Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/326226
Il-Ħadd 08 ta' Ġunju 2014 | illum 19 D-Day terġa' jkollha gwerra globali oħra. Għalhekk twaqqfet il- Ġnus Magħquda propju biex isservi t'arena ta' diskussjoni u diplomoazija u suppost biex min hu b'saħħtu ma jiħux il-liġi b'idejh. B'dan kollu ftit anqas minn 15-il sena wara fil-kriżi ta' Kuba kienet se tfaqqa' waħda kbira nukleari. Ġiet skansata bi żbrixx. Illum l-armamenti huma aktar sofistikati u devastanti. Il-bniedem ma kellux il-ħila wara żewġ gwerer daqstant kbar joħroġ sistema ta' diżarm mhux biss tat-telliefa iżda anke tar- rebbieħa. L-industrija tal-armamenti bil-kuntrarju rvillat. Parti minħabba l-biża' ta' xi gwerra oħra iżda l-aktar għaliex din l-industrija saret skop għall- profitt fiha nnifisha daqs industrija li tipproduċi l-karozzi. Ma tridx tkun xi għaref biex tintebah li meta l-imħażen ta' min ibiegħhom dejjem tinqala' xi gwerra x'imkien! L-iżbark ta' eluf ta' suldati fuq ix-xatt ta' Franza laħaq l-iskop tiegħu biex Hitler jispiċċa, iżda l-iskop veru ta' dawk li mietu għadu jrid jintlaħaq. Għalkemm huwa minnu li mill-1945 'l hawn qatt ma kien hawn gwerra f 'sens dejjaq tal- kelma mondjali, id-dinja xorta ma waqfitx mill-ġlied. Kellna gwerra oħra kbira għaddejja bl- intermedjarji. Fl-Amerika t'Isfel, fil-Kontinent Afrikan, fl-Asja u issa fil-pajjiżi Għarab u l-Lvant Nofsani l-gwerer ma qatgħu qatt. Gwerer li dejjem seħħew il-parti kbira tagħhom b'armamenti maħduma fil-pajjiżi fejn suppost jgħożżu d-demokrazija. Meta kont qiegħed nara ċ-ċelebrazzjonijiet ta' D-Day fuq il-kosta ta' Franza u rajt id-dinjitarji fuq quddiem b'dak il-wiċċ rispettabbli u dinjituż, ħassejt ċerta qrusa storika. Filwaqt li kienu qegħdin jiċċelebraw il-miġja tal-paċi u ħelsien fid-dinja, dawk l-istess dinjitarji u ta' qabilhom minn meta spiċċat it-Tieni Gwerra Dinjija ma waqfux taħt skuża jew oħra jiffomentaw l-inkwiet. Issa bl-iskuża tad-demokrazija. Issa bi skuża ta' xi ħażna kbira ta' armi kimiċi issa għal ħaġa jew oħra xorta għadhom jagħtu bis-sieq lil xulxin minn taħt il-mejda. D-Day kellna taħbat ukoll ma' anniversju ieħor lokali. Is-Sette Giugno. Għandu xebh mal-iżbark tal-Alleati fi Franza għaliex b'mod għal kollox differenti kien ukoll iż-żerriegħa tal-Ħelsien ta' pajjiżna mill- preżenza tal-barrani. Kienet il-bidu ta' mixja twila li waslet għall-Indipendenza fl-1964. Iżda anke hawn wieħed irid jistaqsi jekk meta ħlisna mill-barrani twikkejniex b'ieħor. Kemm meta ma konniex u kif ukoll meta aħna membri tal-Unjoni Ewropea. L-Unjoni Ewropea fiha nnifisha huwa kunċett tajjeb ħafna. Kien hemm diversi proġetti oħra qabel. Kostantinu ried jintroduċi sistema waħda ta' liġijiet u munita waħda. Flok l-ewro, s-"Solidus" minn fejn ġejja l-kelma sold. Warajh Karlu Manju ried joħloq imperu wieħed taħt kuruna waħda taħt liġi waħda. Napuljun ried Ewropa waħda taħt liġi waħda. Fil-fatt il-kodiċi ċivili li kważi ssibu kullimkien huwa monument ħaj għalih. Anke Adolf Hitler bil-ġenn kollu tiegħu, kellu din