Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/326226
4 illum | Il-Ħadd 08 ta' Ġunju 2014 JAMES J. PISCOPO jpiscopo@mediatoday.com.mt WARA l-karta tal-ħames ewro, issa jmiss lill-karta tal-għaxar ewro biex tinbidel għal waħda aktar moderna u b'aktar miżuri ta' sigurtà. Il-proċess għaddej ġmielu biex il-karta l-ġdida tidħol f 'pajjiżna lejn l-aħħar ta' Settembru li ġej, u dawn il- flus diġà bdew jiġu stampati. F'dawn il-jiem, il- Bank Ċentrali Ewropew beda jqassam fuljetti ta' informazzjoni dwar il- karta l-ġdida biex jiżgura li n-negozji jkunu preparati għal din il-bidla. Il- pubblikazzjoni tgħinhom ukoll jagħmlu użu massimu minn diversi karatteristiċi ġodda ta' sigurtà li wieħed se jibda jsib f 'din il-karta l-ġdida. Il-fuljett beda jitqassam fil-Fillandja u l-Estonja din il- ġimgħa u mistenni jasal f 'kull pajjiż taż-żona ewro sal-aħħar ta' dan ix-xahar. Hu maħsub li dan se jasal għand tliet miljun ħanut u negozju żgħir fl-Ewropa inkluż Malta. L-għaxar ewro l-ġdida mistennija jkollha l-kuluri jgħajtu aktar, bin-numru 10 jkun aktar evidenti. Ix- xbihat fuq il-karta mistennija jikbru, apparti karatteristiċi ta' sigurtà bħal ologrammi u watermarks li se jsiru aktar sofistikati. Dan l-eżerċizzju se jkun qed jimmira li jagħmila aktar diffiċli lil dawk li jistampaw il-flus foloz. Hu maħsub li matul l-2013 inġabru aktar minn 660,000 karta tal-flus foloz li kienu fiċ- ċirkolazzjoni. Id-disinn il-ġdid jieħu inkonsiderazzjoni t-tkabbir tal-UE bl-isħubija ta' pajjiżi Karta tal-flus ġdida tal-€10 Il-PN fuq il-problema tal-obeżità f 'pajjiżna Il-problema tal-obeżità hija sfida li rridu nindirizzaw b'mod multi-dimensjonali fuq livell nazzjonali. Din hija sfida li nistgħu negħlbu biss b'politika ħolistika li ġġib flimkien l-oqsma kollha ta' governanza; il- politika edukattiva, soċjali u tas-saħħa. Dan tħabbar ilbieraħ mill-Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil waqt diskors fit-tmiem tal-Konferenza Nazzjonali tal-iSport organizzata mill- Partit Nazzjonalista bit-tema L-Isport f 'Malta, il-Pass li jmiss. Busuttil iddeskriva din il-proposta bħala pass ieħor importanti mill- Oppożizzjoni li qed taħdem bis-sħiħ sabiex tkun proattiva u tieħu azzjonijiet biex pajjiżna jkompli jimxi 'l quddiem. Qal ukoll li Il-gvern sieket dwar il-kummissarju tat-tfal JAMES J. PISCOPO jpiscopo@mediatoday.com.mt "ILGVERN se jieħu d-deċiżjonjiet rigward il- kummissarju tat-tfal meta jkun il-waqt." Din biss kienet ir-risposta xotta li l-Ministeru għall- Familja ta lil dan il-ġurnal meta mistoqsi dwar x'kienu l-intenzjonijiet tal-gvern għall-kariga ta' kummissarju tat-tfal. Dan fid-dawl li issa t-terminu tal-kummissarju Helen D'Amato diġà skada b'madwar sena. Il-Ministeru rrifjuta milli jirrispondi x'kienet ir-raġuni ta' dan id-dewmien, jekk intgħażilx isem partikolari u meta dan hu mistenni li jitħabbar. Il-Ministeru ta' Michael Farrugia