Illum previous editions

ILLUM 8 JUNE 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/326226

Contents of this Issue

Navigation

Page 28 of 35

Il-Ħadd 08 ta' Ġunju 2014 | illum 29 SPORTSillum Melo Zammit Champion tal-Autocross 2013/14 Il-Kampjonat Nazzjonali Autocross 2013/14 sponsorjat minn Pasta Poiatti rebħu Melo Zammit fuq Ford Escort u Runner up tiegħu spiċċa Vince Farrugia fuq Volkswagen Polo. Waqt il-Finali Klassi A u B attenda l-Onorevoli Chris Agius MP flimkien mas- Sinjura tiegħu fejn segwew mill-qrib kif jiġu organizzati l-attvitajiet tal-ASMK. L-Onorevoli Agius faħħar lill-Assoċjazzjoni għax- xogħol siewi li qed twettaq fost iż-żgħażagħ liema xogħol isir kollu mill-voluntiera. Wara l-finali tal-ġurnata l-Onorevoli Agius iltaqa' personalment mal-finalisti kollha u ppreżenta t-trofej lir-rebbieħa kollha. L-Assoċjazzjoni rringrazzjat lill-Onorevoli Chris Agius tal-attendenza tiegħu u tieħu l-okkażjoni biex tirringrazzja lit-tim kollu tiegħu tal- appoġġ li dejjem jagħtu lill- Assoċjazzjoni. Intant, ilbieraħ l-Assoċjazzjoni kompliet b'attività oħra mis-sezzjoni Trials fejn organizzat l-aħħar attività mill-Kampjonat ASMK Pasta Poiatti 2013/14. Din l-attività saret fil- Kumpless tal-Assoċjazzjoni f 'Ta' Qali. Għal iktar informazzjoni wieħed jista' jżur is-sit elettroniku www. asmk.org.mt Fabio Spiteri fil-ħames post minn 452 atlef 'Bilbao fi Spanja ta' 'l fuq minn 40 sena meta kiseb ħin ta' 4 sigħat u 39 minuta. Il-kategorija li fiha ħa sehem Spiteri ntrebħet mit-triatleta Taljan Massimo Cigana li kiseb ħin ta' 4 sigħat u 12-il minuta. Ir-riżultat riċenti tat-tieni post li kiseb Fabio Spiteri fit-Triathlon Internazzjonali ta' Abu Dhabi u dan l-aħħar riżultat f 'Bilbao fi Spanja jawguraw ferm tajjeb għal dan it-triatleta hekk kif huwa se jkun qed jieħu sehem fil-Full Ironman fl-iSvezja f 'Awwissu li ġej. Il-parteċipazzjoni ta' Spiteri f 'din it-triathlon internazzjonali f 'Bilbao kienet waħda possibbli grazzi għall-isponsors Orbea Spain, Wheel Wizard, Garmin, Hebe – Ice Watch, Go & Fun u Maxinutrution. Rachid u Antonella Chouhal jikkonfermaw id-dominanza tagħhom fl-atletika WAQT il-Kampjonati Nazzjonali tal-Atletika, Antonella Chouhal ta' As Libertas ikkonfermat d-dominanza tagħha fil-field events. Chouhal rebħet għat-13-il sena konsekuttiva l-kategorija open fix-shotput event, għall-10 sena konsekuttiva d-diskus u għar-raba' sena konsekuttiva l-hammer fl- istess kategorija. Hija għandha r-rekords nazzjonali f 'dawn l-events kollha, l-iktar wieħed riċenti fil-hammer throw li kienet għamlet fi Frar li għadda. Fl-istess kompetizzjoni r-raġel u l-kowċ tagħha Rachid Chouhal kiser ir-rekord nazzjonali tal- hammer liema rekord kien ilu ma jinkiser mill-1965. B'dawn ir-riżultati Antonella u Rachid ikkwalifikaw għall- European Team Championships li se jsiru fil-Georgia bejn il-21 u t-22 ta' Ġunju li ġej. Antonella xtaqet tirringrazzja tal-appoġġ kontinwu lill-familja tagħha, lir-raġel u l-kowċ tagħha Rachid Chouhal, il-Kunsill Malti għall-iSport (KMS), l-iskema tal-Gvern 20/20, l-Enemalta u Kristal Water. Antonella Chouhal -azzjoni Neptunes fit-tentatttiv li jiksbu r-rekord uniku tar-rebħ ta' ħames kampjonati wara xulxin ITTIM tal-waterpolo ta' Neptunes qed ifittex li jistabilixxi rekord ġdid fil-waterpolo lokali bir- rebħ ta' ħames kampjonati konsekuttivi. Matul dan l-istaġun Neptunes akkwistaw is-servizzi tal-plejer ta' klassi u fama mondjali Peter Biros li s-sena l-oħra lagħab mal- ġirien ta' Neptunes iżda rivali San Ġiljan. Dan il-ġurnal għamel kuntatt mal-President ferm ħabrieki ta' Neptunes, Matthew Bonello fejn talbu jtina rendikont dettaljat ta' x'qed jistenna mit-tim tiegħu kif ukoll dettalji rigward il-plejers li akkwistaw għal dan il- kampjonat tas-sajf. Huwa saħaq li: "L-għan tagħna għal dan l-istaġun huwa li wara li lħaqna r-rekord ta' erba' kampjonati wara xulxin fl- 2010, 2011, 2012 u l-2013, huwa li nistabilixxu rekord ġdid u assolut fil-waterpolo Malti bir-rebħ tal-ħames kampjonat in fila, li jekk jintrebaħ, ikun ukoll it-23 wieħed fl-istorja tagħna, u s-7 kampjonat f '9 snin mirbuħ min-Neptunes. Rigward il-plejers barranin, Biros kien ma' San Ġiljan is-sena l-oħra, però Molnar u Biros ilhom ħbieb u kollegi għal snin twal - biss biss rebħu 3 midalji tad-deheb fi 3 Olimpjadi konsekuttivi fl-2000, 2004 u l-2008. Mil-lista ta' plejers għal din is-sena hemm nieqes Sean Gravina li f 'dawn l-aħħar xhur kien qed jistudja u jaħdem barra minn Malta, u probabilment mhux se jkun fl-iskwadra dan is- sajf. L-assistent kowċ huwa Dorian Pisani li ħa post Ian Azzopardi. Dorian huwa eks plejer tagħna, li kien parti mill-iskwadra ta' bejn l-1986 u l-1989 li kien rebaħ 4 kampjonati in fila ma' Neptunes. Sliema kienu rebħu 4 kampjonati in fila ukoll fil-perjodu ta' bejn l-2001 u l-2004." It-tim ta' Neptunes li se jieħu sehem l-Kampjonat ta' dan is-sajf Alan Borg Cole (Goalkeeper) Brandon Muscat Dougall (Reserve Goalkeeper) Niki Lanzon (Captain) Stevie Camilleri Tamas Molnar (Plejer Barrani) Peter Biros (Plejer Barrani) Michele Stellini Jordan Camilleri Timmy Agius Clint Mercieca Andrew Zarb Cousin Stevie Camilleri Marc Lanzon Akkwisti ġodda Andrew Zarb Cousin - (b'self mingħand Sirens) Brandon Muscat Dougall - (b'self mingħand Marsascala) Plejers ċeduti Zack Mizzi (lil Sirens) Benji Lanzon (b'self lil Exiles) Gabriel Pace (b'self lil Sirens) Plejers Barranin Tamas Molnar Peter Biros It-tim ta' Neptunes Grimaldi ghal dan is-sajf

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 8 JUNE 2014