il-ħolma ta' Ewropa waħda taħt il-Ġermanja. Jiġifieri l-proġett Ewropa waħdu huwa proġett li ilu ġej taħt forma jew oħra. Iżda l-falliment ta' dawn il-proġetti dejjem kienet l-attitudni ta' min ħolmu: li l-pajjiżi Ewropej isiru kollha l-istess f 'kollox. Ħaġa li hija impossibbli minħabba d-diversità tal-pajjiżi Ewropej. Għalkemm illum l-Unjoni Ewropea tippromwovi d-diversità, fir-realtà dan mhux qed isir. Saret ossessjonata li trid tirregola sal-inqas ħaġa li tolqot il-ħajja ta' kuljum taċ-ċittadini. Saret tfassal liġijiet tal-istess daqs għal kulħadd, meta mhux kulħadd għandu l-istess realtajiet ekonimiċi, storiċi u kulturali. Ftit ftit qiegħda ssir Ewropa anqas rappreżentattiva. Id-deċiżjonijiet ta' veru mhumiex f 'idejn min huwa elett demokratikament iżda f 'idejn teknokratiċi, ministri u uffiċjali li mhumiex rappreżentattivi tar-rieda tan-nies. Forsi għalhekk il- bruda elettorali kull meta jaslu l-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew. Ftit ftit l-Unjoni Ewropea qiegħda ssir bħal dawk li ġew qabel bi proġetti ta' Ewropa waħda. Jiena nemmen li dan il-proġett jista' jseħħ. Iżda jekk dawk li jieħdu d-deċiżjonijiet mhux se jintebhu li l-Unjoni Ewropea trid issir aktar rappreżentattiva, aktar pragmatika u sensittiva għall- pajjiżi individwali u li triq għall-Ewropa Federata għandha t-trabokki storiċi tagħha, hemm possibbilità li jkun hemm diżappunti kbar. Politiċi bħal Marine Le Pen u Nigel Farage qegħdin jirkbu tajjeb fuq dan is-sentiment. Ma nħallux dak li ġara f 'D-Day jisfaxxa u ma jservi għalxejn. ukoll mill-forzi Ġermaniżi u l-alleati tagħhom f 'konflitt għad-dominanza aħħarija li ħalla miljuni kbar ta' vittmi. Konflitt li ġie pprovokat minn ideoloġija qarrieqa li ddedikat enerġija bla predeċent għall-qerda ta' massa ta' kategoriji speċifiċi ta' nies, il-Lhud, l-omosesswali, iż-żingari u d-diżabbli. Ideoloġija li tilfet il-boxxla kollha taċ-ċiviltà imma li għad għadek issib min jissimpatizza magħha. Sebgħin sena mhumiex żmien twil fl-annati tal-istorja. Imma ftit ġimgħat oħra sejrin nikkommemoraw anniversarju ieħor, il-mitt sena minn meta faqqgħet l-Ewwel Gwerra Dinjija. Fi tletin sena, id-dinja, u speċjalment l-Ewropa, kienet għaddiet minn gwerra dinjija, miljuni ta' mwiet, il-waqgħa ta' tliet imperi, id-Dipressjoni l-Kbira, it-twelid ta' reġimi dittatorjali b'ideoloġija anti- liberali u Gwerra Dinjija oħra fejn il-Ġermanja ppruvat terġa' tieħu d-dominanza tal-kontinent li ma kienx irnexxielha tieħu fl-1918. L-Ewropa tal-1945 kienet f 'rovina materjali u spiritwali. L-ideoloġiji anti-liberali kienu fallew totalment u ħallew miljuni kbar ta' vittmi u ħsara materjali immensa. L-alternattiva għal- liberaliżmu kien is-soċjaliżmu sovjetiku li impona żvilupp ekonomiku mgħaġġel bil- kollettivazzjoni tal-artijiet agrikoli u n-nazzjonalizzjoni tal-mezzi kollha produttivi. Is-soċjaliżmu sovjetiku kien ukoll sinonimu mal-assenza totali ta' libertajiet individwali u ċaħda tad-drittijiet tal-bniedem b'mod massiċċ. Mill-banda