baqa' sieket ukoll meta staqsejna biex almenu nkunu nafu x'inhi l-intenzjoni tal-gvern, jekk hux ħa jiġġedded it-terminu ta' Helen D'Amato jew jinħatarx suċċessur. F'kummenti li kienet tat lil din il-gazzetta l-ġimgħa li għaddiet, Helen D'Amato qalet li s-sena l-oħra kienet ingħatat struzzjoni mill- Ministru Marie Louise Coleiro Preca biex din tkompli fil-kariga "sakemm ma tkunx infurmata mod ieħor." Iżda din il-gazzetta hi infurmata li din kienet biss deċiżjoni temporanja li ma tfissirx tiġdid awtomatiku ta' terminu ieħor. Fl-intervista mal-ILLUM, D'Amato żiedet tgħid li kompliet isservi fl-aqwa interess tat-tfal u li jekk tiġi mitluba biex tibqa' hi tiddeċiedi fl-affirmattiv. Kollox jindika li l-intenzjoni tal-gvern kienet li tinħatar persuna oħra flok Helen D'Amato, li fil- passat kienet serviet bħala segretarju parlamentari Nazzjonalista. Qabel ma ntgħażlet biex isservi bħala president tar- Repubblika, l-eks Ministru Marie Louise Coleiro Preca kienet bdiet il-proċess biex issir għażla xierqa għas- suċċessur ta' D'Amato. Tant hu hekk li għall-ewwel darba, kienet nediet proċess ta' konsultazzjoni mat-tfal dwar x'riedu jaraw fil- kummissarju l-ġdid. Din il-konsultazzjoni kienet intemmet fit-23 ta' Novembru 2013 bil- parteċipazzjoni ta' 300 tifel u tifla, u ġimgħa u nofs wara – jiġifieri fl-4 ta' Diċembru – id-dokument li jiġbor il-ħsibijiet tagħhom kien ġie preżentat lil Prim Ministru Joseph Muscat f 'Kastilja. Id-dokument jgħid li t-tfal jixtiequ li l-kummissarju tat- tfal tkun ta' madwar 30 sena u żgur mhux aktar minn 45 sena. Jekk il-gvern se juża l-gwidi li ngħatawlu mit-tfal, dan awtomatikament jeskludi t-tieni terminu ta' Helen D'Amato, li għandha 58 sena. Fost affarijiet oħra, it-tfal talbu wkoll li l-kummissarju l-ġdid għandha tkun kapaċi li tidħol fiż-żarbun tagħhom, li tpoġġi l-interess tat-tfal l-ewwel u qabel kollox u li ttihom vuċi. Fl-aħħar ħdax il-sena Malta kellha tliet kummissarji tat- tfal, kollha nisa. Wara li l-Att dwar il-Kummissarju tat-Tfal għadda mill-Parlament fil-5 ta' Diċembru 2003, fl-istess sena nħatret Sonia Camilleri bħala l-ewwel kummissarju tat-tfal, segwita minn Carmen Zammit fl-2007 u Helen D'Amato fl-2010. Helen D'Amato, inħatret Kummissarju tat-Tfal fl-2010 Il-Knisja f 'Għawdex ġabret €120,000 għall-karità MATUL is-sena 2013, il- Knisja f 'Għawdex ġabret iktar minn €128,362 għall- karità. Dan jirriżulta minn tagħrif li ġie ppubblikat fuq il-Bullettin tad-Djoċesi. Il-Kurja ta' Għawdex qalet li din iċ-ċifra tirrifletti biss il-ġbir li sar fil-ħmistax-il parroċċa ta' Għawdex, u mhux fil-knejjes l-oħra, inkluż dawk tar-reliġjużi. Dan jissarraf f 'medja ta' €8,557 kull parroċċa. Il-ġbir prinċipali mar b'riżq id-Dar tal-Providenza f 'Malta, kif ukoll għall- Fondazzjoni Arka li f 'isem id-Djoċesi ta' Għawdex tamministra dar ta' residenza għall-persuni b'diżabbiltà. Ġabriet oħra Id-Djoċesi ta' Għawdex