Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/326226
12 illum | Il-Ħadd 08 ta' Ġunju 2014 JOHN BUSUTTIL jbusuttil@mediatoday.com.mt ĦAFNA huma tal-fehma li meta ssemmi l-Gozo Channel tkun qed ssemmi kumpanija falluta, kumpanija diżorganizzata u li tagħti servizz kif ġieb u laħaq lill-klijenti tagħha. Meta l-verità hi ferm u ferm differenti minn hekk. Għax din il-kumpanija tagħti servizz kontinwu u bla waqfien lill-Għawdxin u l-Maltin li jridu jaqsmu l-fliegu matul is-sena kollha, xemx jew xita. Għandha ħaddiema li jagħmlu ħafna xogħol li ma jidhirx li l-klijenti joħduh b'ovvju u għandhom ekwipaġġ ta' kaptana u baħrin li xogħolhom jafuh sew, filwaqt li l-vapuri tal-Gozo Channel jingħataw manteniment kontinwu u jinżammu ferm tajjeb mill-kaptana u l-baħrin. Dan kollu sirt nafu meta l-Kaptan Manwel Debattista minn ta' Kerċem laqa' l-istedina tiegħi li nitla' fuq il-bridge biex nagħmillu intervista waqt vjaġġ bir- ritorn bejn Għawdex u Malta. Għażilt li mmur ningħaqad mal-kaptan Debattista fuq il-vjaġġ tat-8.15am mill-port tal-Imġarr u tad-9am miċ- Ċirkewwa għal Għawdex. Manwel Debattista ta' 33 sena hu l-iżgħar kaptan tal-flotta ta' 12-il kaptan li għandha l-Gozo Channel u li huma kollha rġiel. Hu wkoll wieħed minn tliet Kaptani Għawdxin li għandha din il-flotta. Il-Kaptan Debattista issa ilu 8 snin kaptan u qabel laħaq għamel erba' snin bħala Chief Officer mal-istess kumpanija. Qalli li x-shift tiegħu kien beda fl-4am u jispiċċa f 'nofsinhar. F'dan ix-shift hu jagħmel ħames vjaġġi li fihom jinħlew 2,300 litru diesel. Tlabtu jgħidli kemm għandhom horse power il-magni fejn qalli li l-magni tal-vapur jaħdmu bl- elettriku li joħduh mill-erba' ġeneraturi. "Aħna nħaddmu tlieta minnhom u ġeneratur minnhom inħalluh stand by għal li jista' jinqala'. Huma l-ħafna li jaħsbu li l-Kaptana ta' Gozo Channel qatt ma jħaddmu l-erba' magni biex jiffrankaw il-ħela u li jekk jagħmlu dan il-vjaġġ jieħu bin-nofs tal-25 minuta li jieħu. "Hi biss perċezzjoni" qalli l-Kaptan. "Naħdmu bi 3 ġeneraturi u jekk inħaddmu r-raba wieħed kulma jkun hemm differenza hu ta' tliet minuti. U għal dawn it-tliet minuti jinħela ħafna aktar fuel u ħafna wear and tear għalxejn. Kultant vapur tarawh idum iżjed jew inqas minn oħrajn minħabba l-manuvra biex jittrakka u dan jiġri skont il-kaptan u anke l-baħar u mhux it-triq innifisha għax tant hi qasira li differenza hi minima għall- aħħar." Bħala persuna li nqisni bħala ambjentalista ma stajtx ma nistaqsihx il-mistoqsija importanti ta' fejn imur il- ħmieġ kollu tal-vapur u jekk id-drenaġġ ma jmurx kollu fil-baħar. "Ma tarax" qalli bi tbissima l-kaptan żagħżugħ, "hu illegali li tarmi fil-baħar Mediterran. Darbtejn fil- ġimgħa jiġu l-bawżers li jbattlu d-drenaġġ kollu. Il-vapuri tagħna jiġġeneraw 30 tunellata ta' drenaġġ fil-ġimgħa." X'inhu x-xogħol eżatt ta' kaptan? "Il-General Manager tal-vapur. Id-deċiżjonijiet jittieħdu mingħandu. Iżda hemm nies oħra li kollha għandhom ix-xogħol tagħhom, bħaċ-Chief Officer li jieħu jew tieħu ħsieb il- manutenzjoni, il-parkeġġ fuq il-vapur u l-iskeda tal-ġurnata. Hemm l-inġiniera u l-baħrin li kollha għandhom ix-xogħol tagħhom. Jiddispjaċini nisma' l-poplu u l-mezzi tax-xandir li jħarsu lejna, il-ħaddiema tal-Gozo Channel, b'mod negattiv. Ħadd ma jaf il-vera xogħol tagħna kollha. Ħadd ma jaf li l-baħrin jidħlu taħt ir- rampa u jagħtuha l-grease kull ġimgħa. Ħadd ma jagħti każ li fix-xita, ksieħ u l-maltemp il-baħrin xorta jridu joħorġu biex jorbtu l-vapur. Anke jekk jinqala xi inkwiet minn xi passiġġiera huma l-baħrin li jridu jieħdu ħsieb jikkalmaw u jikkontenu lil persuna, għax aħna hawnhekk m'għandniex awtorità li narrestaw persuna, u lanqas għandna post fejn inżommuh maqful inkella norbtuh. Jekk jinqala xi ħaġa rridu ninfurmaw il-pulizija biex x'ħin naslu jarrestaw lil persuna. Sadattant huma l-baħrin li jridu jaraw kif jikkontenuh. Il-fatt li ħafna jaħsbu li aħna inferjuri minn kumpaniji navali oħra jweġġagħni. Il-baħrin kollha huma mħarrġin għal dak kollu li jista' jinqala. U jien kburi li jien kaptan ta' dan il-vapur." Meta wasalna ċ-Ċirkewwa stajt nara minn fuq il-bridge il-mijiet ta' turisti li kienu telgħin fuq il-vapur. Fil-fatt il-vapur tad-9 speċjalment fis-sajf jtella' kważi l-massimu li jista' jgħabbi, jiġifieri 900 persuna. "Dan dejjem jekk l-ekwipaġġ ikun ta' 15-il membru. Għax meta jkunu 11-il membru tal-ekwipaġġ, il-massimu li nistgħu ntellgħu hu ta' 500." Kompla qalli wkoll li l-vapur jista jgħabbi sa 82 vettura, 150 vettura bi xkaffa waħda mniżżla u 155 biż-żewġ xkafef imniżżla. Jekk ikun hemm trakkijiet kbar xkaffa ma tistax titniżżel. Fil-fatt il-Gaudos li m'għandux xkafef normalment jintuża għal inġenji kbar u dawk li jkollhom merkanzija perikoluża. "Hemm disa' tipi ta' merkanzija perikoluża u dawn iridu jibbukkjaw qabel u jitqassmu fuq il-vapur mill-baħrin li jafu eżatt id-dettalji ta' kif għandhom jiġu pparkjati. Il-Gaudos hu attrezzat għal din it-tip ta' tagħbija." qalli l-Kaptan Debattista li kompla jgħid li kultant hemm min igerger li l-vapur ma jkunx nadif biżżejjed wara li jkun għadu kif ġarr 900 passiġġier. "Li ħadd ma jifhem hu li kif jasal il-vapur irid jgħabbi mill-ewwel u ma nafx kif umanament hu possibbli li Vjaġġ mal-Kaptan tal-Gozo Channel Manwel Debattista, 33 sena, l-iżgħar kaptan mill-flotta tal-Gozo Channel Għawdex: Int djamant