Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/326226
Il-Ħadd 08 ta' Ġunju 2014 | illum 27 SPORTSillum Ikomplu l-wirjiet pożittivi ta' Christian Schembri l-kick-boxing LAĦĦAR kompetizzjoni li kien involut fiha l-kick-boxer Christian Schembri kienet dik ta' nhar il-Ġimgħa 16 ta' Mejju. L-avveniment li ħa sehem fih kien jismu 'Boxing with the Stars' organizzat minn Paul Borg, taħt il- kappa tal-European Boxing Federation għat-taqbidiet semi-professjonali u l-Malta Boxing Commission għal dawk professjonali. Din il-kompetizzjoni kienet mistennija ħafna mill- partitarji għaliex kien hemm 12-il taqbida b'boxers Maltin ta' kwalità għolja kontra boxers internazzjonali. Schembri kien qiegħed jistenna dan l-avveniment b'ħerqa kbira, peress li kien għadu ġej minn telfa bil- punti viċin ħafna mal-iktar boxer esperjenzat f 'Malta, Dione Galea. F'din it-taqbida Christian kellu wirja tajba ħafna, fejn żewġ ġudikaturi taw rebħa lil Dione Galea u wieħed lil Schembri, allura huwa kellu jaffronta dik li jsejħulha Split Decision. Għal din ir-raġuni, Christian kien ħerqan għall-kompetizzjoni 'Boxing with the Stars', fejn kien jaf li kien se jiġġieled kontra boxer Ingliż b'rekord sod ta' rebħ warajh, u fuq livell personali ried jerġa' jmur għar-rebħa. Bħas-soltu, Schembri pprepara għal dan il-konfront b'serjetà u dedikazzjoni, fejn segwa l-programm ta' taħriġ intensiv li kien jikkonsisti li huwa jitħarreġ kuljum mit-Tnejn sas-Sibt. Għal din it-taqbida, huwa żied ukoll it-taħriġ fiżiku mal-Personal Trainer Clayton Gatt, fejn kien jagħmillu taħriġ ta' eżerċizzji fiżiċi speċifiċi biex it-tekniċi tal-boxing joħorġu iktar b'saħħithom. Barra minn hekk, kellu wkoll sessjonijiet ta' sparring regolari, fil-gym Fight Factory, mal-aqwa boxers Maltin, fosthom Richard 'The Viper' Vella, Tyrone 'El Terribile' Borg u Etienne 'Buddy' Spiteri. B'din il-preparazzjoni, Schembri wasal għall- konfront tiegħu f 'kundizzjoni fiżika u psikoloġika tajba ħafna, u dan wassal biex huwa jagħti prestazzjoni tajba ħafna fil-kompetizzjoni. It-taqbida kienet waħda viċina ħafna, fejn hu u l-avversarju tiegħu Will Fern għamlu erba' rawnds sħaħ jippruvaw imorru minn fuq. Għal daqstant, allavolja hu u l-kowċis tiegħu Steve Martin u Sensei Silvio Camilleri ħassew li kellhom wirja aħjar minn ta' Will Fern u denja ta' rebħa tajba, il-ġudikaturi waslu għall-konklużjoni li t-taqbida kellha tiġi f 'parità. Ta' min jgħid li allavolja kien sodisfatt mill-prestazzjoni tiegħu f 'din il-kompetizzjoni, xorta kellu diżappunt kbir li ma rebaħx it-taqbida. Iżda d-diżappunt malajr kellu jinsieh u jibda l-preparamenti tiegħu għal taqbida oħra boxing, din id-darba fl-avveniment organizzat minn Prize Boxing Promotions ta' Demis Tonna, li se jkun jismu 'Rock Solid'. Dan ser ikun l-ikbar avveniment tal-boxing li qatt sar f 'pajjiżna, li se jkun fih ħmistax-il taqbida, tnejn minnhom professjonali, tal-kowċ tiegħu 'Super' Steve Martin u atleta professjonali ieħor mill-istess gym li fih jitħarreġ Schembri, Tyrone 'El Terribile' Borg. Din it-taqbida għal Schembri se tkun l-iktar waħda importanti kemm ilu jikkompeti f 'dan l-isport, fejn se jitqabad ma' atleta ieħor Malti għat-titlu ta' champion semi-professjonali tal-Prize Boxing Promotions fil-kategorija 'Light Heavy Weight'. Għal dan l-avveniment, Christian Schembri u erba' minn sħabu tal-Fight Factory li se jikkompetu f ''Rock Solid', li huma: 'Super' Steve Martin, Tyrone 'El Terribile' Borg, Richard 'The Viper' Vella u Mario Borg, se jitilgħu tliet ijiem l-Ingilterra biex jitħarrġu fil-gym professjonali TRAD TKO, taħt it-tmexxija tal-kowċ professjonali Barry Smith, biex kemm jista' jkun ikunu fl-aqwa kundizzjoni possibbli għal din il-kompetizzjoni. Bħal dejjem, Christian Schembri xtaq jirringrazzja lill-familja, lill-kowċis u lil sħabu tal-għajnuna li jtuh kuljum għat-taħriġ, u li mingħajrhom ma kienx żgur jasal li jikkompeti għal dan it-titlu. Fl-aħħar nett huwa xtaq jirringrazzja lill-partitarji tiegħu tal-kuraġġ kbir li jagħmlulu waqt it-taqbidiet li huwa jkun involut fihom. Christian Schembri -azzjoni kontra Will Fern Tliet titli nazzjonali għal Mark Herrera BEJN nhar l-Erbgħa 28 ta' Mejju u l-Ħadd l-1 ta' Ġunju ġew organizzati l-Kampjonati Nazzjonali tal-Atletika fit-Trakka Matthew Micallef St John, il-Marsa. Waqt din il-kompetizzjoni, Mark Herrera, reġa' wera l-kapaċità tiegħu fit-tlielaq tal 'middle distance' fejn għal sena oħra reġa' żamm it-titli li kellu. Herrera rebaħ it-titli nazzjonali fit-3000m Steeplechase, 1500m u t-800m, fejn ta' min insemmu li din kienet waħda mill-aqwa tiġrijiet li kien hemm waqt dawn il- kompetizzjonijiet, fejn rajna għall-ewwel darba fl-istorja tal-'middle distance' lokali, xejn anqas minn sitt atleti jiksru ż-żewġ minuti fl-istess tellieqa. L-impenji li jmiss għal Herrera huma l-kompetizzjonijiet internazzjonali tal-European Athletics li se jsiru f 'Georgia, fejn se jieħu sehem fl-1500m u 3000m Steeplechase. Mark Herrera huwa sponsorjat minn Nyoo Destination Wellness u Kristal Water waqt li jibbenefika mill-iskema Governattiva tal-isport 20/20. Mark Herrera tmiem il-nali tat-800 metru