Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/326226
LAIR Malta nediet micro site bl-avvenimenti ewlenin matul l-40 sena minn mindu bdiet ittir fl-1 ta' April 1974. Il-micro site telenka l-kisbiet ewlenin tal-linja tal-ajru permezz ta' timeline interattiv maqsum fuq l-erba' deċenji. Hemm ukoll filmat b'xeni rari ta' avvenimenti importanti. Elementi oħrajn jinkludi infografika interessanti ta' rekords miksuba mill-Air Malta, bħan-numru ta' passiġġieri li taru mal-linja tal-ajru, in-numru ta' bagalji li nġarru, it-tunnellaġġ t'ikel, annimali domestiċi li nġarru u distanzi kopruti. Il-linja tal-ajru offriet is-servizzi tagħha lil aktar minn 49 miljun passiġġier u din is-sena, ser tkun kburija li ttajjar il-50 miljun passiġġier tagħha. "Aħna kburin li nniedu dan il-micro site li tikkommemora l-40 anniversarju tagħna u tirrakkonta l-istorja tal-linja tal-ajru. L-Air Malta hija kburija li għandha 40 sena ta' servizz u tinsab ħerqana li tkompli toffri servizz ta' kwalità lil dawk kollha li jagħżlu li jtiru mal-linja tal-ajru tal-gżejjer Maltin," qal Philip Saunders, il-Kap Uffiċjal Kummerċjali. Din it-tnedija ssegwi l-wasla ta' ajruplan ftit ġimgħat ilu li l-Air Malta żebgħat mill-ġdid bid- dehra oriġinali tagħha biex tiċċelebra dan l-anniversarju. 24 illum | Ħadd 08 ta' Ġunju 2014 Studenti tal-Ekoskola jagħmlu eco- audit għal Middlesea Insurance MIDDLESEA Insurance riċentament fetħet il- bibien tagħha għal numru ta' studenti tal-Ekoskola li għamlu "eco-audit" fl-uffiċini tal-kumpanija. Matul l-ewwel żjara tagħhom, l-istudenti żaru l-uffiċini u partijiet oħra ta' Middle Sea House ġewwa l-Furjana, fejn l-istudenti ħadu noti ta' xi affarijiet li jistgħu jitjiebu sabiex jiġi rispettat iktar l-ambjent. Wara din iż-żjara, l-istudenti ifformolaw pjan ta' azzjoni u ftit ġimgħat wara l-ewwel żjara tagħhom irritornaw Middle Sea House, fejn preżentaw is-suġġerimenti tagħhom lill-impjegati. Fost dawn is-suġġerimenti, issemma l-użu ta' iktar enerġija alternattiva, proġett li l-kumpanija diġà kienet qed taħdem fuqu; l-introduzzjoni ta' politika favur l-ambjent; kif ukoll li jiżdied l-użu tal-bozoz li jiffrankaw l-enerġija. Wara li ġew preżentati dawn is-suġġerimenti, is-Sur Chris Meli, Chief Officer inkarigat mir-Riżorsi Umani indirizza lill-istudenti. Huwa rringrazzjahom tar-rakkomandazzjonijiet tagħhom li għenu sabiex l-impjegati jsiru iktar konxji ta' modi kif jistgħu jħallu impatt pożittiv fuq l-ambjent. Wara dan saret diskussjoni dwar il-ħarsien tal-ambjent bejn l-impjegati preżenti għal din il-laqgħa. L-istudenti sostnew li din kienet esperjenza pożittiva kemm għalihom kif ukoll għall- għalliema tagħhom. L-iskejjel li pparteċipaw f 'din l-inizjattiva kienu l-Iskola Primarja San Ġorġ Preca, Furjana, St. Francis Seconday School, Sliema u l-Kulleġġ St. Albert the Great, Valletta. Cynthia Caruana kkordinat dan l-avveniment. Eko Skola huwa programm internazzjonali ta' edukazzjoni favur l-ambjent u l-iżvilupp sostenibbli. L-Air Malta tniedi sit bl-istorja tagħha Grupp ta' studenti minn tliet skejjel differenti ppreżentaw programm ta' suġġerimenti sabiex il-kumpanija tkun dejjem aktar favur l-ambjent Infografika interessanti turi r-rekords miksuba mill-Air Malta bħan-numru ta' passiġġieri u l-piż ta' ikel li nġarr tul l-40 sena