l-oħra, il-liberaliżmu kien wera l-limitazzjonijiet tiegħu wkoll għax kienu reġimi essenzjalment liberali li ħallew in-nazzjonaliżmu jirkibhom u jkaxkarhom għall-ewwel konflitt mondjali. Kien taħt il-liberaliżmu wkoll li tant nies soffrew fil- kriżi ekonomika tas-snin tletin li verament ġiet biss issuperata bir-riarm li ġabet magħha t-Tieni Gwerra Mondjali. Wara t-Tieni Gwerra Dinjija kibru l-ilħna favur Ewropa aktar magħquda sabiex ma jerġax ikun hemm konflitt bejn ġirien bħalma kien hemm fis-snin ta' qabel. Tajjeb li wieħed jiftakar li bejn l-1870 u l-1940, il-Ġermanja invadiet lil Franza tliet darbiet. Kien f 'dan l-isfond li fl-1946 Churchill issuġġerixxa t-twelid tal-Istati Uniti tal-Ewropa. Ir-retiċenza Brittanika għal tali proġett mill-ewwel dehret ċara u l-Kunsill tal-Ewropa li twieled fl-1949 ma setax jevolvi aktar minħabba l-oppożizzjoni Brittanika. Kien għalhekk li fid-9 ta' Mejju 1950, il-Ministru tal-Affarijiet Barranini Franċiż, Robert Schumann, ippropona t-twaqqif ta' komunità biex tintegra l-produzzjoni ta' faħam u azzar, żewġ elementi importanti fi kwalunkwe gwerra. B'hekk twieldet fl-1951 il-Komunità Ewropea tal-Faħam u l-Azzar li fiha ssieħbu Franza, l-Italja, il- Belġju, l-Olanda, il-Lussemburgu u l-Ġermanja tal-Punent. Sitt snin wara ġie ffirmat it-Trattat ta' Ruma u din il-komunità wessgħet l-iskop tagħha sabiex jitwaqqaf suq komuni bejn il-pajjiżi membri. Mill-1958 'l hawn saru bosta żviluppi u s-suq komuni mhux biss sar realtà imma llum minn sitt pajjiżi sirna tmienja u għoxrin pajjiż, inkluż Malta, li għażlu li jaqsmu s-sovranità tagħhom u jissieħbu fil-proġett komuni Ewropew. Dawn il-pajjiżi għandhom populazzjoni ta' 500 miljun u jħaddnu reġim waħdani ta' liġijiet fil-forma ta' direttivi u regolamenti li 90% minnhom huma approvati minn parlament elett direttament mill-poplu. Dan ir-reġim regolatorju spiss jiġi imitat minn pajjiżi terzi fl-Asja, fl-Afrika u fl-Amerika Latina. Barra minn hekk, għad hemm bosta pajjiżi oħra li minkejja s-sentimenti ewroxettiċi li spiss jitfaċċaw fil-pajjiżi membri jridu jissieħbu wkoll. Tmintax mit-tmienja u għoxrin pajjiż membru adottaw munita komuni li tintuża minn 334 miljun Ewropew, ma' liema munita intrabtu muniti oħrajn li jintużaw minn 210 miljun ruħ. Munita li minkejja kollox ser tkompli bi sħiħ il-proċess ta' integrazzjoni ekonomika u t-twessigħ tas-suq waħdieni. Fuq kollox, l-Unjoni Ewropea, kif issa hija magħrufa l-idea li Schumann ippropona fl-1950, ippresediet fuq l-itwal żmien ta' paċi fil-kontinent Ewropew għal ħafna żmien. Waħda mill-akbar problemi li n-nies f 'pajjiżna jassoċjaw mal-UE, hi dik tal- immigrazzjoni illegali hija wirja ċara tas-suċċess tal-proġett Ewropew. Kieku m'hawnx il-paċi u l-prosperità ekonomika fl- Ewropa, kieku ħadd mhu qiegħed ifittex li jirriskja ħajtu fid-deżert u f 'dgħajsa ċeqlembuta fil- Mediterran sabiex iniżżel saqajh fuq l-art Ewropea. Problemi l-Ewropa ċertament għandha bosta u dan speċjalment wara l-kriżi ekonomika severa li ħakmet il-kontinent u