Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/326226
Il-Ħadd 08 ta' Ġunju 2014 | illum 13 Vjaġġ mal-Kaptan tal-Gozo Channel tnaddaf dak kollu li jħallu 900 passiġġier fi ftit minuti." Tkellimna wkoll dwar kemm jieħu ħin biex il-vapur ikun evakwat f 'każ ta' emerġenza u l-kaptan qalli li f '25 minuta bit-tip ta' slides li għandu l-vapur, dan jitbattal, "U min jaħseb li aħna inferjuri għal vapuri oħra hu żbaljat, għax aħna preparati għal kollox." Iżda lil dan il-kaptan żagħżugħ hemm xi baħar li jdejqu? "L-ebda tip ta' baħar ma jdejjaqni. L-ebda tip ta' baħar ma jaffettwani." Qalli li minn meta kien żgħir kien iħobb l-avventura u qabel kien ibaħħar fuq vapuri ta' merkanzija iżda dejjem xtaq ikun kaptan tal-Gozo Channel u issa li rnexxielu ma jibdlu ma xejn. "Inti ħares minfejn qiegħed jien, tara dan il-ġmiel ta' baħar u gżejjer kif tista' qatt tiddejjaq taħdem minn hawn. Qas noħlom naħdem f 'uffiċċju magħluq bejn erba' ħitan." U hawn nagħtih raġun. L-aħħar mistoqsija kienet dwar x'jiġri meta vapur ma jaħdimx. "Jiġri meta mill- Grigal idur Majjistru u l-baħar jibda ġej minn kull naħa u ma tkunx tista' tidħol titrakka fl-ebda naħa. Anke Lbiċ qawwi jista' jbati biex jidħol il-port tal-Imġarr għax il- baħar jitbaxxa ħafna fil-port. Iżda dan ma jiġrix ta' spiss fortunatament. Dis-sena xi vjaġġ jew tnejn ħassarna biss." Dan l-aħħar fuq it-televiżjoni kien qed jingħad li l-vapuri tal-Gozo Channel għandhom life span li wara ċert snin iridu jitneħħew. Il-Kaptan qalli li l-vapur hu ħaj u jdum ħaj kemm tieħu ħsiebu. "Kull sentejn u nofs jittieħed id- Drydocks għal manutenzjoni, il-magni jingħataw servizz kull 600 siegħa u kulma għandu fih jista' jinbidel bla diffikultà ta' xejn. Jiġifieri li għandu life span ma naqbilx magħha. Jien kaptan tal-Malita u kull vapur għandu l-ekwipaġġ tiegħu u l-vapur għalina inqisuh tagħna u nieħdu ħsiebu ħafna," temm jgħid il-Kaptan. Kif wasalna ċ-Ċirkewwa ndunajt li l-magni tħallew jaħdmu u hu qalli li dak il- ħin kien qed jaħli fuel daqs it-traġitt kollu u dan kien qed jagħmlu għax għalkemm il-baħar kien jidher kalm u żejt kellu mbatt qawwi minn taħt u biex iżommu stabbli ried iżommu hu bl-iskrejjen jaħdmu kollha, "dawn huma affarijiet li n-nies ma jindunawx bihom." Qabel tlaqt innutajt ukoll li vapur daqshekk kbir jaħdem b'joystick daqs naqra, "b'dan il- joystick indawwar l-iskrejjen fejn irrid jien u naqleb il-flaps skont il-bżonn." Tbissimt, ħadtlu b'idu, sellimt lil baħrin u tlaqt lejn id-dar deċiż li żgur li qabel nibda ngerger mil-lum 'il quddiem nagħraf naħseb dak li vera jkun qed jinħema minn wara l-kwinti. Manwel Debattista, 33 sena, l-iżgħar kaptan mill-flotta tal-Gozo Channel Statistika interessanti li ġbarna minn din l-intervista Hemm 12-il kaptan (kollha rġiel) mal-Gozo Channel, 3 • minnhom Għawdxin F'kull vjaġġ jaħdem ekwipaġġ ta' 11 jew 15-il persuna • Bi 11 jitellgħu 500 passiġġier u b'15-il ekwipaġġ jittellgħu • massimu ta' 900 passiġġier Jesa' 82 vettura mingħajr xkafef, bi xkaffa waħda mniżżla • 120 vettura u b'żewġ xkafef 155 vettura Bi 3 ġeneraturi u b'4 ġeneraturi d-differenza fil-ħin tal- • vjaġġ tkun biss ta' 3 minuti Il-vapuri jkollhom 30 tunellata ta' drenaġġ li jinġabru • minn bawżers darbtejn fil-ġimgħa Il-vapur Gaudos hu l-uniku vapur li hu attrezzat biex iġorr • disa' tipi ta' merkanzija perikoluża Kull vjaġġ bir-ritorn il-vapur jaħli 450 litru fuel • Il-magni jaħdmu bl-elettriku li jiġġenera minn erba' • ġeneraturi li jitfgħu massimu ta' 5040 KW Kull 600 siegħa l-magni jingħataw servizz • F'każ ta' evakwazzjoni l-ħin massimu hu ta' 25 minuta • Il-Poodle bħalissa mħabbat bl-istudju tal-eżamijiet! Jekk tara xi ħaġa interessanti ibgħatuhieli. Jekk tara lil xi ħadd interessanti ibgħatli ritratt bil-mowbajl. Ibgħat lil poodle@ mediatoday.com.mt Il-poodle isejjaħ … Spejjeż ta' miljuni aktar fil-Life Sciences jistgħu jitħallsu bi tpartit WARA li l-bini tal-Life Sciences fiż-żona industrijali ta' San Ġwann ġie jiswa miljuni aktar milli mistenni, idea u proġett imniedi miċ- ċermen tal-Malta Enterprise ta' qabel Alan Camilleri, il- gvern qed jaħseb biex joffri lill-kuntrattur ħlas permezz ta' tpartit. Il-binja kienet inbdiet fl-2011 fejn kien hemm il-fabbrika ta' Yorkie, fuq medda ta' art ta' 10,000 metri kwadri. Il-proġett kellu jiswa ftit miljuni imma qed jingħad ser jiġi jiswa xi miljuni aktar milli previst. Parti mid-diskussjonijiet jinkludu li l-kuntrattur jitħallas bi tpartit u jingħata ċ-ċans jibni supermarket, ikollu parkeġġ u ċentru ta' konferenza fuq is-sit. Dak iż-żmien b'ħafna pompa u flimkien ma' Alan Camilleri, il-Ministru tal- Finanzi Tonio Fenech kien qal li l-Life Sciences kien ser ikun ċentru għar-riċerka xjentifika. Iċ-ċermen Alan Camilleri kien ftaħar li l-Malta Enterprise kienu ser iniedu Bio Malta Foundation biex jidderieġu l-viżjoni u d-direzzjoni strateġika ta' dan il-proġett. Dan kien diġà interpretat bħala 'white elephant' ieħor tal-gvern u paroli fil-vojt u infatti ftit xhur ilu din il- fondazzjoni tista' tgħid ġiet ikkunsidrata bħala ħela ta' ħin wara li ċ-ċermen tal- Fondazzjoni Professur Sir Christopher Evans spiċċa mill-kariga wara intervent mill-Malta Enterprise. Bħalissa l-Gvern jidher li qed jieħu l-attitudni li 'overruns' minn kuntratturi privati ma jiġux ittollerati. Il-kuntrattur ta' dan il- proġett jidher li hu Żaren Vassallo. Lawrence Gonzi ipoġġi l-ewwel ġebla tal-Life Sciences Park