsi min jaf fi Spanja fl-2017 għal-Logħob tal-Mediterran, Badminton Malta jkun qiegħed hemm ukoll. Tixtieq tgħaddi xi ringrazzjamenti għal dan is-suċċess kollu li ksibt fil-karriera tiegħek sa issa? Iva, fil-fatt, nixtieq nirringrazzja lil kull min għeni u qiegħed jgħinni f 'din it-triq sportiva tiegħi. Nibda b'missieri l-kowċ Martin Farrugia u l-familja tiegħi, il-klabb tiegħi Birkirkara Badminton Club, Badminton Malta u l-kumitat kollu li dejjem emmen fija, il-Kumitat Olimpiku Malti u l-Kunsill Malti għall-Isport li jemmnu fit-talenti li għandna aħna l-Maltin f 'dan l-isport. Nirringrazzja wkoll lill-iskola fejn ngħallem Immaculate Conception għas- sapport li dejjem urewni. Għaddi messaġġ lil dawk it-tfal u / jew żgħażagħ li bħalek jixtiequ jagħmlu karriera ta' suċċess fil-badminton jew fi kwalunkwe sport ieħor. Tajjeb ngħidu li f 'dawn iż-żminijiet it-tfal għandhom ħafna opportunitajiet sabiex jibdew sport u jużaw il-ħin tagħhom b'mod għaqli u sodisfaċenti. Il-badminton illum il-ġurnata ssibuh fl-iskejjel kif ukoll fil-bosta klabbs li jinsabu kemm Malta kif ukoll Għawdex. Inħeġġeġ lil kull min huwa interessat u għal iktar informazzjoni sabiex jidħlu fil-paġni ta' facebook 'Birkirkara Badminton Club' jew 'Badminton Malta' jew fuq is-siti elettroniċi www. birkirkarabadmintonclub.com jew www.badmintonmalta.org. Min jaf forsi ġo fikom hemm mistoħbi ċ-champion tal-badminton li jmiss! Twieldet d-9 ta' Ġunju 1987 f'Tal-Pietà Bdiet tipprattika l-badminton minn meta kellha biss 4 snin taħt il-gwida ta' missierha Martin Farrugia li kien il-kowċ nazzjonali tal-badminton. Fl-2012 irnexxielha tirbaħ għall-ewwel darba t-titlu tal-Ladies Singles. Fl-1 ta' Mejju rebħet it-Triple Crown tal- Badminton. Fiorella-Marie Sadowski

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 1 June 2014