speċjalment iż-żona ewro wara l-2008. Il-libertà li kellhom l-istati membri li jonfqu kemm iridu u jiżvalutaw il-munita tagħhom meta pajjiżhom ma jibqax kompettiv spiċċat bit-tħaddin tal-ewro kif ukoll ta' reġim ta' responsabilità fiskali mnebbaħ mill-Ġermaniżi dejjem viġilanti li għandhom il-memorja kollettiva tagħhom ittimbrata bl-esperjenza kerha tal-iperinflazzjoni ta' żmien ir-repubblika ta' Weimar. Ir-regoli ta' Maastricht jillimitaw id-defiċit pubbliku u d-dejn nazzjonali. Minflok il-pajjiżi jridu jadottaw il-proċess aktar diffiċli tal-iżvalutazzjoni interna sabiex jindirizzaw il-problemi ta' nuqqas ta' kompetittività u jridu jnaqqsu l-ispiża pubblika. Bħala riżultat ta' din il-kriżi, l-Ewropa llum hi fil-maġġorparti kontinent għajjien bi tkabbir ekonomiku kajman jekk mhux ineżistenti għall-aħħar. Irridu nsaqsu jekk is-soluzzjoni għall- problemi ekonomiċi li għandna hijiex l-awsterità li l-Ġermaniżi u l-alleati Nordiċi tagħhom jinsistu fuqha jew inkella wieħed għandux jieħu l-parir ta' bosta ekonomisti neo-keyneżjani, speċjalment Amerikani, bħal Paul Krugman u Joseph Stiglitz. Issa li l-perikli għaż-żona ewro naqsu drastikament u l-investituri reġgħu sabu l-aptit għat-titli tal- pajjiż membri, huwa meħtieġ bl- aktar mod urġenti li terġa' tirranka l-ekonomija reali bħalma għamlet l-ekonomija Amerikana li rkuprat il-postijiet tax-xogħol kollha li kienet tilfet bir-riċessjoni. Din hija l-akbar sfida Ewropea, sfida li l-partiti ewroxettiċi bir-retorika kollha tagħhom m'għandhomx ir-risposti għaliha. Anke bosta gvernijiet nazzjonali m'għandhomx ir-risposti għal din l-isfida. Madankollu, is-sens komun jgħidlek li soluzzjoni minnhom żgur trid tkun dak li Monti kien iħambaq fuqu meta kien Prim Ministru Taljan li s-suq waħdieni jrid jitwessa' minkejja l-oppożizzjoni Ġermaniża sabiex jistimula t-tkabbir ekonomiku. Jidher ukoll li qed jitwieled konsensus li r-regoli dwar id-defiċit pubbliku jridu jiġi interpretati b'mod anqas sever u l-pajjiżi membri jkollhom aktar flessibilità sabiex jistimulaw ir-ritmu ekonomiku fid-dawl ta' riċessjoni li pajjiżhom jinsab fiha. Wieħed jittama li l-Kummissjoni l-ġdida turi enerġija ġdida sabiex il-firxa tas-suq waħdieni titwessa aktar u sabiex l-ħolqien tax-xogħol jitpoġġa fiċ-ċentru tal-ħidma tagħha. Dan jista' jsir ukoll bit-tneħħija ta' regoli mhux meħtieġa li jinibixxu t-tkabbir ekonomiku. Min-naħa tagħhom, il-pajjiżi membri jridu jgħarfu jgħaddu aktar poteri liċ-ċentru fejn meħtieġ u speċjalment lil Bank Ċentrali Ewropew li minkejja li għandu jdejh marbuta, għamel il-mirakli taħt it-tmexxija impekkabbli ta' Draghi, il-vera stilla ta' din l-kriżi. Problemi għandna kemm trid, imma s-soluzzjoni hija aktar Ewropa, mhux anqas. Ma ninsew qatt imnejn ġejna u fejn aħna qegħdin illum u fejn stajna konna kieku mhux għal dak il-famuż diskors ta' Schumann 64 sena ilu, sitt snin biss wara li ċarċar tant demm fuq ix-xtajtiet ramlin u l-irdum tan-Normandija. Twitter - @ellisjoseph Mix-xtajtiet ramlin u l-irdum tan-Normandija