Illum previous editions

ILLUM 8 JUNE 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/326226

Contents of this Issue

Navigation

Page 34 of 35

Il-Ħadd 08 ta' Ġunju 2014 | illum 35 SPORTSillum Ritratt: Ray Attard Dedikazzjoni, determinazzjoni u klassi fl-atletika xi ħaġa li rrid naħdem fuqha meta 'l quddiem nibda nikkowċja l-atletika, iżda sakemm jasal dan iż-żmien, mhux se nelabora iktar, biex ma nagħtix pariri lill-kompetituri tiegħi! X'diffikulatjiet partikolari jsibu atleti Maltin meta kkumparati ma' dawk barranin? Nixtieq nibda billi ngħid li l-awtoritajiet li jieħdu ħsieb l-isport Malti jagħmlu l-mirakli bil-fondi żgħar li jiġu pprovduti lilhom. Iżda li kieku kelli nsemmi d-diffikultajiet li niltaqgħu magħhom aħna l-atleti Maltin, jista' jkun li ma nieqaf qatt. Biex niġbor kollox fi ftit kliem, dan jista' jkun in-nuqqas ta' riżorsi li l-isport Malti jiġi pprovdut. Ippermettili ntik eżempju ta' dak li għandi f 'moħħi. Lura fl-2009 meta kont f 'Ċipru wieħed mid-Diretturi tal-Kumitat Olimpiku Malti (MOC), spjegalna kif il-fondi li Ċipru kellha għall-atketika biss, kienu saħansitra jammontaw għal iktar mir-riżorsi u finanzjament li Malta għandha għall-isport kollu. Huma jużaw dawn il-fondi għal faċilitajiet aħjar, ċentri ta' rijabilitazzjoni aħjar, tagħmir aħjar, workshpos għall-kowċis u nista' nibqa' għaddej. Fi kliem sempliċi, Malta għandha proġetti oħra importanti x'tiffinanzja. Hija ħasra li ħafna jinsew il-benefiċċji li l-isport jagħti lill-individwu fosthom sens ta' appartenenza, benefiċċji relatati ma' saħħa fosthom numru ta' kontijiet relatati ma' saħħa u tobba li jistgħu jiġu evitati u fuq kollox stil ta' ħajja san. Għalkemm xi ċittadini Maltin huma konxji tal-benefiċċji tal-isport, din hija parti żgħira tal-popolazzjoni kollha. Kif qed tħares lejn il-futur tiegħek fl-atletika? U x'sagrifiċċji jkollok tagħmel biex iżżomm ruħek fl- ogħla livelli fl-atletika? Biex inkun onest ma tantx qed nara snin twal quddiemi fl-atletika! Nixtieq ħafna li fil-futur qarib nibda naħdem fuq il-karriera professjonali tiegħi, issa li tajtha l-ġenb għal diversi snin. Il-fatt li nitħarreġ kuljum fl-4pm ma tantx iħallili ħin għal xogħol reali u stabbli. Sfortunatament l-atletika fosthom il-long jump u t-triple jump ma jipprovdux xogħol f 'Malta! Madankollu li kieku saqsejtni l-istess mistoqsija sentejn ilu, kont ngħidlek li ma kontx qed nara tmiem għall- karriera tiegħi fl-atletika! Twieled s-27 ta' Marzu 1990 f'Tal-Pietà Huwa wieħed mill-atleti ewlenin f'pajjiżna li jispeċjalizza l-long jump u t-triple jump Kiser ir-rekord tal-grupp ta' età tiegħu l- long jump li kien ilu ma jinkiser xejn inqas minn 30 sena Matul is-sena li għaddiet, rebaħ żewġ midalji l-Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar, midalja tal-bronż waqt li kiser rekord nazzjonali t-triple jump u rebaħ midalja tal-dda r-relay tal-4x100 metru Andy Grech "Biex inkun onest ma tantx qed nara snin twal quddiemi fl- atletika!"

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 8 JUNE 2014